25.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/147


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1788

tal-24 ta’ Ottubru 2019

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l‐Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-31 ta' Ottubru 2020.

(3)

Jenħtieġ li tiżdied dispożizzjoni fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 li tispeċifika li l-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dik id-Deċiżjoni.

(4)

Ġew rieżaminati d-deżinjazzjonijiet individwali stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, u jenħtieġ li tiġi emendata l-informazzjoni li tikkonċerna persuna fiżika waħda.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 hija emendata kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 4a

1.   Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari:

(a)

fir-rigward tal-Kunsill, il-preparazzjoni u l-emendar tal-Anness;

(b)

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, il-preparazzjoni ta' emendi għall-Anness.

2.   Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti b'rabta ma' reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma' kundanni penali ta' tali persuni jew ma' miżuri ta' sigurtà li jikkonċernaw tali persuni, biss sa fejn tali proċessar ikun meħtieġ għall-preparazzjoni tal-Anness.

3.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma deżinjati bħala "kontrolluri" fis-sens tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir‐Regolament (UE) Nru 2018/1725.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)."."

(2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2020."

(3)

L-Anness huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A.-K. PEKONEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, l-entrata 1 taħt l-intestatura “Lista tal-persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 1 u 2” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

“1.

Godefroid BIZIMANA

Sess: Raġel

Data tat-Twelid: 23.4.1968

Post tat-twelid: NYAGASEKE, MABAYI, CIBITOKE

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0001520

“Chargé de missions de la Présidence” u eks Viċi Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali. Responsabbli li dgħajjef id‐demokrazija billi ħa deċiżjonijiet operazzjonali li wasslu għal użu sproporzjonat ta' forza u atti ta' repressjoni vjolenti lejn dimostrazzjonijiet paċifiċi li bdew fis-26 ta' April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza.”