21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2019/1740

tas-18 ta’ Ottubru 2019

li taħtar il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

Billi:

(1)

Il-mandat tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, is-Sur Mario DRAGHI, maħtur bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/386/UE (4), jiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2019 u huwa għalhekk meħtieġ li jinħatar President ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(2)

Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sinjura Christine LAGARDE li, fil-fehma tiegħu, tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Christine LAGARDE hija b’dan maħtura President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin mill-1 ta’ Novembru 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-18 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

D. TUSK


(1)  ĠU C 235, 12.7.2019, p. 1.

(2)  Opinjoni mogħtija fis-17 ta’ Settembru 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU C 258, 1.8.2019, p. 2.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/386/UE tal-24 ta’ Ġunju 2011 li taħtar il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 173, 1.7.2011, p. 8).