27.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/73


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1595

tas-26 ta' Settembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 (1) dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA).

(2)

Fid-29 ta' Marzu 2019, il-Kunsill estenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 sat-30 ta' Settembru 2019 permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/535 (2).

(3)

Fit-12 ta' Settembru 2019, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel li jestendi l-mandat ta' EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA b'sitt xhur. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 tiġi emendata skont dan.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, la hija marbuta biha u lanqas hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, u ma tiħux sehem fil-finanzjament ta' din l-operazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2019 sal-31 ta' Marzu 2020, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni ta' EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 3 059 000. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 15 % għall-impenji u ta' 0 % għall-pagamenti.”.

(2)

Fl-Artikolu 13, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tintemm fil-31 ta' Marzu 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 2019.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. HARAKKA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/535 tad-29 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 92, 1.4.2019, p. 1).