|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/81 |
DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1764
tal-14 ta’ Marzu 2019
li tissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-kittijiet ta’ balavostri u tal-kittijiet ta’ ringieli balavostri maħsuba biex jintużaw f’xogħlijiet tal-bini unikament biex jipprevjenu l-waqgħat u mhux sottomessi għal tagħbijiet vertikali mill-istruttura
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ma teżistix deċiżjoni xierqa għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni għall-kittijiet ta’ balavostri u għall-kittijiet ta’ ringieli balavostri maħsuba biex jintużaw f’xogħlijiet tal-bini unikament biex jipprevjenu l-waqgħat u mhux sottomessi għal tagħbijiet vertikali mill-istruttura. Għalhekk hemm bżonn li jiġi stabbilit liema sistemi ta’ valutazzjoni u ta’ verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni huma applikabbli fil-każ ta’ dawk il-kittijiet ta’ balavostri u l-kittijiet ta’ ringieli balavostri. |
|
(2) |
Meta titqies l-esperjenza fir-rigward tal-imġiba tal-prodotti inkwistjoni matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom, kif muri fl-istħarriġ imwettaq fir-rigward tar-raġunijiet għalfejn dawn il-prodotti naqsu milli jiksbu l-prestazzjoni ddikjarata, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali kollha, għajr ir-reazzjoni għan-nar, jenħtieġ li titwettaq mill-manifattur qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq. Sistemi iktar onerużi mhumiex meħtieġa. Għall-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar, jenħtieġ li l-għażla tas-sistemi 1, 3 jew 4 titqies bħala xierqa billi ssir referenza għal sottofamilji differenti ta’ prodotti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tapplika għall-kittijiet ta’ balavostri u għall-kittijiet ta’ ringieli balavostri maħsuba biex jintużaw f’xogħlijiet tal-bini unikament biex jipprevjenu l-waqgħat u mhux sottomessi għal tagħbijiet vertikali mill-istruttura.
Artikolu 2
Il-kittijiet ta’ balavostri u l-kittijiet ta’ ringieli balavostri msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu vvalutati u vverifikati għall-kostanza tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom f’konformità mas-sistemi speċifikati fl-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
SISTEMI TA’ VALUTAZZJONI U TA’ VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI
Tabella 1
Għall-karatteristiċi essenzjali kollha għajr ir-reazzjoni għan-nar
|
Prodotti u użu maħsub |
Sistema applikabbli |
|
Kittijiet ta’ balavostri u kittijiet ta’ ringieli balavostri maħsuba biex jintużaw f’xogħlijiet tal-bini unikament biex jipprevjenu l-waqgħat u mhux sottomessi għal tagħbijiet vertikali mill-istruttura. |
4 |
Tabella 2
Għar-reazzjoni għan-nar biss
|
Prodotti u użu maħsub |
Sottofamilji tal-prodott |
Sistema applikabbli |
|
Kittijiet ta’ balavostri u kittijiet ta’ ringieli balavostri maħsuba biex jintużaw f’xogħlijiet tal-bini unikament biex jipprevjenu l-waqgħat u mhux sottomessi għal tagħbijiet vertikali mill-istruttura. |
Prodotti li għalihom stadju li huwa identifikabbli biċ-ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f’titjib tal-prestazzjoni tagħhom tar-reazzjoni għan-nar (eż. żieda ta’ prodotti li jittardjaw in-nar jew limitazzjoni tal-materjal organiku) |
1 |
|
Prodotti li għalihom teżisti bażi ġuridika Ewropea applikabbli biex tiġi kklassifikata l-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tagħhom mingħajr ittestjar. |
4 |
|
|
Prodotti li ma jappartjenux għas-sottofamilji l-oħra. |
3 |