16.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/32 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1728
tal-15 ta’ Ottubru 2019
dwar l-istandards armonizzati għall-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-ġugarelli li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/48/KE u fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Bl-ittra M/445 tad-9 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ressqet talba quddiem il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (is-CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (is-Cenelec) għall-abbozzar ta’ standards armonizzati ġodda u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE. |
(3) |
Fil-punt 13 tal-Parti III tal-Anness II tagħha, id-Direttiva 2009/48/KE tistabbilixxi limiti migratorji għal 19-il element, minn ġugarelli jew komponenti ta’ ġugarelli, li ma jistgħux jinqabżu. Madankollu, dawn il-limiti ta’ migrazzjoni ma japplikawx jekk jista’ jiġi eskluż kwalunkwe periklu, bħal fil-każ tal-inaċċessibbiltà tal-komponent tal-ġugarell li jista’ jinkludi element wieħed jew diversi. |
(4) |
Fuq il-bażi tat-talba M/445 tad-9 ta’ Lulju 2009, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN 71-3:2013+A3:2018 dwar il-migrazzjoni ta’ ċerti elementi, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), sabiex jiġi inkluż l-aktar progress tekniku u xjentifiku riċenti fil-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-istandard EN 71-3. Dan il-progress jinkludi kejl imtejjeb tal-kromju VI u tal-komposti organiċi tal-landa, kundizzjonijiet ta’ sperimentazzjoni kkontrollati aħjar meta jitwettqu t-testijiet, u struttura mtejba tal-istandard EN 71-3 biex titħaffef l-applikazzjoni prattika. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 71-3:2019 dwar il-migrazzjoni ta’ ċerti elementi. |
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandard armonizzat EN 71-3:2019 dwar il-migrazzjoni ta’ ċerti elementi abbozzat mis-CEN jikkonformax mat-talba M/445 tad-9 ta’ Lulju 2009. |
(6) |
L-istandard armonizzat EN 71-3:2019 jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2009/48/KE. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi ppubblikata r-referenza ta’ dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
L-istandard armonizzat EN 71-3:2019 jissostitwixxi l-istandard armonizzat EN 71-3:2013+A3:2018. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi tal-ġugarelli jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-ispeċifikazzjonijiet riveduti fl-istandard armonizzat EN 71-3:2019, jeħtieġ li jiġi ddiferit l-irtirar tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 71-3:2013+A3:2018. |
(8) |
Fl-interessi taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, jenħtieġ li tiġi ppubblikati f’att wieħed lista sħiħa ta’ referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru. Ir-referenzi tal-istandards Ewropej li huma ppubblikati bħalissa f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) jenħtieġ għalhekk li jiġu inklużi f’din id-Deċiżjoni. Konsegwentement, huwa meħtieġ ukoll li titħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1254 (5). |
(9) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE u elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE u elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1254 qed titħassar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).
(3) ĠU C 282, 10.8.2018, p. 3.
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU C 282, 10.8.2018, p. 3).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1254 tat-22 ta’ Lulju 2019 dwar l-istandards armonizzati tas-sikurezza tal-ġugarelli abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 195, 23.7.2019, p. 43).
ANNESS I
Nru ta’ |
Referenza tal-istandard |
1. |
EN 71-1:2014+A1:2018 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 1: Kwalitajiet mekkaniċi u fiżiċi |
2. |
EN 71-2:2011+A1:2014 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 2: Kapaċità li jieħdu n-nar malajr |
3. |
EN 71-3:2019 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 3: Migrazzjoni ta’ ċerti elementi |
4. |
EN 71-4:2013 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 4: Settijiet għal esperimenti għal attivitajiet ta’ kimika u attivitajiet relatati |
5. |
EN 71-5:2015 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 5: Ġugarelli ta’ natura kimika (settijiet) minbarra settijiet għal esperimenti |
1. |
EN 71-7:2014+A2:2018 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 7: Żebgħat li jitpinġew bis-swaba’ — Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar Nota: Għall-preservattiv awtorizzat klimbażolu (l-entrata 22 fit-Tabella B.1 tal-Anness B tal-istandard) il-preżunzjoni ta’ konformità tapplika sa konċentrazzjoni massima permessa ta’ 0,2 % (mhux: 0,5 %). Dan huwa bbażat fuq l-“ADDENDUM tal-Opinjoni dwar il-Klimbażolu (P64) ref. SCCS/1506/13” tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) li ġie adottat wara l-pubblikazzjoni tal-istandard mis-CEN. https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_212.pdf |
2. |
EN 71-8:2018 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 8: Ġugarelli għal attivitajiet fid-dar |
3. |
EN 71-12:2013 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 12: Sustanzi N-nitrosamini u N-nitrosazjabbli |
4. |
EN 71-13:2014 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 13: Logħob li jintlagħab fuq bord u hu bbażat fuq ix-xamm, logħob li jintlagħab fuq bord u hu bbażat fuq it-togħma, kits kosmetiċi u kits tat-togħma |
5. |
EN 71-14:2018 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 14: Trampolini għal użu domestiku |
6. |
EN 62115:2005 Ġugarelli elettriċi — Sigurtà IEC 62115:2003 (Modifikat) + A1:2004 EN 62115:2005/A11:2012/AC:2013 EN 62115:2005/A11:2012 EN 62115:2005/A12:2015 EN 62115:2005/A2:2011/AC:2011 EN 62115:2005/A2:2011 IEC 62115:2003/A2:2010 (Modifikat) |
ANNESS II
Nru ta’ |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
1. |
EN 71-3:2013+A3:2018 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 3: Migrazzjoni ta’ ċerti elementi |
Il-15 ta’ April 2020 |
2. |
EN 71-14:2014+A1:2017 Sigurtà ta’ ġugarelli — Parti 14: Trampolini għal użu domestiku |
It-22 ta’ Jannar 2020 |