|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/103 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1769
tat-23 ta’ Ottubru 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi Traces
(notifikata bid-dokument C(2019) 7637)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta' Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fil-11 ta’ April 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/584 (4) meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li testendi l-perijodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE. F’konformità ma’ dik id-Deċiżjoni, il-perijodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ġie estiż ulterjorment sal-31 ta’ Ottubru 2019. B’hekk, id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit mill-1 ta’ Novembru 2019 (“id-data tal-ħruġ”). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (5) tistabbilixxi l-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE u l-lista ta’ unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces). Dawk il-listi huma stabbiliti rispettivament fl-Anness I u fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Wara l-proposta mill-Belġju, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Zeebrugge tiġi estiża għall-prodotti mhux ippakkjati għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jixraq li tiġi emendata l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(4) |
Wara l-proposta mid-Danimarka, jenħtieġ li ċentru ta’ spezzjoni ġdid jiġi elenkat fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Esbjerg għall-ispezzjoni tal-prodotti ppakkjati. Għalhekk, jixraq li tiġi emendata l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(5) |
Wara l-proposta mill-Irlanda, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Dublin tiġi estiża għall-prodotti ppakkjati u għal ċerti kategoriji ta’ annimali, l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Dublin jenħtieġ li tiġi estiża għal ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ prodotti mhux ippakkjati għall-konsum mill-bniedem, post ġdid ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Rosslare jenħtieġ li jiġi approvat għall-annimali u għall-prodotti u l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni f’Shannon jenħtieġ li tiġi estiża għall-kategoriji kollha ta’ ekwidi. Għalhekk, jixraq li tiġi emendata l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(6) |
Wara l-proposta minn Spanja, is-sospensjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għall-prodotti għall-konsum mill-bniedem fil-port ta’ Santander jenħtieġ li titneħħa. Għalhekk, jixraq li tiġi emendata l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(7) |
Wara l-proposta minn Franza, jenħtieġ li postijiet ġodda ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Caen-Ouistreham, fil-port u fil-linji ferrovjarji ta’ Calais, fil-port ta’ Cherbourg, fil-port ta’ Dieppe, fil-port ta’ Roscoff u fil-port ta’ Saint-Malo jiġu approvati għal ċerti kategoriji ta’ prodotti jew għal ċerti kategoriji ta’ annimali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Dunkerque tiġi estiża għall-prodotti mhux ippakkjati għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jixraq li tiġi emendata l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(8) |
Wara l-proposta min-Netherlands, jenħtieġ li jiġu elenkati żewġ ċentri ġodda ta’ spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Rotterdam għall-ispezzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti. Għalhekk, jixraq li tiġi emendata l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jiġu emendati skont dan. |
|
(10) |
Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Novembru 2019, sakemm f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2019.
Madankollu, m'għandhiex tapplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(2) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-11 ta’ April 2019, li testendi l-perijodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE (ĠU L 101. 11.4.2019, p. 1).
(5) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 Tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness II, il-parti li tikkonċerna lir-Renju Unit titħassar. |