30.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1816

tal-24 ta’ Ottubru 2019

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Portugiż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Jannar 2015, fil-5 ta’ Frar 2015 u fit-23 ta’ Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020. Nhar is-6 ta’ Novembru 2018, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1666 (4), is-Sur Francisco LOPES ġie sostitwit mis-Sur Hélder António GUERRA DE SOUSA SILVA bħala membru supplenti.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Álvaro DOS SANTOS AMARO, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Hélder António GUERRA DE SOUSA SILVA bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Hélder António GUERRA DE SOUSA SILVA, Presidente da Câmara de Mafra,

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Carlos André Teles Paulo DE CARVALHO, Presidente da Câmara de Tabuaço.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A.-K. PEKONEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta’ Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta’ Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta’ Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2015 sal-25 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1666 tat-12 ta’ Novembru 2018 li taħtar żewġ membri u ħames membri supplenti, proposti mir-Repubblika Portugiża, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 278, 8.11.2018, p. 24).