|
4.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1843
tal-24 ta’ Ottubru 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emendar tal-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 191, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
|
(4) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni biex tinkludi r-Regolament (UE) 2018/841 (3) u (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-dispożizzjonijiet relatati mir-Regolamenti (UE) 2018/1999 (5) u (UE) Nru 525/2013 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (7). |
|
(5) |
Għalhekk, il-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A.-K. PEKONEN
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE. (ĠU L 156, 19.6. 2018, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(5) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013 p. 13).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru [...]
ta’ [...]
li temenda l-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u n-Norveġja huma impenjati li jnaqqsu l-emissjonijiet globali tagħhom ta’ gassijiet serra, bil-ħsieb li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C aktar mil-livelli preindustrijali, u biex jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1.5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali. |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE tiġi estiza għar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (1). |
|
(3) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE tiġi estiża għar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2). |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE tiġi estiża għal ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li huma essenzjali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/842. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE għal ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni 280/2004/KE (4), li huma essenzjali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842. |
|
(6) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE għal ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format, il-proċessi ta’ sottomissjoni u r-rieżami tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li huma essenzjali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842. |
|
(7) |
Permezz ta’ din id-Deċiżjoni, l-Iżlanda u n-Norveġja qed jieħdu azzjoni biex jilħqu l-miri tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 40 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. |
|
(8) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal kif l-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja jimplimentaw il-Ftehim ta’ Pariġi. |
|
(9) |
Kwistjonijiet baġitarji mhumiex parti mill-Ftehim dwar iż-ŻEE. L-applikazzjoni tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2018/842 hija għalhekk mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(10) |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tikkoordina mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea kull meta tissejjaħ biex twettaq kompiti relatati mal-Iżlanda u n-Norveġja skont din id-Deċiżjoni. |
|
(11) |
Il-kompetenzi tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u tal-Qorti tal-EFTA skont din id-Deċiżjoni huma limitati għall-obbligi mwettqa hawnhekk. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 7 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“8. (a) |
L-Iżlanda u n-Norveġja ser jissodisfaw il-miri rispettivi tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030 skont l-atti li ġejjin:
|
|
(b) |
Permezz tal-Artikolu 79(3) tal-Ftehim, il-Parti VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim għandha tapplika għal dan il-paragrafu. |
|
(c) |
Il-Protokoll Nru 1 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE (Adattamenti Orizzontali) għandu japplika mutatis mutandis għal dan il-paragrafu. |
|
(d) |
Referenzi għal leġislazzjoni, atti, regoli, politiki u miżuri tal-Unjoni fl-atti u d-dispożizzjonijiet imsemmija jew imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw sal-punt u fil-forma li l-leġislazzjoni, l-atti, ir-regoli u l-miżuri rilevanti jiġu inkorporati f’dan il-Ftehim. |
|
(e) |
L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima skont l-atti u d-dispożizzjonijiet imsemmija jew li jinsabu f’dan il-paragrafu iżda ma għandux ikollhom id-dritt li jivvutaw. |
|
(f) |
Meta l-Kummissjoni tikkonsulta esperti maħtura mill-Istati Membri skont l-atti u d-dispożizzjonijiet imsemmija jew li jinsabu f’dan il-paragrafu, hija għandha tikkonsulta esperti innominati mill-Istati tal-EFTA fuq l-istess bażi. |
|
(g) |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-ħidma tagħha skont ir-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/842. |
|
(h) |
Dan il-paragrafu ma japplikax għal-Liechtenstein.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, skont liema wieħed minnhom jiġi aktar tard (8).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, […].
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 156, 19.06.2018, p. 1.
(2) ĠU L 156, 19.06.2018, p. 26.
(3) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1.
(4) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.
(5) ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23.
(7) ĠU L 309, 8.11.2012, p. 38.
(8) [Ma huwa indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
Dikjarazzjoni mill-Iżlanda u n-Norveġja dwar il-pjanijiet nazzjonali relatati mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [din id-Deċiżjoni]
L-Iżlanda u n-Norveġja, fuq bażi volontarja, ser jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali li jiddeskrivu kif l-Iżlanda u n-Norveġja bi ħsiebhom iwettqu l-impenji li ħadu billi jinkludu l-atti li ġejjin fil-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim taż-ŻEE:
|
— |
ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ir-Regolament LULUCF) u |
|
— |
ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ir-Regolament dwar il-Qsim tal-Isforz ‘Effort Sharing Regulation’ - ESR). |
L-Iżlanda u n-Norveġja ser jiżviluppaw il-pjanijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u ser jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-pubbliku, sal-31 ta’ Diċembru 2019.
Il-pjanijiet ser ikun fihom l-elementi ewlenin li ġejjin:
|
— |
Sommarju eżekuttiv tal-pjan; |
|
— |
Ħarsa ġenerali lejn il-politiki nazzjonali attwali dwar il-klima; |
|
— |
Deskrizzjoni tal-mira nazzjonali ta’ kondiviżjoni tal-isforzi u l-impenn tal-LULUCF; |
|
— |
Deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri ewlenin eżistenti u ppjanati biex jinkiseb l-objettiv tal-kondiviżjoni tal-isforzi u l-impenn tal-LULUCF; |
|
— |
Deskrizzjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti nazzjonali attwali ta’ gassijiet serra kif ukoll projezzjonijiet tal-mira tal-kondiviżjoni tal-isforzi u l-impenn tal-LULUCF ibbażat fuq politiki u miżuri diġà eżistenti; |
|
— |
Valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali ppjanati biex tintlaħaq il-mira tal-konmdiviżjoni tal-isforzi u l-impenn tal-LULUCF, meta jitqabblu mal-projezzjonijiet ibbażati fuq politiki u miżuri eżistenti u jiġu deskritti l-interazzjonijiet bejn politiki u miżuri eżistenti u ppjanati. |