|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/113 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1772
tat-23 ta’ Ottubru 2019
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u tad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem
(notifikata bid-dokument C(2019)7642)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta' Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fil-11 ta’ April 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/584 (2) meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE. Skont dik id-Deċiżjoni, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ġie estiż ulterjorment sal-31 ta’ Ottubru 2019. Għalhekk, id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih mill-1 ta’ Novembru 2019 (“id-data tal-ħruġ”). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (3) tistipula, inter alia, il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati f’Parti 4 tal-Anness II tiegħu (“il-komoditajiet”), inkluż lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-komoditajiet. |
|
(3) |
Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni tal-komoditajiet, sakemm ikunu għaddew mit-trattament rilevanti msemmi f’dik il-Parti tal-Anness II. Dawk it-trattamenti huma mmirati biex jeliminaw ċerti riskji tas-saħħa tal-annimali marbuta mal-komoditajiet speċifiċi. Il-Parti 4 ta' dak l-Anness tistabbilixxi t-trattament “A” li mhuwiex speċifiku u t-trattamenti “B” sa “F” li huma speċifiċi, imniżżlin skont il-gravità tar-riskju għas-saħħa tal-annimali marbut mal-prodott speċifiku. |
|
(4) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu biex ċerti komoditajiet jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/777/KE għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ komoditajiet għall-konsum mill-bniedem bi trattament “A” mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta’ mill-inqas disa’ xhur. |
|
(5) |
Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni tal-komoditajiet. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Novembru 2019, sakemm f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2019.
Madankollu, ma għandhiex tapplika jekk f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni jibqa’ japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tal-11 ta’ April 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101. 11.4.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).
ANNESS
It-tabella stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hija emendata kif ġej:
|
(a) |
il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għall-Etjopja:
|
|
(b) |
il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżrael:
|
|
(c) |
il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżlanda:
|