|
30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/81 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1610
tal-24 ta' Settembru 2019
li taħtar erba' membri, proposti minn Malta, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern ta' Malta,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Abbażi ta' mandat differenti, is-Sur Samuel AZZOPARDI nħatar mill-ġdid bħala membru, fit-30 ta' Mejju 2016 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/878 (4). Nhar l-10 ta' Novembru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2029 (5), is-Sur Peter BONELLO ġie sostitwit mis-Sur Anthony MIFSUD bħala membru. |
|
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati saru vakanti erba' siġġijiet ta' membri fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan ġew proposti s-Sur Samuel AZZOPARDI (Councillor, Rabat Citta Victoria, Local Council, Gozo), is-Sur Joseph CORDINA (Mayor of Xaghra), is-Sur Paul FARRUGIA (Mayor of Ħal Tarxien) u s-Sur Anthony MIFSUD (Councillor, Imtarfa Local Council), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
|
— |
is-Sur Samuel AZZOPARDI, President Reġjun Għawdex/Gozo Regional Committee President (bidla tal-mandat), |
|
— |
is-Sur Joseph CORDINA, Member of the Local Councils' Executive Committee (bidla tal-mandat), |
|
— |
is-Sur Paul FARRUGIA, President Reġjun Xlokk/South East Regional Committee President (bidla tal-mandat), |
|
— |
is-Sur Anthony MIFSUD, President Regjun Tramuntana/President Northern Region (bidla tal-mandat). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KULMUNI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/878 tat-30 ta' Mejju 2016 li taħtar membru, propost minn Malta, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 145, 2.6.2016, p. 48).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2029 tal-10 ta' Novembru 2015 li taħtar membru wieħed Malti u żewġ membri supplenti Maltin fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 297, 13.11.2015, p. 8).