15.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1719
tat-8 ta’ Lulju 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 18 tas-CITES)
(Ġinevra, l-Iżvizzera, 17 - 28 ta’ Awwissu 2019)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni aċċediet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES, Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Fauna and Flora) permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 (1). Is-CITES ġiet implimentata fl-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (2). |
(2) |
Skont l-Artikolu XI(3) tas-CITES, il-Konferenza tal-Partijiet (CoP, Conference of the Parties) tista’, fost affarijiet oħra, tadotta emendi għall-Appendiċijiet tas-CITES. |
(3) |
Is-CoP, waqt it-18-il laqgħa tagħha mis-17 sat-28 ta’ Awwissu 2019 f’Ġinevra, l-Iżvizzera (il-CoP 18 tas-CITES), għandha tadotta deċiżjonijiet dwar 57 proposta li jemendaw l-Appendiċijiet tas-CITES, kif ukoll dwar bosta kwistjonijiet oħra relatati mal-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni tas-CITES. |
(4) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-CoP 18 tas-CITES, peress li l-emendi għall-Appendiċijiet tas-CITES ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u diversi deċiżjonijiet oħra ser ikunu jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (3) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 (4). |
(5) |
Il-pożizzjoni proposta li għandha tittieħed fir-rigward tal-proposti differenti fil-CoP 18 tas-CITES hija bbażata fuq analiżi minn esperti dwar il-merti tagħhom, fid-dawl tal-aqwa evidenza xjentifika u teknika disponibbli, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 18 tas-CITES) hija stabbilita fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Fejn il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 x’aktarx tiġi affettwata minn informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida ppreżentata wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u qabel jew matul il-CoP 18 tas-CITES, jew fejn isiru proposti riveduti jew ġodda f’dik il-laqgħa li dwarhom l-Unjoni tkun għadha ma ħaditx pożizzjoni, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi żviluppata permezz ta’ koordinazzjoni fuq il-post qabel ma l-Konferenza tal-Partijiet (CoP) tintalab tiddeċiedi dwar dawk il-proposti. F’tali każijiet, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tkun konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A.K. PEKONEN
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas-6 ta’ Marzu 2015 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (ĠU L 75, 19.3.2015, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 326M, 10.12.2010, p. 1).
(4) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13).
ANNESS I
Pożizzjoni tal-Unjoni dwar kwistjonijiet ewlenin li jridu jiġu diskussi fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 18 tas-CITES)
(Ġinevra, l-Iżvizzera, 17 - 28 ta’ Awwissu 2019)
A. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. |
L-Unjoni tqis il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) bħala konvenzjoni internazzjonali ewlenija għall-protezzjoni tal-ispeċijiet u l-konservazzjoni tal-bijodiversità u kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi. |
2. |
L-Unjoni għandha tadotta pożizzjoni ambizzjuża għat-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES (CoP 18 tas-CITES), f’konformità mal-politiki tal-Unjoni rilevanti u l-impenji internazzjonali f’dawn l-oqsma, b’mod partikolari l-miri relatati mal-organiżmi selvaġġi taħt l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Numru 15, il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiveristà 2011-2020 u l-Miri ta’ Aichi maqbula taħt il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD), il-Viżjoni Strateġika tas-CITES (1) u r-Riżoluzzjoni 71/326 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar it-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi. Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha sservi wkoll biex jintlaħqu l-objettivi rilevanti stipulati fil-livell tal-Unjoni permezz tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2016 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi, u permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar. |
3. |
Il-prioritajiet għall-Unjoni fil-CoP 18 tas-CITES għandhom ikunu li:
|
4. |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar proposti għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES għandha tkun ibbażata fuq l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċi kkonċernata u fuq l-impatt li l-kummerċ għandu jew jista’ jkollu fuq l-istatus ta’ dik l-ispeċi. Għal dan il-għan, għandu jittieħed kont tal-aktar pariri xjentifiċi rilevanti u robusti għall-valutazzjoni tal-proposti ta’ elenkar f’konformità mad-dispożizzjonijiet fir-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 dwar il-kriterji għall-emendar tal-Appendiċijiet I u II tas-CITES. |
5. |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tqis il-kontribuzzjoni li l-kontrolli tas-CITES jistgħu jagħmlu għat-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet, filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-isforzi ta’ dawk il-pajjiżi li implimentaw miżuri ta’ konservazzjoni effettivi. L-Unjoni għandha tiżgura wkoll li d-deċiżjonijiet meħuda fil-CoP 18 tas-CITES jimmassimizzaw l-effiċjenza tas-CITES, billi jimminimizzaw il-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u billi jiksbu soluzzjonijiet prattiċi, kosteffettivi u fattibbli għall-kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ. |
6. |
Il-Konferenza tal-Partijiet (CoP) hija l-korp ta’ tmexxija tas-CITES u għadd ta’ deċiżjonijiet adottati fil-CoP 18 tas-CITES sejrin jiġu implimentati mill-Kumitat Permanenti, li huwa l-korp sussidjarju ewlieni tal-CoP. Il-pożizzjoni tal-Unjoni adottata għall-CoP 18 tas-CITES għandha għalhekk tiggwida wkoll l-approċċ tal-Unjoni fil-71 u t-72 laqgħat tal-Kumitat Permanenti, li jsiru minnufih qabel u wara l-CoP 18 tas-CITES. |
B. Kwistjonijiet speċifiċi
7. |
Tressqu 57 proposta għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES sabiex jiġu kkunsidrati fil-CoP 18 tas-CITES. Minn dawn il-proposti, 12 ġew ippreżentati mill-Unjoni bħala l-proponent ewlieni jew bħala koproponent, u l-adozzjoni tagħhom għandha naturalment tkun appoġġata wkoll mill-Unjoni. L-opinjonijiet tal-Istati tal-medda tal-ispeċijiet ikkonċernati mill-proposti għandhom jingħataw attenzjoni partikolari. L-Unjoni tikkunsidra wkoll li, bħala regola ġenerali, għandu jingħata appoġġ lill-proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tas-CITES li huma riżultat ta’ ħidma mill-Kumitati tal-Annimali u tal-Pjanti tas-CITES u mill-Kumitat Permanenti. Il-valutazzjoni tal-proposti mis-Segretarjat tas-CITES u mill-IUCN/Traffic (2) u, fil-każ ta’ speċijiet tal-baħar sfruttati kummerċjalment, il-valutazzjoni mill-bord ta’ esperti dedikat tal-FAO ser jiġu rieżaminati. |
8. |
F’konformità mal-pożizzjoni stabbilita tajjeb tagħha, l-Unjoni tafferma mill-ġdid li s-CITES hija strument xieraq biex ikun regolat il-kummerċ internazzjonali fl-ispeċijiet tal-baħar meta l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ tali speċijiet ikun affettwat mill-kummerċ u meta l-ispeċijiet ikunu jew jistgħu jkunu fil-periklu ta’ estinzjoni. L-Unjoni tippromwovi speċifikament, fost l-oħrajn, l-inklużjoni fl-Appendiċi II tas-CITES ta’ tliet speċijiet ta’ teatfish tal-ġeneru Holothuria (Microthele), minħabba l-isfruttament eċċessiv u l-volumi sinifikanti ta’ kummerċ internazzjonali f’dawk l-ispeċijiet. |
9. |
L-Unjoni tinnota li fl-aħħar snin saret ħidma konsiderevoli biex tinbena l-kapaċità għall-implimentazzjoni tas-CITES, mhux l-inqas fir-rigward tal-ispeċijiet tal-baħar, inkluż permezz tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. L-Unjoni tappoġġa l-koordinazzjoni aħjar bejn is-CITES, organizzazzjonijiet u ftehimiet ambjentali multilaterali (MEAs, multilateral environmental agreements) oħra, li jaġixxu fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, bil-għan li tittejjeb il-governanza u tiżdied il-kumplimentarjetà. B’mod speċifiku, l-Unjoni kkosponsorjat il-proposti għall-inklużjoni ta’ ċerti speċijiet ta’ klieb il-baħar (shortfin mako u longfin mako - Isurus oxyrinchus u I. paucus) u r-raj (giant guitarfish - Glaucostegus spp. – u wedgefishes – Rhinidae spp.) fl-Appendiċi II tas-CITES. |
10. |
Fil-CoP 17 tas-CITES, ġew inklużi, fl-Appendiċi II tas-CITES, speċijiet addizzjonali ta’ rosewood (Pterocarpus erinaceus, tliet speċijiet ta’ Guibourtia u Dalbergia spp.), biex ikun ikkontrollat aħjar il-kummerċ internazzjonali f’dawn l-ispeċijiet ta’ injam tropikali. Huwa importanti għall-Unjoni li jkun żgurat li l-annotazzjoni #15 attwali tiġi emendata biex tiffoka fuq dawk l-eżemplari li jidhru l-ewwel fil-kummerċ internazzjonali u li jiġu evitati piżijiet amministrattivi u ta’ infurzar bla bżonn. Għaldaqstant l-Unjoni tappoġġa l-emenda b’konsensus għall-annotazzjoni #15 miftiehma fis-70 laqgħa tal-Kumitat Permanenti, kif rifless fil-proposta ta’ elenkar tagħha Nru 52 għall-CoP 18 tas-CITES. L-Unjoni ser tibqa’ disponibbli għal titjib finali potenzjali li jista’ jirriżulta minn konsultazzjonijiet ma’ Partijiet oħra għas-CITES. F’konformità mal-impenn tagħha biex tikkontrolla aħjar l-importazzjonijiet tal-injam mill-Afrika Ċentrali, l-Unjoni kkoproponiet it-twessigħ tal-ambitu tal-elenkar attwali fis-CITES tal-afrormosja (Pericopsis elata) fl-Appendiċi II. |
11. |
L-Unjoni għandha tappoġġa wkoll sforzi trasversali għal regolamentazzjoni aktar effettiva tal-kummerċ internazzjonali f’organiżmi selvaġġi fil-periklu, inkluża r-Riżoluzzjoni proposta dwar il-verifika ta’ akkwist legali, li tibni fuq ir-riżultati ta’ workshop iddedikat ospitat mill-Unjoni f’Ġunju 2018. L-adozzjoni mill-CoP 18 tas-CITES ta’ Viżjoni Strateġika ġdida għas-CITES għas-snin 2021 sal-2030 tipprovdi opportunità biex ikun konsolidat u, fejn meħtieġ, iċċarat ir-rwol tas-CITES fil-kuntest usa’ tal-governanza ambjentali internazzjonali, inkluż il-qafas tal-bijodiversità għal wara l-2020 taħt il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. |
12. |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar proposti relatati mat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi għandha tkun konsistenti mat-tliet prijoritajiet identifikati fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2016 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi, jiġifieri:
Il-pożizzjoni għandha tqis ukoll ir-Rapport ta’ Progress tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi. B’mod konsistenti mal-ewwel prijorità, l-Unjoni hija favur protezzjoni aħjar permezz tas-CITES ta’ speċijiet li bħalissa huma importati fl-Unjoni f’livelli mhux sostenibbli jew illegalment (b’mod partikolari għall-kummerċ fl-annimali domestiċi eżotiċi). Għaldaqstant, l-Unjoni kkosponsorjat ċerti proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tas-CITES b’rabta ma’ diversi speċijiet ta’ rettili u amfibji, b’mod partikolari diversi speċijiet ta’ wiżgħat u gremxul tal-ilma ta’ denbhom qasir, u hija favur proposti oħra kif xieraq. |
13. |
F’konformità mat-tieni u t-tielet prijoritajiet, l-Unjoni tappoġġa miżuri b’saħħithom għall-implimentazzjoni tas-CITES mill-Partijiet tagħha. Hija tirrakkomanda skeda ta’ żmien ċara b’mekkaniżmi ta’ monitoraġġ (inklużi sanzjonijiet kummerċjali possibbli) fir-rigward ta’ dawk il-Partijiet li ripetutament jonqsu milli jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont is-CITES. Dan huwa partikolarment importanti biex jiġu indirizzati l-kaċċa illegali u t-traffikar li jaffettwaw l-iljunfanti, ir-rinoċeronti, il-qtates kbar Ażjatiċi, ir-rosewood u l-pangolini. |
14. |
Diversi proposti ppreżentati lill-CoP 18 tas-CITES jiffukaw fuq kwistjonijiet relatati mal-użu sostenibbli, il-mezzi tal-għajxien u l-komunitajiet rurali. L-Unjoni għandha tappoġġa tali proposti sa fejn dawn jgħinu biex jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tkun riflessa fil-proċessi eżistenti, f’konformità mas-CITES. Għandu jiġi evitat il-ħolqien ta’ proċessi jew strutturi addizzjonali bi spejjeż sinifikanti u benefiċċji inċerti. |
15. |
Il-kaċċa illegali tal-iljunfanti u t-traffikar fl-avorju għadhom qed iseħħu f’livelli għoljin u allarmanti. Barra minn hekk, għad hemm livell għoli ta’ kaċċa illegali tar-rinoċeronti u tat-traffikar tal-qrun tar-rinoċeronti, li jipperikola l-isforzi ta’ konservazzjoni u huwa ta’ theddida serja għall-popolazzjonijiet tar-rinoċeronti. Kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri tagħha taw appoġġ konsiderevoli lill-pajjiżi Afrikani sabiex itejbu l-konservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi u biex jindirizzaw it-traffikar tal-organiżmi selvaġġi. L-Unjoni hija impenjata li tkompli tappoġġa lill-imsieħba Afrikani tagħha u li żżid l-isforzi tagħha f’dak ir-rigward, f’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar tal-Organiżmi Selvaġġi. L-Unjoni tirrikonoxxi l-isforzi ta’ konservazzjoni li saru minn ċerti Stati tal-medda Afrikana, iżda l-livelli għoljin ta’ kaċċa illegali u ta’ traffikar għadhom ta’ tħassib konsiderevoli għall-Unjoni. Il-prijorità tal-Unjoni għall-punti kollha fuq l-aġenda tal-COP 18 tas-CITES relatati ma’ dawn l-ispeċijiet għandha tkun li tiġi appoġġata azzjoni li tindirizza diettament dawk il-problemi. |
16. |
L-Unjoni tinnota li l-Partijiet ressqu diversi proposti, li parzjalment imorru kontra xulxin, b’rabta mal-kummerċ legali fl-avorju tal-iljunfanti. Il-kummerċ internazzjonali fl-avorju bħalissa huwa pprojbit taħt il-qafas tas-CITES. L-Unjoni tqis li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mill-ġdid ta’ tali kummerċ mhumiex sodisfatti u ser topponi kwalunkwe tibdil fir-reġim attwali tas-CITES li jista’ jirriżulta fl-illaxkar tal-projbizzjoni attwali fuq il-kummerċ internazzjonali tal-avorju tal-iljunfanti jew li jista’ jirriżulta fil-bidu mill-ġdid tal-kummerċ internazzjonali tal-avorju tal-iljunfanti. Fir-rigward tas-swieq domestiċi tal-avorju, l-Unjoni għandha tkompli tappoġġa miżuri proporzjonati u effettivi bbażati fuq l-aqwa evidenza disponibbli, fl-ambitu tas-CITES. |
17. |
1L-Unjoni tqis li r-Regoli ta’ Proċedura għall-CoP m’għandhomx jiddevjaw mit-test tas-CITES, inklużi l-paragrafi 2 sa 6 tal-Artikolu XXI tagħha. Kwalunkwe tentattiv biex jiżdiedu dispożizzjonijiet li jagħmlu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni bħala Parti soġġett għal kundizzjonijiet mhux previsti fis-CITES għandu jiġi miċħud bis-saħħa. |
18. |
Il-kriżi tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi, ikkombinata mal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CITES għal speċijiet u Partijiet ġodda, tfisser li f’dawn l-aħħar snin aktar attivitajiet iddaħħlu taħt l-umbrella tas-CITES u li l-piż tal-ħidma tas-Segretarjat tas-CITES żdied b’mod konsiderevoli. L-Unjoni għandha tqis dawn l-iżviluppi meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-prijoritajiet tagħha fil-CoP 18 tas-CITES u dwar il-kontribuzzjoni tagħha għall-Fond Fiduċjarju tas-CITES. |
(1) Riżoluzzjoni CITES Konf. 14.2, li għandha tiġi aġġornata waqt il-CoP 18 (ara l-paragrafu 5 hawn taħt).
(2) L-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) u TRAFFIC huma speċjalizzati fi kwistjonijiet ta’ kummerċ ta’ organiżmi selvaġġi u jipprovdu valutazzjoni bir-reqqa ta’ proposti għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES qabel kull CoP tas-CITES.
ANNESS II
Pożizzjoni tal-Unjoni dwar ċerti proposti ppreżentati lit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 18 tas-CITES)
(Ġinevra, l-Iżvizzera, 17 - 28 ta’ Awwissu 2019)
“+” jindika pożizzjoni favur |
“–” jindika pożizzjoni kontra |
“0” jindika pożizzjoni miftuħa |
“(+)” jindika appoġġ kondizzjonali fuq emendi għall-proposta |
||
“(–)” jindika oppożizzjoni li għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid jekk il-proposta tkun emendata b’mod sinifikanti |
Dokumenti ta’ Ħidma
Punt tal-aġenda |
Nru |
Proponent (1) |
Kummenti |
Pożizzjoni |
||||||||
Ċerimonja tal-ftuħ |
|
Ebda dokument |
|
|||||||||
Kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji |
||||||||||||
1. |
Elezzjoni tal-President, il-President Sostitut u l-Viċi Presidenti tal-laqgħa u tal-Presidenti tal-Kumitati I u II |
|
Ebda dokument |
|
||||||||
2. |
Adozzjoni tal-aġenda |
|
|
|
||||||||
3. |
Adozzjoni tal-programm ta’ ħidma |
|
|
|
||||||||
4. |
Regoli ta’ proċedura |
|
|
|
||||||||
|
4.1 |
Regoli ta’ Proċedura għat-18-il laqgħa tal-CoP18 tal-Konferenza tal-Partijiet Dok. 4.1 |
Seg. |
Ħu nota tad-dok. li fih ir-Regoli ta’ Proċedura (RP) attwali, li ser jibqa’ validu dment li ma jiġix emendat u sakemm jiġi emendat mill-CoP (ara r-Regola 32). |
|
|||||||
|
4.2 |
Rieżami tar-Regoli ta’ Proċedura tad-Dok. 4.2 tal-CoP18 |
SC |
Appoġġ biex ir-RP ma jinbidlux waqt il-CoP18; kif ukoll appoġġa l-mandat ġdid għall-SC biex jirrevedi r-Regola 25 (Proċedura biex jiġu deċiżi emendi għall-Appendiċi) mill-CoP 19. |
+ |
|||||||
5. |
Kumitat tal-Kredenzjali |
|
|
|
||||||||
|
5.1 |
L-istabbiliment tal-Kumitat tal-Kredenzjali (ebda dokument) |
|
Ebda dokument |
|
|||||||
|
5.2 |
Rapport tal-Kumitat tal-Kredenzjali (ebda dokument) |
|
Ebda dokument |
|
|||||||
6. |
Ammissjoni tal-osservaturi |
|
|
|
||||||||
7. |
Amministrazzjoni, finanzjament u baġit tas-Segretarjat u tal-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet |
|
|
|
||||||||
|
7.1 |
Amministrazzjoni tas-Segretarjat CoP18 Dok. 7.1 |
|
|
|
|||||||
|
7.2 |
Rapport tad-Direttur Eżekuttiv tal-UNEP dwar kwistjonijiet amministrattivi u oħrajn |
|
|
|
|||||||
|
7.3 |
Rapporti finanzjarji għall-2016-2019 CoP18 Dok. 7.3 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 1: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ xogħol bi stima tal-ispejjeż għall-2016 CoP18 Dok. 7.3 A1 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 2: Fond Fiduċjarju tas-CITES (CTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2016 CoP18 Dok. 7.3 A2 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 3: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2016 CoP18 Dok. 7.3 A3 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 4: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ ħidma bi stima tal-ispejjeż għall-2017 CoP18 Dok. 7.3 A4 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 5: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2017 CoP18 Dok. 7.3 A5 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 6: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2017 CoP18 Dok. 7.3 A6 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 7: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ ħidma bi stima tal-ispejjeż għall-2018 CoP18 Dok. 7.3 A7 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 8: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2018 CoP18 Dok. 7.3 A8 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 9: Fond Fiduċjarju tas-CITES (CTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2018 CoP18 Dok. 7.3 A9 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 10: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2018 CoP18 Dok. 7.3 A10 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 11: Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u l-pożizzjoni finanzjarja għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017 CoP18 Dok. 7.3 A11 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 12: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ xogħol bi stima tal-ispejjeż għall-2019 (sal-31 ta’ Marzu 2019) |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 13: Fond Fiduċjarju tas-CITES (CTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Marzu 2019 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 14: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Marzu 2019 |
|
|
|
|||||||
|
7.4 |
Baġit u programm ta’ ħidma għall-2020-2022 CoP18 Dok. 7.4 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 1: Abbozz ta’ Riżoluzzjoni dwar Il-Finanzjament u l-programm ta’ ħidma bi stima għas-Segretarjat għat-tliet snin 2020-2022 CoP18 Dok. 7.4 A1 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 2: Xenarju tal-baġit - tkabbir reali żero CoP18 Dok. 7.4 A2 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 3: Xenarju tal-baġit - tkabbir nominali żero CoP18 Dok. 7.4 A3 |
|
|
|
|||||||
|
|
Anness 4: Xenarju tal-baġit - tkabbir inkrementali CoP18 Dok. 7.4 A4 |
|
|
|
|||||||
|
7.5 |
Aċċess għal finanzjament, inkluż finanzjament mill-GEF CoP18 Dok. 7.5 |
|
|
|
|||||||
|
7.6 |
Proġett ta’ delegati sponsorizzat CoP18 Dok. 7.6 |
Seg. |
Appoġġ għaż-żamma tal-kriterji tal-għażla attwali; Is-Segretarjat għandu jesplora l-estensjoni tal-proġett mill-CoP għal-laqgħat tal-Kumitat |
+ |
|||||||
8. |
Abbozz ta’ riżoluzzjoni dwar l-istrateġija lingwistika għall-Konvenzjoni CoP18 Dok. 8 |
IQ |
Mhux ċar għalfejn l-Għarbi għandu jiżdied bħala lingwa uffiċjali tas-CITES u mhux lingwi oħra tan-NU (Ċiniż, Russu). L-implikazzjonijiet baġitarji u aktar dewmien potenzjali fil-produzzjoni tad-dokumenti jmorru kontra l-proposta. |
– |
||||||||
Kwistjonijiet strateġiċi |
||||||||||||
9. |
Rapporti u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat |
|
|
|
||||||||
|
9.1 |
Kumitat Permanenti |
|
|
|
|||||||
|
|
9.1.1 |
Rapport tal-President CoP18 Doc. 9.1.1 |
|
|
|
||||||
|
|
9.1.2 |
Elezzjoni tal-membri reġjonali ġodda u l-membri reġjonali sostituti l-ġodda (ebda dokument) |
|
|
|
||||||
|
9.2 |
Kumitat tal- Annimali |
|
|
|
|||||||
|
|
9.2.1 |
Rapport tal-President |
|
|
|
||||||
|
|
9.2.2 |
Elezzjoni tal-membri reġjonali ġodda u l-membri reġjonali sostituti l-ġodda (ebda dokument) |
|
|
|
||||||
|
9.3 |
Kumitat tal- Pjanti |
|
|
|
|||||||
|
|
9.3.1 |
Rapport tal-President CoP18 Doc. 9.3.1 |
|
|
|
||||||
|
|
9.3.2 |
Elezzjoni tal-membri reġjonali ġodda u l-membri reġjonali sostituti l-ġodda (ebda dokument) |
|
|
|
||||||
10. |
Viżjoni Strateġika tas-CITES wara l-2020 CoP18 Dok. 10 |
SC |
Appoġġa l-adozzjoni ta’ Viżjoni Strateġika riveduta kif emendata mis-Segretarjat; appoġġa wkoll abbozzi ta’ deċiżjonijiet emendati biex is-Segretarjat ikun inkarigat li jqabbel l-objettivi ma’ deċiżjonijiet, riżoluzzjonijiet eżistenti; l-SC jingħata l-mandat biex jaħdem fuq l-indikaturi. |
+ |
||||||||
11. |
Rieżami tal-Konvenzjoni |
CO, NA, ZW |
Iqajjem xi kwistjonijiet rilevanti fir-rigward tal-mezzi tal-għajxien u rieżami tal-Appendiċi. Madankollu, il-proposta tidher preġudikata fil-forma u fl-ambitu attwali tagħha, kif ukoll mhix ippreparata biżżejjed, abbażi tad-deliberazzjonijiet storiċi mingħajr riflessjoni fil-fond dwar l-isfidi dejjem aktar kumplessi tal-kummerċ u l-konservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi, kif ukoll minħabba l-konsegwenzi potenzjalment serji. Id-destinatarji tal-abbozzi tad-Deċiżjonijiet mhumiex speċifikati. |
(–) |
||||||||
12. |
L-iżgurar ta’ implimentazzjoni aħjar għall-elenkar ta’ speċijiet ta’ ħut tal-baħar fl-Appendiċi CoP18 Dok. 12 |
AG |
Irrikonoxxi li għad hemm bżonn ta’ appoġġ għal implimentazzjoni aktar effettiva għall-elenkar tal-ispeċijiet tal-baħar. Madankollu, ir-reviżjoni tal-effikaċja tal-elenkar preċedenti għandha tiffoka fuq każijiet partikolari, b’ġustifikazzjoni ċara, u għandha tagħmel użu mill-mekkaniżmi u r-rakkomandazzjonijiet eżistenti minn reviżjonijiet preċedenti aktar milli tistabbilixxi proċess ġdid ad-hoc. Opponi “embargo” fuq l-elenkar ġdid ta’ kwalunkwe grupp ta’ speċijiet; l-importanti huwa jekk il-kriterji għall-elenkar humiex sodisfatti. |
– |
||||||||
13. |
Rieżami tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.1 (Rev. CoP17) dwar it- Twaqqif ta’ kumitati CoP18.Dok. 13 |
SC/Seg. |
Appoġġa Riżoluzzjoni ġdida proposta kif emendata mis-Seg. u l-President tal-SC. |
+ |
||||||||
14. |
Kunflitti ta’ interess potenzjali fil-Kumitati tal-Annimali u tal-Pjanti CoP18 Dok. 14 |
SC |
SC 70 adotta formola standard ta’ żvelar għal dikjarazzjonijiet ta’ interess; appoġġ għat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 16.09 u 16.10. |
+ |
||||||||
15. |
Kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet u ma’ ftehimiet ambjentali multilaterali |
|
|
|
||||||||
|
15.1 |
Kooperazzjoni ma’ konvenzjonijiet oħra relatati mal-bijodiversità CoP18 Dok. 15.1 |
SC |
Appoġġa t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet 17.55 u 17.56 kif emendati mis-Seg. u l-proposta tas-Seg. biex jitħejja rapport li jiġbor fil-qosor il-prattiki eżistenti f’konvenzjonijiet oħra relatati mal-bijodiversità. Is-sinerġiji fost l-MEAs tal-bijodiversità għandhom ikomplu jissaħħu u huwa xieraq li l-SC għandu jirrevedi regolarment il-kwistjonijiet identifikati. |
+ |
|||||||
|
15.2 |
Il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin tal-Antartika (CCAMLR) CoP18 Dok. 15.2 |
Seg. |
Appoġġa l-emendi għar-Riż. Konf. 12.4 proposta b’mod konġunt mis-Segretarjati tas-CITES u tas-CCAMLR. |
+ |
|||||||
|
15.3 |
Strateġija Globali għall-Konservazzjoni tal-Pjanti CoP18 Dok. 15.3 |
SC |
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet ġodda biex jissostitwixxu d-Deċiżjonijiet 17.53 u 17.54. |
+ |
|||||||
|
15.4 |
Il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES) CoP18 Dok. 15.4 |
SC/Seg. |
Appoġġa l-abbozz ta’ riżoluzzjoni dwar Kooperazjoni mal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi. |
+ |
|||||||
|
15.5 |
Il-Konsorzju Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Kriminalità fil-Ħajja Selvaġġa (ICCWC) CoP18 Dok. 15.5 |
Sec. |
Appoġġa s-sejħa lill-Partijiet biex ikomplu jiffinanzjaw l-attivitajiet tal-ICCWC. Stieden lis-sħab tal-ICCWC biex jiżguraw mekkaniżmi ta’ trasparenza effettivi. |
+ |
|||||||
|
15.6 |
Kooperazzjoni bejn is-CITES u l-Konvenzjoni dwar il-Patrimonju Dinji CoP18 Dok. 15.6 |
LE |
Appoġġa l-abbozz ta’ Riżoluzzjoni (li tappella għall-iżvilupp ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn id-WHC u s-CITES) kif emendat mis-Seg.. Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif proposti min-Norveġja, bil-bidliet biex jirriflettu li kwalunkwe programm ta’ ħidma konġunt propost għandu jiġi approvat mill-SC. |
(+) |
|||||||
16. |
Il-programm tal-ispeċijiet tas-siġar tas-CITES |
Seg. |
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet, inkluż d-Deċiżjoni li tappella biex is-Seg. jiġbor l-informazzjoni, jirrapporta l-progress li sar u jkompli l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet relatati mal-foresti u jsaħħaħ l-appoġġ għall-Partijiet biex jimplimentaw il-Konvenzjoni għal speċijiet ta’ siġar elenkati. Stieden Partijiet oħra biex jikkontribwixxu finanzjarjament għall-programm. |
+ |
||||||||
17. |
Il-komunitajiet rurali |
|
Ipproponi li d-dokumenti kollha taħt 17 u 18 jitqiesu bħala pakkett fi grupp ta’ ħidma intersessjonali li, fost l-oħrajn, ser iqis l-elementi għad-diskussjoni fil-grupp ta’ ħidma intersessjonali. Ikkunsidra flimkien ma’ proposti relatati skont il-Punt 18. |
|
||||||||
|
17.1 |
Rapport tal-Kumitat Permanenti CoP18 Dok. 17.1 |
SC/Seg. |
Appoġġa l-proposta tas-Seg. biex tiġi emendata r-Riż. Konf. 16.6 dwar il-Mezzi tal-Għajxien. Il-proposta biex jitħassru d-Deċiżjonijiet tal-CoP 17 tkun prematura; hemm il-bżonn ta’ ħidma ulterjuri bejn il-varji sessjonijiet (b’mod konġunt flimkien mal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Għajxien?). |
(+) |
|||||||
|
17.2 |
Emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 4.6 (Rev. CoP17) [Sottomissjoni ta’ abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet] u Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17) CoP18 Dok. 17.2 |
NA, ZW |
L-emenda ssuġġerita għar-Riż. 4.6 kif abbozzata tidher li mhux f’lokha, għax ir-riżoluzzjoni hija minflok iffokata fuq formalitajiet u proċeduri għas-sottomissjoni ta’ proposti. L-emendi proposti għat-taqsima C tal-Anness 6 tar-Riż. Konf. 9.24 għandha tal-inqas tiċċara l-ambitu ġeografiku tal-konsultazzjonijiet mal-komunitajiet rurali, jiġifieri kull Parti fit-territorju tagħha stess; kwalunkwe bidla m’għandhiex tkun vinkolanti. Ikkunsidrati flimkien mad-dok. 18.3. |
(–) |
|||||||
|
17.3 |
Mekkaniżmu parteċipattiv għall-komunitajiet rurali |
BW, CO, NA, ZW |
Opponi t-twaqqif ta’ Kumitat għall-Komunitajiet Rurali permanenti. Ikkunsidra modi alternattivi kif il-vuċi tal-komunitajiet rurali tinstema’. |
– |
|||||||
18. |
CITES u mezzi ta’ għajxien |
|
Ipproponi li d-dokumenti kollha taħt 17 u 18 jitqiesu bħala pakkett fi grupp ta’ ħidma mingħajr sessjoni li, fost l-oħrajn, ser iqis l-elementi għad-diskussjoni fil-grupp ta’ ħidma tal-intersessjonali. Ikkunsidra flimkien ma’ proposti relatati skont il-Punt 17. |
|
||||||||
|
18.1 |
Rapport tas-Segretarjat CoP18 Dok. 18.1 (Rev. 1) |
Seg. |
Appoġġa t-twaqqif mill-ġdid tal-grupp ta’ ħidma, żvilupp ta’ gwida permezz ta’ konsulenza, għall-konsiderazzjoni mill-CoP 19. Ikkunsidra abbozzi ta’ Deċiżjonijiet addizzjonali proposti mis-Segretarjat. |
(+) |
|||||||
|
18.2 |
Proposta mill-Peru CoP18 Dok. 18.2 |
PE |
Rigward l-abbozz ta’ Deċiżjoni 18.AA (a) tiġi provduta gwida dwar kif jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-kummerċ mill-ispeċijiet tas-CITES, u (b) jiġu evalwati l-marki reġistrati tal-kummerċ għall-prodotti magħmula mill-Komunità, ikkunsidra b’mod konġunt mad-Dok. 18.1 (Rev. 1) u pproponi grupp ta’ abbozzar biex jinstab approċċ komuni bejn dawn iż-żewġ dokumenti, filwaqt li jitqiesu l-kummenti tas-Seg. dwar iż-żewġ dokumenti. B’mod ġenerali miftuħa għat-twaqqif ta’ “Jum Internazzjonali għall-Mezzi ta’ Għajxien tal-Komunitajiet Rurali” iżda r-Riżoluzzjoni speċifika tista’ ma tkunx meħtieġa għal dak il-għan; jikkunsidraw ukoll l-implikazzjonijiet dwar ir-riżorsi. |
(+) |
|||||||
|
18.3 |
Emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17) CoP18 Dok. 18.3 |
CN |
Idea li jiġi inkluż xi tip ta’ “Analiżi tal-mezzi tal-għajxien” fi stqarrija ta’ appoġġ għall-elenkar tal-proposti (Riż. Konf. 9.24, l-Anness 6) tista’ titqies iżda ma tidhirx li hija adatta għal deċiżjoni f’CoP18; it-test propost mhux kollu ċar. Ikkunsidra flimkien mad-dok. 17.2. |
(–) |
|||||||
19. |
Sigurtà tal-ikel u mezzi tal-għajxien CoP18 Dok. 19 |
SC |
Opponi t-tiġdid tad-deċiżjonijiet, minħabba li ma sarx progress fil-Grupp ta’ Ħidma u kwistjonijiet simili ħafna huma indirizzati taħt “Komunitajiet rurali” u “Mezzi tal-Għajxien”; appoġġa l-kummenti tas-Seg.. |
– |
||||||||
20. |
Strateġiji ta’ tnaqqis fid-domanda għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali fl-ispeċijiet elenkati fis-CITES CoP18 Dok. 20 |
SC |
Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif emendati mis-Seg. u aqbel mat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.44 sa 17.48. |
+ |
||||||||
21. |
Tisħiħ tal-kapaċitajiet u identifikazzjoni tal-materjali |
|
|
|
||||||||
|
21.1 |
Tisħiħ tal-kapaċitajiet u materjali ta’ identifikazzjoni CoP18 Dok. 21.1 |
AC/PC |
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet biex jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma AC/PC konġunt dwar materjali ta’ identifikazzjoni; kif ukoll appoġġa l-proposta tas-Seg. biex jitħassru d-Deċiżjonijiet skont punt 54.1. |
+ |
|||||||
|
21.2 |
Attivitajiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet kif speċifikati fir-Riżoluzzjonijiet u d-Deċiżjonijiet CoP18 Dok. 21.2 |
SC |
Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet (reviżjoni, titjib tas-sit web tas-CITES, korsijiet onlajn permezz tal-Kulleġġ Virtwali) flimkien mal-bidliet proposti mis-Seg.. Ikkunsidra flimkien ma’ 21.3 , 28, 29. |
+ |
|||||||
|
21.3 |
Qafas biex jiffaċilita l-koordinazzjoni, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-isforzi tas-CITES għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet CoP18 Dok. 21.3 |
US |
Inizjattiva siewja iżda l-adozzjoni tal-abbozz ta’ Riżoluzzjoni u l-qafas waqt il-CoP18 tidher prematura. Appoġġa l-integrazzjoni tal-elementi rilevanti fi 21.2 minflok, kif propost mis-Seg., għall-kunsiderazzjoni mill-SC u mill-CoP 19. Ikkunsidra b’mod konġunt mad-dokumenti. 21.2 , 28. |
(+) |
|||||||
22. |
Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi tan-Nazzjonijiet Uniti |
|
Appoġġa l-abbozzi ta’ emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.1 bi stedina lill-Partijiet u lill-Istati li mhumiex partijiet biex jaħtru punt fokali wieħed għall-koordinazzjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi fil-pajjiż. |
+ |
||||||||
23. |
Involviment taż-żgħażagħ CoP18 Dok. 23 |
SC |
Appoġġa r-reviżjonijiet issuġġeriti għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.5 dwar l-involviment taż-żgħażagħ (Anness 1) u tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.26 u 17.27. |
+ |
||||||||
Kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni u implimentazzjoni |
||||||||||||
Riżoluzzjonijiet u Deċiżjonijiet Eżistenti |
||||||||||||
24. |
Reviżjoni tar-Riżoluzzjonijiet CoP18 Dok. 24 |
Seg. |
Appoġġa b’mod generali l-emendi għar-Riżoluzzjonijiet Konf. 4.6, Sottomissjoni ta’ dokumenti (inkluż dwar deċiżjoni ta’ finanzjament ċentralizzat); ir-rieżami jissuġġerixxi l-inkorporazzjoni ta’ Deċiżjoni 14.19. Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjonijiet 12.8 Rieżami tal-Kummerċ ta’ Livell Sinifikanti (skont SC70) u 14.3, Proċeduri ta’ konformità (inkl. Riż. 10.10 u Riż.17.7). |
+ |
||||||||
25. |
Rieżami tad-Deċiżjonijiet |
|
Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet tas-Seg. kif ippreżentati fi 22 punt separat skont l-anness tad-dokument 25. |
+ |
||||||||
Konformità u infurzar ġenerali |
||||||||||||
26. |
Liġijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni |
Seg. |
Appoġġa s-sett ta’ Deċiżjonijiet iżda itlob aktar ċarezza dwar l-iskedi taż-żmien. Ikkunsidra li tipproponi miżuri addizzjonali għal Partijiet b’leġislazzjoni fil-kategoriji 2 jew 3 biex jissottomettu lis-Seg. dettalji dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. |
(+) |
||||||||
27. |
Kwistjonijiet ta’ konformità tas-CITES |
Seg. |
Appoġġa l-emenda proposta għar-Riż. Konf. 11.3 (Rev. CoP17). Appoġġa b’mod ġenerali l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet, iżda itlob aktar ġustifikazzjoni - u potenzjalment approċċ aktar kawt - b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp ta’ politika tal-permessi tas-CITES ġdida u ta’ “pjattaforma elettronika integrata għall-konformità”. |
(+) |
||||||||
28. |
Programm ta’ Assistenza dwar il-Konformità |
Seg. |
Appoġġa b’mod ġenerali s-sett ta’ Deċiżjonijiet bil-għan li jistabbilixxu Programm ta’ Assistenza dwar il-Konformità bil-ħsieb li jassistu lill-Partijiet b’diffikultajiet li ilhom jeżistu biex jiksbu konformità mal-Konvenzjoni u rakkomandazzjonijiet relatati tal-SC. Madanakollu ikkontesta l-implikazzjonijiet tal-baġit relatati mal-ħolqien tal-Programm. Ikkunsidra flimkien mad-Dok. 21 u mad-dokumenti tal-baġit. |
(+) |
||||||||
29. |
Rieżami tal-Kummerċ ta’ Livell Sinifikanti fil-pajjiżi kollha CoP18 Dok. 29 |
AC/PC |
Appoġġa l-mandat, kif emendat mis-Seg., biex is-Seg. janalizza u l-Kumitati jikkunsidraw l-għażliet u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-CoP 19. |
+ |
||||||||
30. |
Konformità fir-rigward tal-ebanu tal-Malagasy (Diospyros spp.) u palisanders u rosewoods (Dalbergia spp.) |
|
|
|
||||||||
|
30.1 |
Rapport ta’ Madagascar |
|
Ħu nota. Ikkunsidra flimkien mad-dok. 30.2. |
|
|||||||
|
30.2 |
Rapport tal-Kumitat Permanenti CoP18 Dok. 30.2 |
SC |
Appoġġa l-ħtieġa li d-diskussjonijiet kollha ma jiġux iffukati fuq il-pjan ta’ użu propost mill-Madagascar, iżda jibqgħu viġilanti. Itlob enfasi qawwija fuq il-ħtieġa għal sforzi ta’ infurzar aktar b’saħħithom biex jiġu ttrattati l-qtugħ tas-siġar għall-injam illegali u ż-żarmar tan-netwerks tat-traffikar. Ipproponi li l-abbozz ta’ deċiżjoni 18.BB ikun emendat biex iqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-UNODC tal-2017 dwar il-kwistjoni, u jiddaħħal il-kliem ta’ prekawzjoni biex jiżgura li kwalunkwe pjan dwar użu futur ikun sigur biżżejjed. |
(+) |
|||||||
31. |
Swieq domestiċi għall-eżemplari ta’ spiss ikkummerċjalizzati illegalment CoP18 Dok. 31 |
SC |
B’mod ġenerali appoġġa l-emenda proposta għar-Riżoluzzjoni Konf. Konf 10.10 (Rev. CoP17) u l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet riveduti 17.87-17.88, inkluż dwar kontrolli domestiċi tal-prodotti tal-organiżmi selvaġġi għajr l-avorju tal-iljunfanti. |
(+) |
||||||||
32. |
Kwistjonijiet ta’ infurzar CoP18 Dok. 32 |
Seg. |
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet proposti u proposta għall-emenda għar-Riżoluzzjoni Konf 11.3 (Rev.CoP17). Qbil għat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.83 sa 17.85. |
+ |
||||||||
33. |
Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità tal-organiżmi selvaġġi |
|
|
|
||||||||
|
33.1 |
Rapport tas-Segretarjat CoP18 Dok. 33.1 |
Seg. |
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet proposti. |
+ |
|||||||
|
33.2 |
Rapport tal-Kumitat Permanenti CoP18 Dok. 33.2 |
SC |
Appoġġa l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.3 (Rev. CoP17) u l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif modifikati mis-Seg.. Qbil għat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.94 sa 17.96. |
+ |
|||||||
34. |
Appoġġ għall-infurzar kontra l-kriminalità fuq l-organiżmi selvaġġi fl-Afrika tal-Punent u l-Afrika Ċentrali |
Seg. |
Ilqa’ r-rapport u rrikonoxxi l-importanza tal-kwistjoni. Appoġġa l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha, inkluż l-abbozzi ta’ -Deċiżjonijiet fl-Anness 1. |
+ |
||||||||
35. |
Rimi ta’ eżemplari kkonfiskati CoP18 Dok. 35 |
SC |
Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.118 u 17.119 u l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet proposti. Opponi kwalunkwe żieda li tikkomprometti informazzjoni sensittiva dwar ċentri ta’ salvataġġ, jew li tirriżulta f’obbligi addizzjonali għall-Partijiet. Opponi wkoll il-ħidma mill-ġdid tal-grupp ta’ ħidma tal-SC. |
+ |
||||||||
36. |
Il-ħażna u l-ġestjoni ta’ data dwar il-kummerċ illegali miġbura permezz tar-rapporti annwali tal-Partijiet dwar il-kummerċ illegali CoP18 Dok. 36 |
SC |
Appoġġa b’mod ġenerali l-prinċipju ta’ ħażna u ġestjoni aktar sistematiċi ta’ data dwar kummerċ illegali miġbura permezz ta’ rapporti annwali dwar il-kummerċ illegali. Ikkondividi t-tħassib tas-Seg. dwar il-valur miżjud limitat ta’ bażi ta’ data bħal din jekk numru limitat biss ta’ Partijiet fil-fatt jirrappurtaw u jipprovdu data. Ikkunsidra proposta dwar il-lingwa biex iħeġġu lill-Partijiet jissottomettu b’mod aktar sistematiku r-rapporti annwali dwar il-kummerċ illegali. Stieden lis-Seg. u lill-UNODC jikkunsidraw jiffinanzjaw il-bażi ta’ data permezz tal-baġit estern tal-Konvenzjoni għalissa. Ikkunsidra flimkien mad-dokumenti dwar il-baġit. |
(+) |
||||||||
37. |
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-gwardjani tal-organiżmi selvaġġa u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-implimentazzjoni tas-CITES CoP18 Dok. 37 |
NP |
Ilqa’ r-rapport u rrikonoxxi l-importanza tal-kwistjoni. |
|
||||||||
Regolamentazzjoni tal-kummerċ |
||||||||||||
38. |
Ħatra u rwoli tal-Awtoritajiet Maniġerjali CoP18 Dok. 38 |
Seg. |
Appoġġa b’mod ġenerali r-Riżoluzzjoni proposta bil-bidliet. Hemm bżonn ta’ bidliet f’xi aspetti tat-test, inkluż: biex il-proposti jkunu jistgħu jitħaddmu f’reġimi regolatorji differenti (minn perspettiva amministrattiva u legali), u biex jiġi evitat il-ħolqien ta’ dmirijiet legali ġodda li mhumiex fil-Konvenzjoni, u inkluż l-akkomodazzjoni tal-ħtieġa li jkun hemm Awtorità ta’ Ġestjoni waħda għal kull pajjiż li tkun responsabbli għall-komunikazzjoni internazzjonali. |
(+) |
||||||||
39. |
Gwida biex isiru sejbiet ta’ akkwist legali CoP18 Dok. 39 |
SC |
Appoġġa l-abbozz tar-riżoluzzjoni Ikkunsidrati flimkien mad-Dok. 40. |
+ |
||||||||
40. |
Diliġenza dovuta mill-Partijiet tas-CITES u l-obbligi tal-pajjiżi importaturi |
US |
Appoġġa b’mod ġenerali l-ħsieb u l-approċċ. Skrutinju aktar mill-qrib ta’ xi aspetti tal-emendi proposti għar-Riż. Konf. 11.3 huwa meħtieġ. |
(+) |
||||||||
41. |
Sistemi elettroniċi u teknoloġiji tal-informazzjoni CoP18 Dok. 41 |
SC |
Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet proposti, kif emendat mis-Seg.. |
+ |
||||||||
42. |
Traċċabbiltà CoP18 Dok. 42 |
Seg., President tal-SC, MX u CH bħala Presidenti tal-grupp ta’ ħidma intersessjonali dwar it-traċċabbiltà |
Aqbel mad-definizzjoni operattiva tat-traċċabbiltà tas-CITES u appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet fl-Anness 1, inkluż l-emendi proposti mis-Seg.. |
+ |
||||||||
43. |
Kampjuni prodotti minn DNA sintetiku jew ikkultivat CoP18 Dok. 43 |
SC |
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif emendati mis-Seg. u li jissostitwixxu d-Deċiżjonijiet 17.89-17.91, biex ikomplu jivvalutaw l-implikazzjonijiet ta’ kampjuni prodotti permezz tal-bijoteknoloġija li jista’ jkollhom impatt fuq l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. Issuġġerixxi emenda għall-abbozz ta’ Deċiżjoni 18.CC. |
(+) |
||||||||
44. |
Definizzjoni tat-terminu “destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbl i” |
|
|
|
||||||||
|
44.1 |
Rapport tal-Kumitat Permanenti CoP18 Dok. 44.1 |
SC |
Appoġġa l-adozzjoni ta’ gwida mhux vinkolanti sabiex jiġi determinat jekk riċevitur propost ta’ eżemplari ħaj ikunx mgħammar sewwa biex iżomm u jieħu ħsieb tiegħu, kif emendat mis-Seg. fl-Anness 4 u l-abbozz ta’ deċiżjonijiet dwar id-definizzjoni ta’ “destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli” kif emendat fl-Anness 5. |
+ |
|||||||
|
44.2 |
Kummerċ internazzjonali ta’ iljunfanti Afrikani ħajjin: Reviżjoni proposta tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.20 (Rev. CoP17) dwar Definizzjoni tat-terminu “destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbl i” CoP18 Dok. 44.2 |
BF, JO, LB, LR, NE, NG, SD, SY |
Id-dokument jipproponi emendi għar-Riż. Konf. 11.20 b’tali mod li iljunfanti Afrikani ħajjin jiġu trasportati biss għal programmi ta’ konservazzjoni in-situ fil-medda naturali tagħhom, u b’hekk jiġi eskluż kwalunkwe kummerċ ta’ iljunfanti Afrikani maqbuda fis-selvaġġ għal destinazzjonijiet għall-iskop ta’ użu ristrett ex-situ, anke fejn dan ikun ta’ benefiċċju għal skopijiet ta’ konservazzjoni. Ikkunsidra wkoll fir-rigward tar-reġim attwali ta’ eżemplari elenkati fl-App. I - eżemplari elenkati. L-Unjoni topponi r-rakkomandazzjonijiet fid-dokument 44.2 u tħeġġeġ aktar ħidma intersessjonali fir-rigward tal-CoP19. |
– |
|||||||
45. |
Sejbiet li mhumiex ta’ detriment CoP18 Dok. 45 |
AC |
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet proposti bil-għan li jindirizzaw lakuni u l-bżonnijiet tal-Partijiet biex jagħmlu sejbiet mhux ta’ detriment, u appoġġa l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 16.7 (Rev. CoP17). Appoġġa t-tieni workshop internazzjonali dwar l-NDFs. |
+ |
||||||||
46. |
Kwoti għal trofej tal-kaċċa għal-leopard |
|
Appoġġa l-emendi proposti għar-Riż. Konf. 10.14 (Rev. COP16) proposta mill-KS (tneħħija tal-Kenja u l-Malawi mit-tabella fil-paragrafu 1, a) tar-Riż.). Appoġġa biex jittawlu l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet fl-Anness 3 għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Botswana u l-Etjopja, iżda biex jiġu sospiżi l-kwoti tagħhom sakemm jiġu riveduti mill-Kumitat tal-Annimali u l-SC. Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kif propost mis-Seg. fl-Anness 3. B’mod ġenerali appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.21 (Rev. COP13), kif propost mis-Seg. fl-Anness 2; madankollu, għandu jiġi stabbilit proċess formali ta’ rieżami f’perijodu ta’ żmien speċifikat, u dan għandu jidderieġi lill-Istati tal-medda jew lill-Kumitat Permanenti u tal-Annimali biex jirrappurtaw lill-CoP meta jkun hemm tħassib jew meta l-bidliet fil-“kwota approvata” jitqiesu neċessarji. Hemm bżonn ta’ aktar diskussjoni dwar il-kwoti ta’ esportazzjoni miżmuma f’Riż. Konf. 10.14 (Rev. CoP16). |
(+) |
||||||||
47. |
Titjib tal-kwoti għal trofej tal-kaċċa għall-mogħoż bil-qrun mibrum CoP18 Dok. 47 |
PK |
Appoġġa ż-żieda tal-kwota għat-trofej tal-kaċċa għall-mogħoż bil-qrun mibrum fil-Pakistan minn 12 sa 20 annimal kull sena, jekk il-Pakistan jipprovdi aktar informazzjoni li turi li l-linji gwida dwar l-Appendiċi I, it-trofej tal-kaċċa fir-Riżoluzzjoni Konf. 17.9 huma ssodisfati, inkluż informazzjoni dwar:
|
(+) |
||||||||
48. |
Trofej tal-kaċċa tar-rinoċeronti iswed: Kwota ta’ esportazzjoni għall-Afrika t’Isfel |
ZA |
Żieda proposta tal-kwota mill-kwota ta’ ħames rinoċeronti suwed maskili adulti għal mass. ta’ 0.5 % tal-popolazzjoni totali tal-pajjiż tidher raġonevoli, jekk tradotta f’pubblikazzjoni annwali mill-Afrika t’Isfel ta’ kwota speċifika (numru assolut ta’ eżemplari). |
(+) |
||||||||
49. |
Implikazzjonijiet tat-trasferiment ta’ speċi għall-Appendiċi I |
|
|
|
||||||||
|
49.1 |
Rapport tas-Segretarjat CoP18 Dok. 49.1 |
Sek. |
Appoġġa l-emendi għar-Riż. Konf. 12.3 biex jiġi ċċarat li, wara li jsir elenkar ’il fuq ta’ speċi, ir-regoli applikabbli huma dawk validi fil-ħin tal-kummerċ (mhux il-ħsad), kif ukoll għar-Riż. Konf. 13.6. Analizza f’aktar dettall il-proposta biex tinkludi paragrafu ġdid (11) fir-Riż. Konf. 12.3 u l-abbozz tad-Deċiżjoni għall-SC biex jikkunsidra l-ħtieġa ta’ gwida matul il-perijodu ta’ transizzjoni, inkluż bejn id-deċiżjoni għall-elenkar u d-dħul fis-seħħ, u biex l-SC jeżamina kundizzjonijiet speċjali għal pjanta annotata inkluż l-ispeċi tal-injam. |
(+) |
|||||||
|
49.2 |
Kummerċ fl-eżemplari tal-“pre-Appendiċi I” CoP18 Dok. 49.2 |
CI, NG, SN |
Appoġġa l-proposta tas-Seg. biex tikkunsidra 49.1 u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fiha bħala l-punt ta’ tluq tagħna, minflok ir-rakkomandazzjoni f’49.2. Lesti li jiġu inkorporati l-elementi ta’ abbozzar f’49.1. |
(–) |
|||||||
50. |
Emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 10.13 (Rev. CoP15) dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għall-ispeċijiet tal- injam CoP18 Dok. 50 |
SC |
Appoġġa iżda pproponi li jinkludu referenza għall-ħtieġa li l-NDFs ikunu bbażati fuq fatturi ta’ konverżjoni adegwati, u emendi oħra minuri. |
(+) |
||||||||
51. |
Stokkijiet u ħażniet CoP18 Dok. 51 |
SC |
Appoġġa l-kontinwazzjoni tax-xogħol intersessjonali b’mandat definit b’mod aktar ċar, eskluż il-ġestjoni tal-ħażniet. |
+ |
||||||||
52. |
Introduzzjoni mill-baħar CoP18 Dok. 52 |
SC |
Appoġġa l-mandat imġedded għas-Seg. biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tar-Riż. Konf. 14.6 u jirrapporta dwar in-negozjati tal-BBNJ; l-SC għandu jirrevedi l-informazzjoni. |
+ |
||||||||
53. |
Kodiċijiet tal-iskopijiet fuq il-permessi u ċ-ċertifikati tas-CITES CoP18 Dok. 53 |
SC |
Appoġġa l-abbozzi ta’ emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 12.3 (Rev. CoP17) dwar Permessi u ċertifikati. Appoġġa s-sett il-ġdid ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet proposti mis-Seg. minflok l-abbozz ta’ emendi għad-Deċiżjoni 14.54 fl-Anness 1 tad-dokument. |
(+) |
||||||||
54. |
Identifikazzjoni ta’ eżemplari fil-kummerċ |
|
|
|
||||||||
|
54.1 |
Manwal ta’ identifikazzjoni CoP18 Dok. 54.1 |
AC, PC, Sek. |
Appoġġah. Ikkunsidra flimkien ma’ 21.1. |
+ |
|||||||
|
54.2 |
Identifikazzjoni tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati CoP18 Dok. 54.2 |
PC |
Appoġġa s-sett ġdid ta’ Deċiżjonijiet u t-tħassir ta’ deċiżjonijiet preċedenti. |
+ |
|||||||
|
54.3 |
Identifikazzjoni tal-isturjun u l-eżemplari tal-ħut spatula fil-kummerċ CoP18 Dok. 54.3 |
|
Appoġġa t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet. Ikkunsidra jekk xi Stat Membru tal-UE jistax jimpenja ruħu li jiffinanzja l-istudju li ilu li kellu jsir. |
+ |
|||||||
55. |
Implimentazzjoni tas-CITES għall-kummerċ fi speċijiet ta’ pjanti mediċinali |
|
Appoġġa l-abbozz ta’ deċiżjoni biex isir kuntatt ma’ atturi ewlenin fil-kummerċ tal-pjanti mediċinali u jiġi rrappurtat lill-Kumitat dwar il-PC bħala l-ewwel pass biex tinkiseb informazzjoni dwar il-kummerċ u l-volum tiegħu. |
+ |
||||||||
Eżenzjonijiet u dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kummerċ |
||||||||||||
56. |
Proċedura ssimplifikata għall-permessi u ċ-ċertifikati CoP18 Dok. 56 |
SC |
B’mod ġenerali appoġġa l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.15 (Rev. CoP12), ir-Riżoluzzjoni Konf. 12.3 (Rev. CoP17) u l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet diretti lis-Seg.; qis l-osservazzjonijiet tas-Seg.u kkunsidra l-ħtieġa għal aktar emendi. |
(+) |
||||||||
57. |
Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni marbuta mal-eżemplari mwielda u mrobbija fil-magħluq CoP18 Dok. 57 |
SC |
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif issuġġerit mill-SC u emendat mis-Seg.. |
+ |
||||||||
58. |
L-Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 17.7 dwar Rieżami tal-kummerċ fl-eżemplari tal-annimali rrapportati bħala prodotti fil-magħluq CoP18 Dok. 58 |
SC |
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet u emenda suġġerita tar-Riżoluzzjoni Konf. 17.7 kif issuġġerit mill-SC u approvat mis-Seg.. Ikkunsidra flimkien mad-dokumenti dwar il-baġit. |
+ |
||||||||
59. |
Definizzjoni tat-terminu “propagat b’mod artifiċjal i” |
|
|
|
||||||||
|
59.1 |
Gwida dwar it-terminu “propagat b’mod artifiċjali’” CoP18 Dok. 59.1 |
PC |
Appoġġa l-abbozz ta’ deċiżjoni. Miftuħa għall-emendi proposti mis-Seg.. Issuġġerixxi li l-pubblikazzjoni tal-gwida għandha sseħħ biss wara r-reviżjoni tagħha mill-PC. Enfasizza l-ħtieġa għal aġġornament tal-"Gwida għall-applikazzjoni tal-kodiċijiet tas-sorsi tas-CITES" sabiex jiġi rifless il-ħolqien ta’ kodiċi tas-sors ġdid għall-pjanti. |
+ |
|||||||
|
59.2 |
Kodiċi tas-sors għall-eżemplari tal-pjanti fil-kummerċ CoP18 Dok. 59.2 |
SC |
Appoġġa l-ħolqien tal-kodiċi tas-sors Y permezz ta’ emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.11 (Rev. CoP17) u r-Riżoluzzjoni Konf. 12.3 (Rev. CoP17), kif ukoll l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif proposti mill-SC. Ikkunsidra li topponi wħud mill-emendi addizzjonali proposti mis-Seg., b’mod partikolari fir-rigward tal-injam tal-agar u l-ħtieġa ta’ NDFs. |
+ |
|||||||
Kwistjonijiet speċifiċi skont l-ispeċijiet |
||||||||||||
60. |
Kummerċ illegali fiċ-ċiti (Acinonyx jubatus) CoP18 Dok. 60 |
Seg. |
Appoġġa l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jsejjaħ lis-Seg. biex jagħmel disponibbli l-verżjoni finali tal-kit tar-riżorsi tal-kummerċ fiċ-ċita tas-CITES, u soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi. Aqbel li jitħassru d-deċiżjonijiet 17.124, 17.126, 17.127, 17.128 u 17.130; Id-deċiżjonijiet 17.125 u 17.129 jiġu mġedda kif riveduti mis-Seg. kif stipulat fid-Dok. 25. |
+ |
||||||||
61. |
Sturjuni u ħut spatula (Acipenseriformes spp.) |
Seg. |
Appoġġa l-mandat imġedded għall-SC biex jeżamina t-tikkettar tal-kavjar. |
+ |
||||||||
62. |
Abbozzi ta’ deċiżjonijiet dwar il-konservazzjoni tal-amfibji (Amphibia) |
CR |
Firxa wiesgħa ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet indirizzati lill-Partijiet, lill-Kumitati u lis-Seg., proposti mingħajr dikjarazzjoni ta’ sostenn jew kunsiderazzjoni minn qabel mill-AC jew mill-SC. L-informazzjoni meħtieġa mhijiex speċifika għall-amfibji iżda tapplika għat-taxa kollha. Il-proposta kif inhi mhux ser tkun appoġġata, iżda proposta aktar iffukata b’azzjonijiet konkreti tista’ titqies b’mod favorevoli. |
(–) |
||||||||
63. |
Sallur (Anguilla spp.) CoP18 Dok. 63 |
AC, SC, Sek. |
Appoġġa abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif emendati mis-Seg. u ssuġġerixxi grupp ta’ abbozzar qasir biex jirfina dawn id-Deċiżjonijiet. |
+ |
||||||||
64. |
Koralli prezzjużi (l-ordni Antipatharia u l-familja tal-Coralliidae) |
SC |
Appoġġa l-abbozz tad-deċiżjoni li tagħti mandat lill-AC u lill-SC biex janalizzaw u jaslu għal konklużjonijiet mill-istħarriġ dwar il-koralli prezzjużi u mill-istudju tal-FAO. |
+ |
||||||||
65. |
L-Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf 16.10 dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għal injam tal- agar li tipproduċi l-injam tat-taxa [Aquilaria spp. u Gyrinops spp.] CoP18 Dok. 65 |
PC |
Appoġġa l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet dwar taxa li tipproduċi l-injam tal-agar u t-tħassir ta’ deċiżjonijiet preċedenti. |
+ |
||||||||
66. |
Il-Kummerċ fil-Boswellia spp. (Burseraceae) CoP18 Dok. 66 |
LK, US |
Appoġġ għal sett ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kif emendat mis-Seg.. |
+ |
||||||||
67. |
Tirda tal-gundalla (Cheilinus undulatus) CoP18 Dok. 67 |
SC |
Aqbel mal-abbozz ta’ Deċiżjoni bil-għan li tipprovdi għajnuna lill-pajjiżi esportaturi u importaturi ewlenin biex tindirizza l-isfidi ta’ implimentazzjoni li fadal. |
+ |
||||||||
68. |
Klieb il-baħar u raj (Elasmobranchii spp.) |
|
|
|
||||||||
|
68.1 |
Rapport tal-Kumitat tal-Annimali |
AC |
Ħu nota tar-rapport. |
|
|||||||
|
68.2 |
Rapport tas-Segretarjat |
|
Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet u l-abbozz ta’ emendi għar-Riż.12.6 (Rev. COP17). |
+ |
|||||||
69. |
Iljunfanti (Elephantidae spp.) |
|
|
|
||||||||
|
69.1 |
L-Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP17) dwar il-Kummerċ f’eżemplari tal-iljunfanti |
Seg./SC |
Stokkijiet u ħażniet: appoġġa d-Deċiżjoni biex l-SC jirrevedi l-gwida mħejjija mis-Seg.. |
+ |
|||||||
|
|
|
|
Iljunfanti Ażjatiċi: miftuħa għall-appoġġ tat-tiġdid tad-Deċiżjonijiet iżda għandu jkun hemm aċċettazzjoni akbar mill-istatital-medda biex dan ikun effettiv. |
+ |
|||||||
|
|
|
|
NIAPs: appoġġa r-reviżjonijiet proposti għar-Riż. Konf. 10.10, para. 26 g) u l-Anness III (linji gwida dwar il-proċess NIAP) u għar-Riż. Konf. 14.3 dwar il-Konformità (ara d-dok. 24); ikkunsidra t-talba tas-Seg. għall-ħolqien ta’ kariga ġdida (u ikkunsidra l-implikazzjonijiet għall-baġit). |
+ |
|||||||
|
|
|
|
Rieżami tal-ETIS: appoġġa t-ToR kif maqbul fl-SC70. |
+ |
|||||||
|
|
|
|
MIKE, sostenibbiltà finanzjarja u operattiva tal-ETIS:: appoġġa l-abbozz ta’ Deċiżjoni għas-Seg. biex tiġi żviluppata proposta (spejjeż: 30 000 USD), l-SC għandu jirrevedi. |
+ |
|||||||
|
|
|
|
Swieq tal-avorju domestiċi: appoġġa l-emenda proposta għar-Riż. Konf. 10.10 kif ippreżentata fid-dok. 31. |
+ |
|||||||
|
69.2 |
Rapport dwar il-Monitoraġġ tal-Qtil Illegali tal-Iljunfanti (MIKE) CoP18 Dok 69.2 |
Sek. |
Ħu nota tar-rapport. |
|
|||||||
|
69.3 |
Rapport dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Kummerċ fl-Iljunfanti (ETIS) CoP18 Dok. 69.3(Rev. 1) |
Seg. |
Ħu nota tar-rapport; ikkunsidra l-implikazzjonijiet tal-proċess dwar in-NIAP (pajjiżi speċifiċi identifikati mill-ETIS li bħalissa mhumiex taħt l-NIAP). |
|
|||||||
|
69.4 |
Ħażniet tal-avorju: reviżjoni proposta tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP17) dwar il-Kummerċ f’eżemplari tal-iljunfanti CoP18 Dok. 69.4 |
BF, TD, CI, GA, JO, KE, LR, NE, NG, SD, SY |
Irrikonoxxi l-importanza li l-gwida tiġi ffinalizzata imma kkontesta l-fattibbiltà u l-idoneità ta’ grupp ta’ ħidma fis-sessjoni għal dak l-iskop. Ikkunsidra s-suġġerimenti alternattivi tas-Seg.. |
(–) |
|||||||
|
69.5 |
Aspetti dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP17) dwar l-għeluq tas-swieq domestiċi tal-avorju |
BF, CI, ET, GA, KE, LR, NE, NG, SY |
Il-konklużjonijiet tal-kompetizzjoni dwar is-suq tal-avorju tal-UE (il-para. 28); enfasizza l-isforzi kontinwi tal-UE. Opponi l-bidliet proposti għar-Riż. Konf. Konf. 10.10 u għall-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet assoċjati bħala sproporzjonati u parzjalment mhux ċari. |
– |
|||||||
70. |
Il-fekruna tal-baħar bil-xqur (Eretmochelys imbricata) u fkieren tal-baħar oħrajn (Cheloniidae u Dermochelyidae) |
Seg. |
Appoġġa li titkompla l-ħidma permezz ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet proposti mis-Seg. u biex jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma intersessjonali dwar il-fkieren tal-baħar. |
+ |
||||||||
71. |
Qtates kbar Ażjatiċi (Felidae spp.) |
|
|
|
||||||||
|
71.1 |
Rapport tas-Segretarjat |
Seg. |
Appoġġa d-dokument b’emendi li jkollhom l-għan li jsaħħu l-abbozzi tad-deċiżjonijiet tas-Seg.. Appoġġa r-rakkomandazzjoni tas-Seg. li tinżamm Deċ.14.69. |
(+) |
|||||||
|
71.2 |
Abbozz ta’ deċiżjonijiet dwar qtates kbar Ażjatiċi CoP18 Dok. 71.2 |
IN |
Appoġġa b’mod ġenerali l-isforzi biex jiġi mmonitorjat u ġestit aħjar il-kummerċ fil-qtates kbar Ażjatiċi. Qabel ma jiġu appoġġati l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet issuġġeriti, dawn jeħtieġu analiżi u emendi sostanzjali, inkluż biex tiġi evitata d-duplikazzjoni mad-dokument 71.1. Ir-rabta mar-Riż. Konf. 12.5 (Rev. 17) għandha wkoll tkun ikkunsidrata. |
0 |
|||||||
72. |
Żwiemel tal-baħar (Hippocampus spp.) fis-CITES – pjan direzzjonali għas-suċċess |
MV, MC, LK, US |
Appoġġa s-sett ta’ Deċiżjonijiet kif emendat mis-Seg. biex tinbeda diskussjoni dwar il-ġestjoni u l-użu sostenibbli taż-żwiemel tal-baħar fl-AC u fl-SC. |
+ |
||||||||
73. |
Xadini kbar (great apes) (Hominidae spp.) CoP18 Dok. 73 |
SC, Sek. |
Appoġġaw emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 13.4 (Rev. CoP16) dwar il-Konservazzjoni ta’ u l-kummerċ f’xadini kbar kif propost mis-Seg., kif ukoll it-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.232 u 17.233. Il-proposta hija bbażata fuq ir-rapport dwar l-istatus ta’ xadini kbar u l-impatt relattiv tal-kummerċ illegali u pressjonijiet oħra fuq l-istatus tagħhom, li tħejjiet permezz ta’ kollaborazzjoni bejn is-Seg., l-IUCN, il-GRASP u msieħba oħra, u ġiet ikkunsidrata mill-AC30 u l-SC70. Xi bidliet editorjali jistgħu jkunu mixtieqa, b’mod partikolari sabiex jinbidlu r-referenzi għal “bushmeat” għal “wild meat” sabiex ikun hemm konsistenza mad-Dok. 95. |
+ |
||||||||
74. |
Speċijiet tal-injam Rosewood [Leguminosae (Fabaceae)] CoP18 Dok. 74 |
PC |
Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet. |
+ |
||||||||
75. |
Pangolins (Manis spp.) CoP18 Dok. 75 |
Seg., biż-żieda tal-proposta tal-SC |
Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kif irrakkomandat mill-SC (SC69), bl-emendi ssuġġeriti mis-Seg., u appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.239 - 17.240. |
+ |
||||||||
76. |
L-iljun Afrikan (Panthera leo) |
|
|
|
||||||||
|
76.1 |
Rapport tas-Segretarjat |
|
Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet dwar l-iljuni Afrikani (Panthera leo) u l-qtates kbar u jiġi appoġġat it-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.241 - 17.245. |
+ |
|||||||
|
76.2 |
Il-konservazzjoni tal-iljuni Afrikani u l-kummerċ tagħhom |
NG, TG |
Is-sett ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet issuġġeriti taħt 76.1 li jqisu t-tħassib enfasizzat f’dan id-dokument u l-abbozz ta’ Riżoluzzjoni li jakkumpanjah, x’aktarx li jkunu aktar ta’ suċċess fil-kisba ta’ azzjoni sinifikanti u mmirata f’perjodu ta’ żmien speċifikat. |
- |
|||||||
77. |
Ġagwar (Panthera onca) |
|
|
|
||||||||
|
77.1 |
Il-kummerċ fil-ġagwari |
CR, MX |
Appoġġa b’mod ġenerali s-sett ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet li jsejħu għal studju dwar il-kummerċ illegali fil-ġagwari; u appoġġa r-rakkomandazzjonijiet u l-emendi għall-Anness 1 mis-Seg. biex jgħaqqad id-dokument mad-dokument taħt 77.2. |
(+) |
|||||||
|
77.2 |
Kummerċ illegali fil-ġagwari CoP18 Dok. 77.2 |
PE |
Opponi l-adozzjoni ta’ Riżoluzzjoni speċifika għall-ispeċi - madankollu, xi wħud mill-attivitajiet identifikati jistgħu jiġu inklużi f’sett ta’ deċiżjonijiet u meqjusa fil-kuntest ta’ 77.1 (jew il-proponenti jistgħu jgħaqqdu d-dokumenti tagħhom f’sett wieħed ta’ Deċiżjonijiet kif propost mis-Seg. fid-Dok. 77.1). |
(–) |
|||||||
78. |
Kummerċ illegali fl-antilop Tibetan (Acinonyx jubatus) CoP18 Dok. 78 |
SC |
Appoġġa l-abbozz tar-rakkomandazzjoni u l-proposta mis-Seg. biex jiġi emendat il-paragrafu 2b) tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.8 (Rev. CoP17). |
+ |
||||||||
79. |
Il-ġestjoni tal-kummerċ u l-konservazzjoni tal-għasafar tal-għana (Passeriformes) |
US, LK |
B’mod ġenerali appoġġa l-proposta għall-KA biex tikkunsidra l-implikazzjonijiet tal-konservazzjoni tal-kummerċ tal-għasafar, preferibbilment abbażi ta’ reviżjoni kkummissjonata mis-Seg. soġġetta għal finanzjament estern. Jeħtieġ li l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet jiġu emendati biex jindirizzaw dawn il-bidliet u t-tħassib espressi mis-Seg.. |
+ |
||||||||
80. |
Ċirasa tal-Afrika (Prunus africana) CoP18 Dok. 80 |
PC |
Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet. |
+ |
||||||||
81. |
Pappagalli griżi Afrikani (Psittacus erithacus) |
ZA |
Miftuħa biex l-iskadenza għar-reġistrazzjonijiet tal-faċilità tat-tgħammir tiġi mtawwla. Issuġġerixxi li jiżdied paragrafu ġdid f) għad-Deċiżjoni 17.256, bħala referenza għar-riintroduzzjoni tal-IUCN u l-linji gwida dwar ir-ripopolazzjoni. |
+ |
||||||||
82. |
Ħuta kardinal Banggai (Pterapogon kauderni) |
AC |
Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet; l-UE lesta tappoġġa lill-Indoneżja fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 18.AA. |
+ |
||||||||
83. |
Rinoċeronti (Rhinocerotidae spp.) |
|
|
|
||||||||
|
83.1 |
Rapport tal-Kumitat Permanenti u tas-Segretarjat |
|
Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet b’xi emendi biex jiġu introdotti skedi ta’ żmien għal azzjonijiet. Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.135-17.144, u s-sostituzzjoni tad-Deċiżjonijiet 17.133 u 17.134 b’abbozz ta’ deċiżjoni ġdid 18.AA. |
+ |
|||||||
|
83.2 |
Reviżjonijiet għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.14 (Rev. CoP17) dwar Il-Konservazzjoni u l-kummerċ fir-rinoċeronti Afrikani u Ażjatiċi, u deċiżjonijiet assoċjati |
KE |
Oppożizzjoni għal abbozzi ta’ deċiżjonijiet u emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.14 kif inhuma, peress li jaqbżu l-mandat tal-Konvenzjoni u jidduplikaw riżoluzzjonijiet u deċiżjonijiet eżistenti. |
(–) |
|||||||
84. |
Buċeru bl-elmu (Rhinoplax vigil) CoP18 Dok. 84 |
SC |
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet fl-Anness 1, inklużi l-emendi proposti mis-Seg., u tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.264, 17.265 u 17.266. |
+ |
||||||||
85. |
Bronja reġina (Strombus gigas) |
|
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet fl-Anness 1 li ser jissostitwixxu d-deċiżjonijiet 17.285 sa 17.287 u 17.289 u jħassru d-Deċiżjonijiet 17.288 u 17.290 li ġew implimentati b’mod sħiħ. |
+ |
||||||||
86. |
Antilop Saiga (Saiga spp.) CoP18 Dok. 86 |
SC |
Appoġġa d-dokument li huwa bbażat fuq ir-riżultat tad-diskussjonijiet fl-SC u li għandu fil-mira l-Istati tal-medda tas-saiga sabiex itejjeb il-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ partijiet u derivattivi tal-ispeċijiet, itejjeb il-kapaċitajiet tagħhom biex jindirizzaw il-kummerċ illegali, u jtejjeb l-isforzi ta’ konservazzjoni in situ u ex situ; appoġġa l-proposta mis-Seg. biex l-AC jkun involut fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni waħda. Id-deċiżjonijiet jista’ jkollhom bżonn ta’ xi modifiki skont ir-riżultat tal-bidliet proposti fil-lista. |
+ |
||||||||
87. |
Il-konservazzjoni taż-żrinġ tal-ilma Titicaca (Telmatobius culeus) |
PE |
L-ispeċi ġiet elenkata fl-Appendiċi I fil-CoP 17. L-impatt tal-kummerċ internazzjonali fuq l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ din l-ispeċi għadu mhux ċar, probabbilment għaliex ma hemmx biżżejjed data. L-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni dedikata dwar il-konservazzjoni taż-żrinġ tal-ilma Titicaca tidher li hija prematura. |
(–) |
||||||||
88. |
Fkieren tal-art u fkieren tal-ilma ħelu (Testudines spp.) CoP18 Dok. 88 |
SC, Sek. |
Appoġġa b’mod ġenerali l-abbozz tal-verżjoni riveduta tar-Riżoluzzjoni Konf 11.9 dwar Il-Konservazzjoni ta’ u l-kummerċ fil-fkieren tal-art u l-fkieren tal-ilma ħelu u l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet proposti mis-Seg.; ikkunsidra l-ħtieġa li x-xogħol futur jiġi ffokat fuq bżonnijiet prattiċi. |
(+) |
||||||||
89. |
Totoaba (Totoaba macdonaldi) CoP18 Dok. 89 |
Seg. |
Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet dwar aktar ġbir ta’ informazzjoni mill-Partijiet; miżuri ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ infurzar; studju dwar il-vaquita u t-totoaba (deskrizzjoni miftiehma mill-SC) li għandu jitwettaq mis-Seg.. |
+ |
||||||||
90. |
Denfil geddumu qasir tal-Baħar l-Iswed (Tursiops truncatus ponticus) CoP18 Dok. 90 |
AC |
Appoġġa l-abbozz ta’ Deċiżjoni biex is-Seg. jikkoopera mal-Ftehim dwar il-Konservazzjoni taċ-Ċetaċej fil-Baħar l-Iswed, fil-Baħar Mediterran u fiż-żona kontigwa tal-Atlantiku (ACCOBAMS). |
+ |
||||||||
91. |
Il-konservazzjoni tal-vicuña (Vicugna vicugna) u l-kummerċ fil-fibra u l-prodotti tagħha |
AR |
B’mod ġenerali appoġġa l-abbozz ta’ riżoluzzjoni dwar il-konservazzjoni tal-vicuña u l-kummerċ fil-fibra u l-prodotti tagħha, u r-rakkomandazzjonijiet mis-Seg.; id-dokument ġie mħejjit skont il-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Vicuña. |
+ |
||||||||
92. |
Appendiċi I speċi elenkata CoP18 Dok. 92 |
Seg., AC, PC |
Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.22 sa 17.25. |
+ |
||||||||
93. |
Speċijiet tas-siġar neotropikali CoP18 Dok. 93 |
PC |
Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet. |
+ |
||||||||
94. |
Ġestjoni tal-konservazzjoni ta’ u kummerċ f’ħut ornamentali tal-baħar CoP18 Dok. 94 |
CH, US, EU |
Appoġġa abbozzi ta’ Deċiżjonijiet (koproposti mill-Unjoni) kif emendati mis-Segretarjat, speċjalment fir-rigward ta’ stedina lill-partijiet interessati u r-rappreżentanti tal-industrija biex jikkontribwixxu għall-workshop |
+ |
||||||||
95. |
Materjali ta’ gwida, attivitajiet u għodod immirati biex itejbu l-kapaċità tal-Partijiet fir-regolazzjoni tal-kummerċ fil-bushmeat |
Sek. |
Appoġġa b’mod ġenerali l-abbozz tal-verżjoni riveduta tar-Riż. Konf. 13.11 (Rev CoP17) u t-tħassir tad-deċiżjonijiet proposti mis-Seg. (Deċ. 14.73, 14.74, 17.112 u 17.113). Issuġġerixxi emendi biex jiġi rikonoxxut li l-gwida tas-CBD għal settur sostenibbli tal-laħam selvaġġ tirreferi biss għat-tropiċi u s-subtropiċi u li għandha tinżamm id-definizzjoni attwali ta’ laħam selvaġġ (bushmeat) fil-glossarju tas-CITES. |
+ |
||||||||
96. |
Inizjattiva dwar il-Karnivori tal-Afrika |
|
Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet. |
+ |
||||||||
97. |
Il-ġestjoni tal-kummerċ fi u l-konservazzjoni tal-avultun tal-Afrika tal-Punent CoP18 Dok. 97 |
BF, NE, SN |
Appoġġa s-sett ta’ deċiżjonijiet li jippromwovu sinerġiji mal-Konvenzjoni dwar l-Ispeċijiet Migratorji (CMS), kif emendat mis-Seg.. L-indirizzar tal-avvelenament illegali u l-kummerċ ibbażat fuq it-twemmin huwa importanti ħafna, u hemm rabtiet qawwija bejn il-kaċċa tal-iljunfant/ir-rinoċeronti u l-avvenimenti ta’ avvelenament tal-avultuni. Waħda mill-ispeċijiet indirizzati fid-dokument, l-avultun Eġizzjan, tgħammar regolarment fl-UE u fix-xitwa fl-Afrika. |
+ |
||||||||
Manutenzjoni tal-Appendiċijiet |
||||||||||||
98. |
Riżervi dwar emendi għall-Appendiċi I u II CoP18 Dok. 98 |
Sek. |
Appoġġa l-emendi proposti għar-Riż. Konf. 4.25 dwar Riżervi, biex tkun ikkonfermata l-iskadenza ta’ 90 jum għar-riservi għall-elenkar ta’ App. I u II, u biex ikun iċċarat meta l-irtirar ta’ riserva jsir effettiv. |
+ |
||||||||
99. |
Nomenklatura standard CoP18 Dok. 99 |
AC, PC, Sek. |
Appoġġa l-emendi proposti għall-Anness għar-Riż. Konf. 12.11 u abbozzi ta’ Deċiżjonijiet assoċjati. Appoġġa l-estensjoni tad-Deċiżjoni 17.312 biex l-AC jkun meħtieġ jikkunsidra r-reviżjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-CoP19. |
+ |
||||||||
|
Anness 5: Referenzi Standard Proposti Ġodda għas-CITES għan-Nomenklatura tal-Għasafar (Klassi Avjarja) CoP18 Dok. 99 A5 |
|
Ħu nota tar-rapport tal-konsulent dwar referenzi standard għan-nomenklatura tal-għasafar. |
|
||||||||
|
Anness 6: Bidliet proposti fil-letteratura ppubblikata dwar in-nomenklatura ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati fis-CITES li għalihom il-Kumitat tal-Annimali, fiż-żmien tas-sottomissjoni tad-dokument CoP18, għadu ma laħaqx rakkomandazzjoni dwar l-adozzjoni jew ir-rifjut għall-finijiet tas-CITES CoP18 Dok. 99 A6 |
|
|
|
||||||||
100. |
Inklużjoni ta’ speċijiet fl-Appendiċi III |
|
Aqbel mal-abbozz ta’ deċiżjonijiet proposti u l-bidliet proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.25 (Rev. CoP17). |
+ |
||||||||
101. |
Annotazzjonijiet CoP18 Dok. 101 |
SC |
Appoġġa l-emenda proposta għar-Riż. Konf. 11.21 (Rev. CoP17), reviżjoni tal-Paragrafu 7 tat-Taqsima tal-Interpretazzjoni tal-Appendiċi tas-CITES, u abbozzi ta’ deċiżjonijiet li jinsabu fl-Anness 4. Appoġġa l-emendi proposti għad-Deċiżjoni 16.162 (Rev. CoP17) iżda ibqa’ miftuħa għal bidliet potenzjali skont ir-riżultat tal-annotazzjoni #15. |
+ |
||||||||
102. |
Annotazzjonijiet għall-Appendiċi II dwar l-orkidej CoP18Dok. 102 |
SC |
Appoġġa l-abbozz tad-definizzjoni tat-terminu “kożmetiċi”, u adotta d-deċiżjonijiet proposti. |
+ |
||||||||
103. |
Gwida għall-pubblikazzjoni tal-Appendiċi CoP18 Dok. 103 |
CA |
Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet biex tiġi żviluppata gwida dwar il-preżentazzjoni tal-annotazzjonijiet u appoġġa l-emendi proposti mis-Seg. biex jiġi evitat li l-ambitu tal-gwida jiġi ristrett qabel iż-żmien. |
+ |
||||||||
104. |
Reviżjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.9 dwar Il-Konsiderazzjoni tal-proposti għat-trasferiment tal- popolazzjonijiet tal-iljunfanti Afrikani mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II CoP18 Dok. 104 |
SC |
Appoġġa t-tħassir propost tar-Riżoluzzjoni u t-tħassir tad-Deċiżjoni assoċjata. |
+ |
||||||||
Proposti biex jiġu emendati l-Appendiċi |
||||||||||||
105. |
Proposti biex jiġu emendati l-Appendiċi I u II |
|
Proposti għall-elenkar huma indirizzati fil-Parti 2 ta’ dan id-dokument, hawn taħt. |
|
||||||||
Konklużjoni tal-laqgħa |
||||||||||||
106. |
Determinazzjoni tal-ħin u l-post tal-laqgħa regolari li jmiss tal-Konferenza tal-Partijiet (l-ebda dokument) |
|
Ebda dokument |
|
||||||||
107. |
Rimarki tal-aħħar (Osservaturi, Partijiet, Segretarju Ġenerali tas-CITES, Gvern Ospitanti) (l-ebda dokument) |
|
Ebda dokument |
|
1. Proposti għall-Elenkar
Nru |
Unità tassonomika/Dettalji |
Proposta |
Proponent |
Kummenti |
Pożizzjoni |
||||||||||||||||||
1 |
Capra falconeri heptneri (Heptner’s markhor) (popolazzjoni tat-Taġikistan) |
I - II Il-popolazzjoni tat-Taġikistan hija trasferita mill-App. I għall-App. II |
It-Taġikistan |
Il-popolazzjoni tidher li qed tiżdied u l-ġestjoni tal-kaċċa skont id-dispożizzjonijiet tas-CITES għall-ispeċijiet tal-Appendiċi I ġġeneraw dħul li jmur lura għand il-komunitajiet u għall-konservazzjoni. Madankollu, il-proposta ma fihiex evidenza b’saħħitha biżżejjed biex tindika li l-miżuri ta’ prekawzjoni fl-Anness 4 tar-Riż. Konf. 9.24 ġew issodisfati. L-elenkar ’l isfel iwassal għal żieda fil-volum ta’ kummerċ mingħajr garanziji li d-dħul jiġi ritornat għall-konservazzjoni. L-IUCN irrakkomandat li jitkompla u li l-ġestjoni attwali tissaħħaħ. |
– |
||||||||||||||||||
2 |
Saiga tatarica (Antilop Saiga) |
II – I Trasferita mill-App. II għall-App. I |
il-Mongolja, l-Istati Uniti tal-Amerka |
Il-proposta tikkunsidra s-Saiga reċenti kollha bħala speċi waħda, f’konformità mal-Lista l-Ħamra tal-IUCN. Madankollu, ir-referenza tassonomika tas-CITES valida bħalissa tifred l-popolazzjonijiet Mongoljani bħala S. borealis. L-Unjoni ser tappoġġa l-interpretazzjoni tal-ambitu tal-lista ssuġġerita mill-Istati Uniti. Jekk din l-interpretazzjoni tiġi aċċettata, il-CoP ser tikkunsidra l-elenkar taż-żewġ speċijiet: S. borealis u S. tatarica. S. borealis tissodisfa l-kriterji tal-elenkar tal-Appendiċi I u l-Unjoni ser tappoġġa l-elenkar tagħha fl-Appendiċi I. L-Unjoni ser tappoġġa l-elenkar fl-Appendiċi I ta’ S. tatarica, sakemm l-Istati tal-medda prinċipali kollha jaqblu mal-elenkar, u biss jekk S. borealis hija elenkata fl-Appendiċi I ukoll. L-Unjoni ser topponi l-elenkar fl-Appendiċi I ta’ S. tatarica jekk S. borealis ma tkunx elenkata ’l fuq ukoll, sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-popolazzjoni ta’ S. borealis. |
0 |
||||||||||||||||||
3 |
Vicugna vicugna (Vicuña) (popolazzjoni tal-Provinċja ta’ Salta) |
I – II Il-popolazzjoni tal-Provinċja ta’ Salta (l-Arġentina) hija trasferita mill-App. I għall-App. II bl-annotazzjoni 1 |
L-Arġentina |
Mill-2006, id-daqs tal-popolazzjoni baqa’ jiżdied b’mod konsiderevoli, il-monitoraġġ tal-popolazzjoni jidher li huwa tajjeb u 41 % (14.000 km2) tal-ħabitat huwa protett. L-unika forma ta’ utilizzazzjoni ppjanata hija t-tqaxxir ta’ eżemplari selvaġġi. Dan għandu jiġi kkunsidrat flimkien mad-dokument ta’ ħidma nru 91. |
+ |
||||||||||||||||||
4 |
Vicugna vicugna (Vicuña) (popolazzjoni taċ-Ċili) |
L-isem tal-popolazzjoni taċ-Ċilì għandu jinbidel minn “popolazzjoni tar-Reġjun Primera” għal “popolazzjonijiet tar-reġjun ta’ Tarapacá u tar-reġjun ta’ Arica u Parinacota” |
Iċ-Ċilì |
Appoġġaha – il-proposta ma fiha l-ebda bidla sostantiva għall-elenkar u taġġusta biss isem ġeografiku. |
+ |
||||||||||||||||||
5 |
Giraffa camelopardalis (Ġiraffa) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Chad, il-Kenya, il-Mali, in-Niġer and is-Senegal |
L-istatus ta’ konservazzjoni attwali tad-disa’ subspeċijiet u l-preżenza u s-severità tat-theddid ewlieni juru varjazzjonijiet reġjonali kbar. Meta jitqies it-tnaqqis ġenerali rreġistrat matul l-aħħar tliet ġenerazzjonijiet u x-xejriet li qed jonqsu tal-popolazzjoni tal-Ġiraffa, l-elenkar fl-Appendiċi II għandu l-merti tiegħu billi tipprevjeni milli din l-ispeċi tiġi mhedda fil-futur. Għalhekk, meta wieħed iqis l-approċċ ta’ prekawzjoni u li wieħed jaġixxi fl-aħjar interess tal-konservazzjoni tal-ispeċijiet, l-elenkar fl-Appendiċi II huwa appoġġat mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
6 |
Aonyx cinereus (Lontra bi dwiefer żgħar) |
II - I Trasferita mill-App. II għall-App. I |
L-Indja, in-Nepal u l-Filippini |
Skont l-IUCN, il-kummerċ tal-annimali domestiċi fuq l-Internet jikkontribwixxi għat-tnaqqis rapidu reċenti tal-ispeċi. Hemm xi indikazzjonijiet li l-livell ta’ dan il-kummerċ qed jikber f’dawn l-aħħar snin. |
+ |
||||||||||||||||||
7 |
Lutrogale perspicillata (Lontra tal-pil lixx) |
II - I Trasferita mill-App. II għall-App. I |
Il-Bangladesh, l-Indja u n-Nepal |
Hemm livelli baxxi ta’ kummerċ internazzjonali legali rreġistrat, iżda l-elenkar aktar ’il fuq jista’ jgħin biex jiġu protetti l-ispeċijiet peress li l-volum tal-kummerċ illegali huwa sinifikanti. |
+ |
||||||||||||||||||
8 |
Ceratotherium simum simum (rinoċeronti abjad tan-Nofsinhar) (popolazzjoni tal-Eswatini) |
L-annotazzjoni eżistenti għall-popolazzjoni tal-Eswatini għandha titneħħa |
L-Eswatini |
Opponiha. Il-popolazzjoni tkompli tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-App. II, iżda t-tneħħija tal-annotazzjoni kif proposta ma tissodisfax is-salvagwardji ta’ prekawzjoni stabbiliti fil-Para A. 2. a) fl-Anness 4 tar-Riż. Konf. 9.24. It-tkomplija tal-kummerċ tal-qrun tar-rinoċeronti tibgħat sinjal ħażin f’dan il-mument, minħabba l-livell għoli ta’ kaċċa illegali u kummerċ illegali. Din iddgħajjef ukoll l-azzjoni għat-tnaqqis tad-domanda minn ħafna Partijiet għal din l-ispeċi. |
– |
||||||||||||||||||
9 |
Ceratotherium simum simum (rinoċeronti abjad tan-Nofsinhar) (popolazzjoni tan-Namibja) |
I - II Trasferiment tal-popolazzjoni ta’ Ceratotherium simum simum tan-Namibja mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II bl-annotazzjoni li ġejja: “Għall-għan waħdieni li jippermetti l-kummerċ internazzjonali f’:
L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċi elenkati fl-Appendiċi I u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat skont dan.” |
In-Namibja |
Il-livelli għolja ta’ kaċċa illegali u traffikar għal din l-ispeċi għadhom ta’ tħassib konsiderevoli għall-Unjoni. Jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta l-konservazzjoni b’suċċess tal-ispeċi fin-Namibja, madankollu, ta’ min jinnota wkoll li aktar minn terz tal-popolazzjoni tan-Namibja kollha ġiet importata u żewġ terzi jappartjenu għal sidien privati, u l-kummerċ fi trofej tal-kaċċa u annimali ħajjin għal finijiet mhux kummerċjali, għal destinazzjonijiet mgħammra b’mod xieraq biex jakkomodaw u jieħdu ħsiebhom, diġà huwa possibbli skont l-Anness I. Jekk il-proposta tiġi adottata mill-CoP, l-Unjoni titlob li tiġi akkumpanjata minn sett ta’ deċiżjonijiet biex timmonitorja u tirrapporta perjodikament dwar l-impatt possibbli ta’ dan it-tniżżil fil-lista. |
(-) |
||||||||||||||||||
10 |
Loxodonta africana (iljunfant Afrikan) |
I - II Il-popolazzjoni taż-Żambja hija trasferita mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II soġġetta għal:
|
Iż-Żambja |
L-annotazzjoni ssuġġerita miż-Żambja terġa’ tiftaħ il-kummerċ internazzjonali tal-avorju u ma tistax tkun appoġġata kif ippreżentata bħalissa. |
– |
||||||||||||||||||
11 |
Loxodonta africana (iljunfant Afrikan) (il-popolazzjonijiet tal-Botswana, tan-Namibja, tal-Afrika t’Isfel u taż-Żimbabwe) Emenda għall-annotazzjoni 2 |
“Emenda għall-annotazzjoni 2: Għall-għan waħdieni li jippermetti: (…)
[…]” |
Il-Botswana, in-Namibja u ż-Żimbabwe |
Il-bidla mitluba se tirriżulta fil-ftuħ tal-kummerċ internazzjonali tal-avorju, u għalhekk ma tissodisfax il-miżuri ta’ prekawzjoni skont l-Anness 4 għar-Riż. Konf. 9.24 u hija prematura. |
– |
||||||||||||||||||
12 |
Loxodonta africana ((l-iljunfant Afrikan) (il-popolazzjonijiet tal-Botswana, tan-Namibja, tal-Afrika t’Isfel u taż-Żimbabwe) |
II - I It-trasferiment tal-popolazzjonijiet tal-Botswana, tan-Namibja, tal-Afrika t’Isfel u taż-Żimbabwe mill-App. II għall-App. I |
Il-Burkina Faso, il-Kosta tal-Avorju, il-Gabon, il-Kenja, il-Liberja, in-Niġer, in-Niġerja, is-Sudan, ir-Repubblika Għarbija Sirjana u t-Togo |
Dawn l-erba’ popolazzjonijiet ma jissodisfawx il-kriterji tal-App. I u l-Istati tal-medda in kwistjoni ma jaqblux mal-elenkar ’il fuq. |
– |
||||||||||||||||||
13 |
Mammuthus primigenius (Mammut sufi) |
0 – II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
L-Iżrael |
L-iskop tas-CITES huwa li tipproteġi l-ispeċi minn sfruttament żejjed u estinzjoni. Kwistjonijiet li huma simili ma jidhirx li huma argument validu biżżejjed għall-elenkar tal-mammoth. Ma ġietx ipprovduta evidenza għall-identifikazzjoni ħażina u l-ħasil fuq skala kbira, u s-snien tal-avorju tal-iljunfant u tal-mammoth juru karatteristiċi uniċi li huma faċli biex ikunu distinti minn xi ħadd li mhux espert. Elenkar fuq App. II ma jkunx proporzjonat mal-iskala tar-riskju ppreżentat (potenzjalment jiġġenera permessi numerużi mingħajr, jew benefiċċju ta’ konservazzjoni limitat). |
– |
||||||||||||||||||
14 |
Leporillus conditor (Far perit) |
I - II Trasferita mill-App. I għall-App. II |
L-Awstralja |
It-trasferiment għall-Appendiċi II irrakkomandat mill-AC. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali. |
+ |
||||||||||||||||||
15 |
Pseudomys fieldi praeconis (il-ġurdien ta’ Shark Bay) |
I - II Trasferita mill-App. I għall-App. II |
L-Awstralja |
It-trasferiment għall-Appendiċi II u bidla fin-nomenklatura rrakkomandati mill-AC. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali. |
+ |
||||||||||||||||||
16 |
Xeromys myoides (Far tal-ilma falz) |
I – II Trasferita mill-App. I għall-App. II |
L-Awstralja |
It-trasferiment għall-Appendiċi II irrakkomandat mill-AC. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali. |
+ |
||||||||||||||||||
17 |
Zyzomys pedunculatus (Far tal-blat tal-Awstralja Ċentrali) |
I – II Trasferita mill-App. I għall-App. II |
L-Awstralja |
It-trasferiment għall-Appendiċi II irrakkomandat mill-AC. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali. |
+ |
||||||||||||||||||
18 |
Syrmaticus reevesii (faġan ta’ Reeves) |
0 – II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
CN |
Il-popolazzjoni taċ-Ċina biss tissodisfa l-kriterji tal-elenkar għall-inklużjoni fl-Appendiċi II. Miftuħa għall-appoġġ tal-inklużjoni tal-ispeċi fl-Appendiċi II, u ser titlob lill-proponent biex jirrestrinġi l-ambitu tal-elenkar għall-popolazzjoni Ċiniża biss. |
(+) |
||||||||||||||||||
19 |
Balearica pavonina (Għarnuq rasu sewda) |
II - I Trasferita mill-App. II għall-App. I |
Il-Burkina Faso, il-Kosta tal-Avorju u s-Senegal |
Kif tirrikonoxxi l-IUCN/TRAFFIC, peress li l-ispeċi hija affettwata mill-kummerċ internazzjonali u t-tnaqqis tal-popolazzjoni stmat jista’ jkun qrib u jaqbeż il-50 % f’dawn l-aħħar 45 sena, B. pavonina aktarx tissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Appendiċi I u l-Unjoni tappoġġa l-proposta. |
+ |
||||||||||||||||||
20 |
Dasyornis broadbenti litoralis (Għasfur qastni bix-xareb tal-Punent) |
Trasferita mill-App. I għall-App. II |
L-Awstralja |
Il-proposta tirriżulta minn Rieżami Perjodiku tas-CITES u tikkonċerna speċi li mhix fil-kummerċ (meqjusa bħala estinta, l-aħħar osservazzjoni saret fl-1906). |
+ |
||||||||||||||||||
21 |
Dasyornis longirostris (Dasijornu munqaru twil) |
I - II Trasferita minn App. I għall-App. II |
L-Awstralja |
Il-proposta tirriżulta minn Rieżami Perjodiku tas-CITES u tikkonċerna speċi li mhix fil-kummerċ. |
+ |
||||||||||||||||||
22 |
Crocodylus acutus (kukkudrill Amerikan) (popolazzjoni tal-Messiku) |
I - II Il-popolazzjoni tat-Messiku hija trasferita mill-App. I għall-App. II |
Il-Messiku |
Appoġġa t-trasferiment mill App. I għall-App. II jekk il-Messiku jistipula kwota 0 għall-eżemplari mis-selvaġġ (kodiċi tas-sors W) |
(+) |
||||||||||||||||||
23 |
Calotes nigrilabris u Calotes pethiyagodai (Gremxul tal-ġonna) |
0 – I Għandu jiġi inkluż fl-App. I |
Is-Sri Lanka |
Jidher li l-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi tas-CITES ġew issodisfati iżda m’hemmx evidenza biżżejjed biex turi li l-livelli attwali jew antiċipati tal-kummerċ huma ta’ detriment għas-sopravivenza tagħhom fis-selvaġġ. L-Unjoni ser tħeġġeġ lill-proponent jelenka ż-żewġ speċijiet fl-Appendiċi III, iżda opponi l-elenkar fl-Appendiċi I. L-Unjoni hija lesta li tikkunsidra aktar informazzjoni dwar l-elenkar fl-Appendiċi II jekk tiġi ppreżentata mill-proponent. |
(–) |
||||||||||||||||||
24 |
Ceratophora spp. (Gremxul muqran) |
0 – I Għandu jiġi inkluż fl-App. I |
Is-Sri Lanka |
Opponi l-elenkar tal-ġeneru fl-Appendiċi I, iżda aqbel li jinkludu C. erdeleni, C. karu, u C. tennenti fl-Appendiċi I u C. stoddartii u C. aspera fl-Appendiċi II. Kriterji bijoloġiċi għall-Appendiċi I huma ssodisfati minn tliet speċi (minn ħames speċi fil-ġeneru): C. karu, C. erdeleni u C. tennentii. L-Appendiċi II jidher aktar ġustifikat għal C. aspera u C. stoddartii. L-Unjoni ser tikkunsidra fil-pront kwalunkwe informazzjoni ulterjuri dwar l-elenkar propost jekk tiġi ppreżentata mill-proponent. |
(+) |
||||||||||||||||||
25 |
Cophotis ceylanica u Cophotis dumbara (Gremxul nanu) |
0 – I Għandu jiġi inkluż fl-App. I |
Is-Sri Lanka |
Il-proposta tidher li tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi; offtakes, anke f’ammonti żgħar jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-bqija tal-popolazzjonijiet. Dawn huma l-uniċi żewġ speċi f’dan il-ġeneru, u t-tnejn huma endemiċi għas-Sri Lanka u huma elenkati bħala f’periklu kbir ħafna fil-Lista l-Ħamra Nazzjonali tas-Sri Lanka (2012). |
+ |
||||||||||||||||||
26 |
Lyriocephalus scutatus (Gremxula mneħirha mħatteb) |
0 – I Għandu jiġi inkluż fl-App. I |
Is-Sri Lanka |
Appoġġa l-elenkar fl-Appendiċi II minħabba li l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I ma jiġux issodisfati iżda dawk tal-App. II jiġu ssodisfati. |
(–) |
||||||||||||||||||
27 |
Goniurosaurus spp. (Wiżgħa leopard) (il-popolazzjonijiet taċ-Ċina u l-Vjetnam) |
0 - II Inkludi l-ispeċijiet taċ-Ċina u tal-Vjetnam fl-App. II |
Iċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea, il-Vjetnam |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
28 |
Gekko gecko (wiżgħa Tokay) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
L-Unjoni Ewropea, l-Indja, il-Filippini, l-Istati Uniti tal-Amerka |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
29 |
Gonatodes daudini (Wiżgħa bi dwiefer tal-Grenadini) |
0 - I Għandu jiġi inkluż fl-App. I |
Saint Vincent u l-Grenadini |
L-ispeċi tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi I. Il-kummerċ internazzjonali rrappurtat ftit wara l-iskoperta tal-ispeċi għadu għaddej, għalkemm il-ġbir tagħhom fil-ħabitat naturali mhuwiex permess. |
+ |
||||||||||||||||||
30 |
Paroedura androyensis (Wiżgħa tal-art ta’ Grandidier ta’ Madagascar) |
0 – II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
L-Unjoni Ewropea, il-Madagascar |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
31 |
Ctenosaura spp. (Igwani denbhom imxewwek) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
El Salvador u l-Messiku |
Il-proposta tissodisfa l-kriterji għall-elenkar; diversi speċijiet tal-ġeneru jistgħu jsiru eliġibbli għall-inklużjoni fl-Appendiċi I fil-futur jekk il-kummerċ ma jkunx regolat billi għandhom popolazzjonijiet żgħar, żoni ristretti ta’ distribuzzjoni jew ġarrbu tnaqqis fil-popolazzjoni, jew taħlita ta’ dawn it-tliet kriterji, u huma vulnerabbli ħafna jew għal fatturi intrinsiċi jew estrinsiċi. |
+ |
||||||||||||||||||
32 |
Pseudocerastes urarachnoides (Lifgħa bil-qrun u denb brimba) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
L-Iran |
Iktar informazzjoni hija meħtieġa biex turi li l-kriterju dwar il-kummerċ ġie ssodisfat. Hemm informazzjoni limitata disponibbli fil-proposta dwar il-firxa tal-ġbir mis-selvaġġ u l-kummerċ internazzjonali tal-ispeċi (b’evidenza ta’ għadd żgħir biss ta’ individwi li jidhru fil-kummerċ barra l-Istat tal-medda tiegħu), u għalkemm l-ispeċi hija kklassifikata bħala “fil-periklu fuq livell nazzjonali”, hemm nuqqas ta’ data biex tindika d-daqs u d-distribuzzjoni tal-popolazzjoni, jew jekk l-ispeċi hux qiegħda tonqos. |
0 |
||||||||||||||||||
33 |
Cuora bourreti (fekruna Bourret’s box) |
II - I Trasferita mill-App. II għall-App. I |
Il-Vjetnam |
Appoġġa t-trasferiment għall-App. I; speċi “f’periklu kritiku” li tissodisfa mill-inqas il-kriterju C.i) fl-Anness 1 tar-Riż. Konf. 9.24 u hija kkumerċjalizzata b’mod qawwi. |
+ |
||||||||||||||||||
34 |
Cuora picturata (Fekruna Vietnamese box) |
II - I Trasferita mill-App. II għall-App. I |
Il-Vjetnam |
Appoġġa t-trasferiment għall-App. I; speċi “f’periklu kritiku” li tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi kollha tar-Riż. Konf. 9.24 għall-elenkar tal-Appendiċi I u hija kkumerċjalizzata b’mod qawwi. Il-proposta hija riżultat ta’ rakkomandazzjoni tar-Rieżami Perjodiku. |
+ |
||||||||||||||||||
35 |
Mauremys annamensis (Fekruna Annam leaf) |
II – I Trasferita mill-App. II għall-App. I |
Il-Vjetnam |
Appoġġa t-trasferiment għall-App. I - speċi “f’periklu kritiku” li tissodisfa mill-inqas il-kriterju C.i) fl-Anness 1 tar-Riż. Konf. 9.24 u hija kkumerċjalizzata b’mod qawwi. Il-proposta hija riżultat ta’ rakkomandazzjoni ta’ Rieżami Perjodiku. |
+ |
||||||||||||||||||
36 |
Geochelone elegans (Fekruna stilla) |
II - I Trasferita mill-App. II għall-App. I |
Il-Bangladesh, l-Indja, is-Senegal u s-Sri Lanka |
L-elenkar huwa propost b’mod konġunt mill-maġġoranza tal-Istati tal-medda. Il-kummerċ illegali huwa ta’ tħassib kbir, għalkemm il-ħsad u l-kummerċ ta’ eżemplari selvaġġi huma diġà pprojbiti fl-Istati tal-medda. It-tħassib dwar l-użu ħażin tal-kodiċi tas-sors C u l-laundering potenzjali ta’ eżemplari selvaġġi permezz ta’ operazzjonijiet ta’ tgħammir fil-magħluq diġà qed jiġu indirizzati mis-CITES skont ir-Riżoluzzjoni Konf. 17.7. |
+ |
||||||||||||||||||
37 |
Malacochersus tornieri (Fekruna ċatta (Pancake)) |
II – I Trasferita mill-App. II għall-App. I |
il-Kenja, l-Istati Uniti tal-Amerka |
Appoġġa l-proposta. L-iktar Valutazzjoni tal-Lista l-Ħamra reċenti (2018) vvalutat l-ispeċi bħala f’“Perikolu Kritiku”. Il-proposta tidher li hija proporzjonata mar-riskji antiċipati għall-ispeċi, li hija f’domanda konsiderevoli mis-settur tal-kummerċ u milquta minn kummerċ illegali. L-isfruttament żejjed huwa rrappurtat bħala fattur ewlieni li bħalissa jaffettwa l-popolazzjonijiet tal-ispeċi. L-ispeċi tidher li tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I. |
+ |
||||||||||||||||||
38 |
Hyalinobatrachium spp., Centrolene spp., Cochranella spp., u Sachatamia spp. (Żrinġijiet tal-ħġieġ) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
Costa Rica, El Salvador |
L-Unjoni tista’ tappoġġa proposta iktar limitata jekk il-proponenti jiddeċiedu li jillimitawha għal dawk l-ispeċi li għalihom jista’ jintwera li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ data dwar il-popolazzjoni, u minħabba li l-kummerċ irrappurtat iseħħ l-aktar fi speċi ta’ “Inqas Tħassib”, l-inklużjoni fl-App. II tal-104 speċi kollha li jappartjenu għal erba’ ġeneri ma tidhirx proporzjonata. Tenħtieġ aktar informazzjoni dwar dawk l-ispeċi li għalihom il-kummerċ huwa l-aktar prevalenti. |
(–) |
||||||||||||||||||
39 |
Echinotriton chinhaiensis u Echinotriton maxiquadratus (Gremxul tal-ilma ta’ denbu qasir imxewwek (spiny newt)) |
0 – II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
Iċ-Ċina |
L-ispeċijiet jissodisfaw il-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi I. Il-konservazzjoni tagħhom tibbenefika mill-protezzjoni internazzjonali. Anki jekk il-livelli tal-kummerċ internazzjonali jidhru baxxi, kwalunkwe kummerċ ta’ eżemplari selvaġġi jista’ jkun ta’ detriment għas-sopravivenza tal-popolazzjonijiet, billi l-popolazzjonijiet huma estremament żgħar u qed jonqsu. Echinotriton ġie maqsum minn Tylototriton (proposta għall-elenkar nru 41) biss fl-1982. Għalhekk, l-elenkar taż-żewġ ġeneri huwa wkoll xieraq fuq il-bażi tal-kriterju li jidhru simili. |
+ |
||||||||||||||||||
40 |
Paramesotriton spp. (Gremxul tal-ilma ta’ denbu qasir bil-felul) |
0 – II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
Iċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
41 |
Tylototriton spp. (Gremxul tal-ilma ta’ denbu qasir li jixbah il-kukkudrilli) |
0 – II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
Iċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
42 |
Isurus oxyrinchus u Isurus paucus (Kelb il-baħar mako) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
Il-Bangladesh, il-Benin, il-Bhutan, il-Brażil, il-Burkina Faso, Cape Verde, iċ-Chad, il-Kosta tal-Avorju, ir-Repubblika Dominikana, l-Eġittu, l-Unjoni Ewropea, il-Gabon, il-Gambja, il-Ġordan, il-Libanu, il-Liberja, il-Maldivi, il-Mali, il-Messiku, in-Nepal, in-Niġer, in-Niġerja, Palau, Samoa, is-Senegal, is-Sri Lanka, is-Sudan, it-Togo |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
43 |
Glaucostegus spp. (Guitarfishes) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
Il-Bangladesh, il-Benin, il-Bhutan, il-Brażil, il-Burkina Faso, Cape Verde, iċ-Chad, il-Kosta tal-Avorju, l-Eġittu, l-Unjoni Ewropea, il-Gabon, il-Gambja, il-Maldivi, il-Mali, il-Mauritania, Monaco, in-Nepal, in-Niġer, in-Niġerja, Palau, is-Senegal, Sierra Leone, is-Sri Lanka, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, it-Togo, l-Ukrajna |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
44 |
Rhinidae spp. (Wedgefishes) |
0 – II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
Il-Bangladesh, il-Benin, il-Bhutan, il-Brażil, il-Burkina Faso, Cape Verde, iċ-Chad, il-Kosta tal-Avorju, l-Eġittu, l-Etjopja, l-Unjoni Ewropea, Fiġi, il-Gabon, il-Gambja, l-Indja, il-Ġordan, il-Kenja, il-Libanu, il-Maldivi, il-Mali, il-Messiku, Monaco, in-Nepal, in-Niġer, in-Niġerja, Palau, il-Filippini, l-Arabja Sawdija, is-Senegal, is-Seychelles, is-Sri Lanka, is-Sudan, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, it-Togo, l-Ukrajna |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
45 |
Holothuria (Microthele) fuscogilva, Holothuria (Microthele) nobilis, Holothuria (Microthele) whitmaei (Bużżi) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
l-Unjoni Ewropea, il-Kenja, is-Senegal, is-Seychelles, l-Istati Uniti tal-Amerka |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
46 |
Poecilotheria spp. (Brimb ornamentali) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
is-Sri Lanka, l-Istati Uniti tal-Amerka |
Peress li ma hemmx biżżejjed evidenza li l-kummerċ internazzjonali jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-ispeċijiet, l-Unjoni ser tinkoraġġixxi lill-istat tal-medda biex jelenka l-ispeċi fl-Appendiċi III, iżda ma topponix l-elenkar fl-Appendiċi II, jekk jiġi miftiehem mill-CoP b’kunsens. L-Unjoni ser tikkunsidra kwalunkwe informazzjoni ulterjuri pprovduta mill-proponenti dak il-ħin. Jista’ jkun hemm diffikultajiet fl-implimentazzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ eżemplari mrobbija fil-magħluq. |
0 |
||||||||||||||||||
47 |
Achillides chikae hermeli (Mindoro peacock swallowtail) |
0 - I |
l-Unjoni Ewropea, il-Filippini |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
48 |
Parides burchellanus (Riverside swallowtail) |
0 - I Għandu jiġi inkluż fl-App. I |
Il-Brażil |
Appoġġa l-proposta. Din l-ispeċi tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I. L-ispeċi tidher fin-numri tal-kummerċ u minħabba d-daqs żgħir tal-popolazzjoni, kwalunkwe kummerċ jista’ jkun ta’ detriment. |
+ |
||||||||||||||||||
49 |
Handroanthus spp., Tabebuia spp. u Roseodendron spp. (Siġar Trumpet) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. I bl-annotazzjoni #6 |
Il-Brażil |
Proposta rtirata. |
mhux applikabbli |
||||||||||||||||||
50 |
Widdringtonia whytei (Mulanje Cedar) |
0 – II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
Il-Malawi |
Opponi sakemm il-Malawi ma jippreżentax evidenza ta’ kummerċ internazzjonali ta’ ħsara għall-konservazzjoni tal-ispeċi. L-ispeċi tista’ minflok tibbenefika minn elenkar fl-Appendiċi III. L-Unjoni, madankollu, ma topponix l-elenkar fl-Appendiċi II f’każ ta’ kunsens fil-CoP 18. |
(–) |
||||||||||||||||||
51 |
Dalbergia sissoo (rosewood tat-Tramuntana tal-Indja) |
II – 0 Ħassar mill-App. II |
Il-Bangladesh, il-Bhutan, l-Indja u n-Nepal |
L-ispeċi hija komuni u ma tissodisfax il-kriterji bijoloġiċi għall-App II, iżda huwa probabbli ħafna li xorta tissodisfa l-kriterju li jidhru simili tar-Riż 9.24 (kriterju A tal-Anness 2 b). Din il-proposta għandha titqies ukoll flimkien mal-emendi proposti għall-annotazzjoni #15. |
– |
||||||||||||||||||
52 |
Dalbergia spp., Guibourtia demeusei, Guibourtia pellegriniana, Guibourtia tessmannii (Rosewoods, Palisanders u Bubingas) Emenda tal- Annotazzjoni # 15 |
II - II Emenda l-annotazzjoni #15 kif ġej: “Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal:
partijiet u derivati ta’ Dalbergia spp. li joriġinaw u huma esportati mill-Messiku, li huma koperti mill-annotazzjoni #6.” |
il-Kanada, l-Unjoni Ewropea |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
53 |
Pericopsis elata (rosewood Afrikan) Emenda għall- Annotazzjoni #5 |
Espandi l-ambitu tal-annotazzjoni għal Pericopsis elata (bħalissa #5) biex jinkludi l-plywood u l-injam trasformat kif ġej: “Iz-zkuk, l-injam isserrat, il-fuljetta, il-plywood u l-injam trasformat (2) |
il-Kosta tal-Avorju,l-Unjoni Ewropea |
Proposta konġunta mill-Unjoni. |
+ |
||||||||||||||||||
54 |
Pterocarpus tinctorius (padauk Afrikan) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
Il-Malawi |
Appoġġa preferibbilment b’annotazzjoni (potenzjalment, l-annotazzjoni l-ġdida kif proposta għall-Percosis elata fil-Prop. 53). L-ispeċi tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi II kif ukoll il-kriterju dwar il-kummerċ (l-isfruttament huwa theddida sinifikanti għall-konservazzjoni tal-ispeċi, fejn il-qtugħ illegali ta’ zkuk sploda matul is-snin riċenti biex tkun issodisfata d-domanda mill-kontinent Ażjatiku). L-inklużjoni fl-Appendiċi II tipprovdi stimulant għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali. |
(+) |
||||||||||||||||||
55 |
Aloe ferox (Aloe morra) Emenda għall-Annotazzjoni #4 |
II - II “Emenda l-annotazzjoni #4 għal Aloe ferox kif ġej: Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal: […]
|
l-Afrika t’Isfel |
Appoġġa iżda ipproponi abbozz ta’ deċiżjoni(jiet) li jagħti lill-PC l-kompitu li jissorvelja l-impatt tal-emenda proposta u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni. Jiġu ssodisfati l-kriterji tar-Riżoluzzjoni 11.21. |
+ |
||||||||||||||||||
56 |
Adansonia grandidieri (baobab ta’ Grandidier’s) Emenda għall-Annotazzjoni #16 |
II – II “Żrieragħ, frott, żjut u pjanti ħajjin” għall-elenkar ta’ Adansonia grandidieri fl-Appendiċi II billi titħassar ir-referenza għall-pjanti ħajjin, sabiex tinqara: “#16 Żrieragħ, frott u żjut” |
L-Iżvizzera |
Appoġġah. Jiġu ssodisfati l-kriterji tar-Riżoluzzjoni 11.21. |
+ |
||||||||||||||||||
57 |
Cedrela spp. (Ċedri) |
0 - II Għandu jiġi inkluż fl-App. II |
L-Ekwador |
Appoġġa biss jekk annotazzjoni hija inkluża fil-proposta bil-ħsieb li jiġu ristretti l-kontrolli tas-CITES għal dawk il-komoditajiet li l-ewwel jidhru fil-kummerċ internazzjonali bħala esportazzjonijiet minn Stati tal-medda (li għandhom jiġu vvalutati u diskussi ma’ proponenti jekk eż. l-annotazjoni l-ġdida kif proposta għal Pericopsis elata fil-Prop. 53 tkun xierqa). Stieden lill-Ekwador biex jikkunsidra r-restrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta għall-popolazzjonijiet tan-Neotropiċi. L-unità tassonomika tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi kif ukoll dawk kummerċjali għall-elenkar fl-Appendiċi II. L-Unjoni hija importatur minuri madwar id-dinja. |
(+) |
(1) Seg. = Segretarjat tas-CITES, SC = Kumitat Permanenti, AC = Kumitat tal-Annimali, PC = Kumitat tal-Pjanti. Għall-kodiċi tal-pajjiż, ara ISO 3166.