13.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1405

tat-12 ta' Settembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Fl-14 ta' Marzu 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/415 (2), u b'hekk ġedded il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK għal sitt xhur oħra.

(3)

Fid-dawl tal-ipperikolar jew it-theddid kontinwu tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li tiġi mġedda għal sitt xhur oħra.

(4)

Il-Kunsill irrieżamina d-deżinjazzjonijiet individwali li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK u ddeċieda li jemenda l-informazzjoni dwar 21 individwu u 19-il entità.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2020.”.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/415 tal-14 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 73, 15.3.2019, p. 110).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“27.

Alexander Mihailovich NOSATOV

(Александр Михайлович НОСАТОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 27.3.1963

Post tat-Twelid: Sevastopol, (Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna)

Ex Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Attwalment Ammirall, Kmandant tal-flotta Russa tal-Baltiku.

21.3.2014

46.

Denys Volodymyrovych PUSHYLIN (Денис Володимирович Пушилiн)

Denis Vladimirovich PUSHILIN (Денис Владимирович Пушилин)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 9.5.1981

Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

Wieħed mill-mexxejja tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali f'Donetsk fl-2014. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien l-hekk imsejjaħ Viċi President tal-‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Mill-4 ta' Settembru 2015 kien ‘President’ tal-‘Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. L-hekk imsejjaħ ‘aġent Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ wara s-7 ta' Settembru 2018. L-hekk imsejjaħ ‘Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ wara l-hekk imsejħa elezzjonijiet tal-11 ta' Novembru 2018.

29.4.2014

47.

Sergey Gennadevich TSYPLAKOV (Сергей Геннадьевич ЦЫПЛАКОВ)

Serhiy Hennadiyovych TSYPLAKOV (Сергiй Геннадiйович ЦИПЛАКОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 1.5.1983

Post tat-Twelid: Khartsyzsk, reġjun ta' Donetsk

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-‘Milizzja Popolari ta' Donbas’. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-Istat fir-reġjun ta' Donetsk.

Membru tal-‘Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, u tal-Kumitat tiegħu dwar il-Politika Barranija, ir-Relazzjonijiet Esterni, il-Politika tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni.

29.4.2014

57.

Oleg TSARIOV, Oleh Anatoliyovych TSAROV

(Олег Анатолiйович ЦАРЬОВ),

Oleg Anatolevich TSARYOV

(Олег Анатольевич ЦАPËВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 2.6.1970

Post tat-Twelid: Dnepropetrovsk

Ex Membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa ‘Repubblika Federali tan-Novorossiya’, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-Xlokk. Qabel kien ‘Speaker’ tal-hekk imsejjaħ ‘Parlament tal-Unjoni tar-Repubbliki tal-Poplu’ (‘Parlament ta' Novorossiya’).

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.5.2014

61.

Igor Sergeievich SHEVCHENKO (Игорь Сергеевич ШЕВЧЕНКО)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 9.2.1979

Post tat-Twelid: Sevastopol, il-Krimea

Ex Prosekutur ta' Sevastopol u bħala tali implimenta b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja.

Prosekutur tar-Repubblika ta' Adygea.

12.5.2014

70.

Igor PLOTNITSKY

Igor Venediktovich PLOTNITSKII

(Игорь Венедиктович ПЛОТНИЦКИЙ)

Ihor (Igor) Venedyktovych PLOTNYTSKYY

(Iгор Венедиктович ПЛОТНИЦЬКИЙ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 24.6.1964 jew 25.6.1964 jew 26.6.1964

Post tat-Twelid: Luhansk (possibilment f'Kelmentsi, oblast ta' Chernivtsi)

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għad-Difiża’ u kien ukoll l-hekk imsejjaħ ‘Kap’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’, u bħala tali responsabbli għal attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’.

Ex Mibgħut Speċjali tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’ dwar l-implimentazzjoni ta' Minsk.

12.7.2014

97.

Vladimir Petrovich KONONOV (magħruf ukoll bħala ‘Tsar’)

(Владимир Петровнч КОНОНОВ)

Volodymyr Petrovych KONONOV

(Володимир Петрович КОНОНОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 14.10.1974

Post tat-Twelid: Gorsky, Oblast ta' Luhansk

Mill-14 ta' Awwissu 2014, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għad-Difiża’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 2014 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Kononov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Imneħħi bħala l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għad-Difiża’ f'Settembru 2018.

Kap tad-Direttorat għall-Għajnuna Soċjali lil Membri tas-Servizz Irtirati, taħt l-hekk imsejjaħ ‘Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

12.9.2014

100.

Andrey Yurevich PINCHUK

(Андрей Юрьевич ПИНЧУК)

Andriy Yuriyovych PINCHUK

(Андрiй Юрiйович ПIНЧУК)

Sess: raġel;

Data possibbli tat-twelid: 27.12.1977

Ex ‘Ministru għas-sigurtà statali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li kien responsabbli għall-attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. Kap tal-‘Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas’.

12.9.2014

101.

Oleg Vladimirovich BEREZA

(Олег Владимирович Берëза)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 1.3.1977

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Affarijiet Interni’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li kien responsabbli għall-attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

126.

Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV

Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV

(Дмитрий Александрович СЕМЕНОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 1.6.1977

Post tat-Twelid: Federazzjoni Russa

Ex ‘Viċi Prim Ministru għall-Finanzi’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' strutturi separatisti tal-LNR.

29.11.2014

130.

Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (magħruf ukoll bħala Igor Vladimirovich KOSTENOK)

(Игорь Владимирович КОСТЕНОК)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 15.3.1961

Post tat-Twelid: Vodyanske, Dobropillia Rayon, oblast ta' Donetsk

Водянское, Добропольский район Донецкой области

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Edukazzjoni’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Attwalment jaħdem għall-Akkademja ta' Donetsk ta' Ġestjoni u Servizz Pubbliku taħt l-hekk imsejjaħ ‘Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

29.11.2014

132.

Vladyslav Mykolayovych DEYNEGO magħruf ukoll bħala Vladislav Nikolayevich DEYNEGO

(Владислав Миколайович ДЕЙНЕГО)

(Владислав Николаевич ДЕЙНЕГО)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 12.3.1964

Post tat-Twelid: Romny, oblast ta' Sumy

Ромны, Сумская область

Ex ‘Viċi Kap’ tal-‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Bħalissa huwa l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Affarijiet Barranin’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’.

29.11.2014

137.

Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович БАСУРИН)

Eduard Oleksandrovych BASURIN (Едуард Олександрович БАСУРIН)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 27.6.1966

Post tat-Twelid: Donetsk

Kelliem u Viċi Kap tal-‘Milizzja tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

138.

Alexandr Vasilievich SHUBIN

(Александр Васильевич ШУБИН)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

Post tat-Twelid: Luhansk

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Ġustizzja’, tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’ illegali. Ex President tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Imneħħi minn President tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’ f'Ġunju 2018.

Għadu jappoġġa u jilleġittimizza l-politiki separatisti.

16.2.2015

140.

Sergey Yurevich IGNATOV (magħruf ukoll bħala KUZOVLEV magħruf ukoll bħala TAMBOV)

(Сергей Юрьевич ИГНАТОВ magħruf ukoll bħala КУЗОВЛЕВ magħruf ukoll bħala ТAMБOB)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 7.1.1967

Post tat-Twelid: Michurinsk, oblast ta' Tambov

Мичуринск, Тамбовская область

Kien l-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja Popolari tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Ex Kmandant tat-Tmien Armata tal-Forzi Armati Russi. Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar Russu.

16.2.2015

142.

Aleksandr Yurievich TIMOFEEV

(Александр Юрьевич ТИМОФЕЕВ)

Oleksandr Yuriyovych TYMOFEYEV

(Олександр Юрiйович ТИМОФЕЄВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 15.5.1971

Post tat-Twelid: Nevinnomyssk, Stavropol Krai

Невинномысск, Ставропольский край

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Finanzi u t-Taxxi’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Imneħħi bħala l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Finanzi u t-Taxxi’ f'Settembru 2018. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

16.2.2015

145.

Olga Igorevna BESEDINA

(Ольга Игоревна БЕСЕДИНА)

Olha Ihorivna BESEDINA

(Ольга Iгорiвна БЕСЕДIНА)

Sess: mara;

Data tat-twelid: 10.12.1976

Post tat-Twelid: Luhansk

Kienet l-hekk imsejħa ‘Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Ex kap tad-dipartiment tal-ekonomija barranija fl-Uffiċċju tal-kap tal-‘Amministrazzjoni ta' Luhansk’.

16.2.2015

160.

Sergey Anatolevich TOPOR-GILKA

(Сергей Анатольевич ТОПОР-ГИЛКА)

Sess: raġel;

Direttur Ġenerali ta' OAO ‘VO TPE’ sal-insolvenza tagħha, Direttur Ġenerali ta' OOO ‘VO TPE’.

Data tat-twelid: 17.2.1970

Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur Ġenerali ta' OAO ‘VO TPE’, huwa mexxa n-negozjati ma' Siemens Gas Turbine Technologies OOO dwar ix-xiri u l-konsenja tat-turbini tal-gass għal impjant tal-elettriku f'Taman, ir-reġjun ta' Krasnodar, Federazzjoni Russa. Aktar tard, bħala Direttur Ġenerali ta' OOO ‘VO TPE’, kien responsabbli għat-trasferiment tat-turbini tal-gass lejn il-Krimea u għall-implimentazzjoni tal-proġett ta' kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija termali Balaklava u Tavricheskaya, fejn ġew installati t-turbini. Dan jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta' appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jipperikola l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

4.8.2017

164.

Aleksandr Yurevich PETUKHOV

Aleksandr Yurievich PETUKHOV

(Александр Юрьевич ПЕТУХОВ)

Oleksandr Yuriyovych PIETUKHOV

(Олександр Юрiйович ПЄТУХОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 17.7.1970

Ex President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Kap Spettur Federali tar-reġjun ta' Moska.

14.5.2018

167.

Olga Valerievna POZDNYAKOVA/Olga Valeryevna POZDNYAKOVA

(Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА)

Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA

(Ольга Валеріївна ПОЗДНЯКОВА)

Sess: mara;

Data tat-twelid: 30.3.1982

Post tat-Twelid: Shakhty, Oblast ta' Rostov, USSR

Ex ‘President’ tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. F'din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, u b'hekk appoġġat u implimentat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Kap tad-Direttorat għall-Politika Domestika fi ħdan l-amministrazzjoni tal-hekk imsejjaħ ‘Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

10.12.2018

173.

Vladimir Yurievich VYSOTSKIY

(Владимир Юрьевич ВЫСОЦКИЙ)

Volodymyr Yuriyovych VYSOTSKYI

(Володимир Юрійович ВИСОЦЬКИЙ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 7.4.1985

Post tat-Twelid: Ir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea

Ex ‘Segretarju’ tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. F'din il-kapaċità, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin ‘elezzjonijiet’ tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, u b'hekk appoġġa u implimenta b'mod attiv politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Aġent Kap tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’

10.12.2018”

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“6.

Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi ‘Great Don Army’

Международный Союз Общественных Объединений ‘Всевеликое Войско Донское’

Informazzjoni uffiċjali:

http://xn--80aaaajfjszd7a3b0e.xn--p1ai/

http://xn----7sbabalgku2ad1b5b2e.xn--p1ai/

Nru tat-telefon:

+ 7-8-908-178-65-57

Media soċjali: Gwardja Nazzjonali Kosakka http://vk.com/kazak_nac_guard

Indirizz: 346465 Russia, Rostov Region, October District, St Zaplavskaya, Str Shosseynaya 1

It-tieni indirizz: Voroshilovskiy Prospekt 12/85-87/13, Rostov-on-Don

Dereġistrat fl-2017.

Il-‘Great Don Army’ stabbilixxiet il-‘Gwardja Nazzjonali Kosakka’, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant ipperikolat l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll heddet l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Assoċjata mas-Sur Nikolay Kozitsyn, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

25.7.2014

9.

L-hekk imsejħa

‘Armata tax-Xlokk’

‘Армии Юго-Востока’

Media soċjali:

https://vk.com/sigma_orel

Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant.

Responsabbli għall-okkupazzjoni tal-bini tas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk.

Assoċjat mas-Sur Valeriy BOLOTOV, li kien elenkat bħala wieħed mill-mexxejja tal-grupp.

Assoċjat mas-Sur Vasyl NIKITIN, responsabbli għall-attivitajiet ‘governamentali’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

25.7.2014

10.

L-hekk imsejħa

‘Milizzja Popolari ta' Donbass’

‘Нарoдное oпoлчéние Дoнбáсса’

Media soċjali:

http://vk.com/polkdonbassa

+ 38-099-445-63-78;

+ 38-063-688-60-01;

+ 38-067-145-14-99;

+ 38-094-912-96-60;

+ 38-062-213-26-60

Posta elettronika: voenkom.dnr@mail.ru

vknovoros@yandex.ru

mobilisation@novorossia.co

polkdonbassa@mail.ru

Volontarji fuq it-telefon fir-Russja:

+ 7 499 709-89-06

jew posta elettronika novoross24@mail.ru

Indirizz: Donetsk. Prospect Zasyadko.13

Grupp separatista armat illegali responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u b'hekk ġew mhedda l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukrajna tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant ipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat mas-Sur Pavel Gubarev, li huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi favur ir-Russi u li pproklama lilu nnifsu l-‘gvernatur tal-poplu’.

25.7.2014

13.

Intrapriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, ‘Port tal-baħar ta' Sevastopol’

ГУП ГС ‘Севастопольский морской порт’

(qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali ‘Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol’

Государственное предприятие ‘Севастопольский морской торговьй порт’

Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Sevastopolski morskoy torgovy port’)

Nakhimov Square 5, 299011 Sevastopol

(пл. Нахимова, 5, г. Севастополь, 299011)

Kodiċi: 1149204004707

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fis-17 ta' Marzu 2014 il-‘Parlament tal-Krimea’ adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 ‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni għall-infrastruttura jew l-agrikoltura’ li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-intrapriża statali ‘Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fis-6 ta' Ġunju 2014 bħala l-Impriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol ‘Port tal-baħar ta' Sevastopol’ (Государственное унитарное предприятие города Севастополя ‘Севастопольский морской порт’). Fundatur: Il-Gvern ta' Sevastopol (Правительство Севастополя).

25.7.2014

15.

Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Universal-Avia’

Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Универсал-Авиа’

(qabel kienet magħrufa bħala State enterprise Universal -Avia

Государственное предприятие ‘Универсал-Авиа’

Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Universal-Avia’)

Aeroflotskaya Street 5, 295021, Simferopol

ул. Аэрофлотская, дом 5, 295021, г. Симферополь

Tel. 24-80-89, 8 (978) 719-55-30

unavia_omts@mail.ru

Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita bi ksur tal-liġi Ukrena. Fl-24 ta' Marzu 2014 il-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta deċiżjoni ‘Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat “Gosudarstvenoye predpriyatiye Universal-Avia” (“О Государственном предприятии Универсал-Авиа”)’ Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-intrapriża statali ‘Universal-Avia’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Universal-Avia’ (Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Универсал-Авиа’). Fundatur: Il-Ministeru għat-Trasport tar-Repubblika tal-Krimea (Министерство транспорта Республики Крым).

25.7.2014

16.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali ‘Sanatorium Nizhnyaya Oreanda’ tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa

(qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru ‘Nizhnyaya Oreanda’

Санаторий ‘Нижняя Ореанда’)

Iċ-ċentru ‘Nizhnyaya Oreanda’, 298658, Yalta, Oreanda

(298658, г.Ялта, пгт. Ореанда, Санаторий ‘Нижняя Ореанда’)

marketing@oreanda-resort.ru

+ 7 (3654) 31-25-48

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fil-21 ta' Marzu 2014 l-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta deċiżjoni ‘Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u ċentri’ Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru ‘Nizhnyaya Oreanda’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali ‘Sanatorium Nizhnyaya Oreanda’ tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ ‘САНАТОРИЙ “НИЖНЯЯ ОРЕАНДА” УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ’). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

25.7.2014

18.

Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”’

Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Производственно-аграрное объединение’‘Массандра’

Gosudarstvennoye unitarnoe predpriyatiye Respubliki Krym Proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra

(magħrufa qabel bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali ‘Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”’ tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa

‘Производственно-аграрное объединение “Массандра” Управления делами Президента Российской Федерации’

Entità statali ‘Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi “Massandra”’

Национальное производственно-аграрное объединение ‘Массандра’

Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra)

298650, Crimea, Yalta, Massandra, str. Vinodela Egorova 9.

298650,Крым, г.Ялта,

пгт. Массандра,

ул. Винодела Егорова, д. 9

Sit elettroniku: http://massandra.su

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 ‘Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea’ tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 ‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea’ li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-entità statali ‘Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi “Massandra”’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-1 ta' Awwissu 2014 bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali ‘Proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye “Massandra”’ tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Федеральное государственное унитарное предприятие ‘Производственно аграрное объединение “Массандра” Управления делами Президента Российской Федерации’).

Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Управление делами Президента Российской Федерации).

Irreġistrata mill-ġdid fl-1.4.2019 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”’

25.7.2014

24.

Repubblika ta' Donetsk

(Organizzazzjoni pubblika)

Донецкая республика

Informazzjoni uffiċjali:

http://oddr.info/

orgotdel@oddr.info

Indirizz: Donetsk, Universitetskaya 19

г. Донецк, ул. Университетская, дом 19

‘Organizzazzjoni’ pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ fit-2 ta' Novembru 2014 u l-11 ta' Novembru 2018. Dawn l-‘elezzjonijiet’ huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-‘elezzjonijiet’ illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna. Imwaqqfa minn Andriy PURGIN u kienet immexxija minn Alexander ZAKHARCHENKO. Fl-2018 innominat lil Denis PUSHYLIN biex ikun ‘Kap’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

29.11.2014

27.

Unjoni Popolari (Narodny Soyuz)

Народный союз

Dereġistrata fl-2018.

‘Organizzazzjoni’ pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-‘elezzjonijet’ illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna.

29.11.2014

29.

Gwardja Nazzjonali Kosakka

Казачья Национальная Гвардия

http://казакнацгвард.рф/

https://vk.com/kazak_nac_guard

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Nikolay KOZITSYN.

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ ‘It-tieni Korp tal-Armata’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’.

16.2.2015

30.

Battaljun Sparta

Батальон ‘Спарта’

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ ‘L-ewwel Korp tal-Armata’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Imsejjaħ ukoll l-unità militari 08806, u l-battaljun ‘Gvardeysky’. F'Novembru 2017, l-unità ssemmiet għall-kmandant militari separatist assassinat Arsen Pavlov (magħruf ukoll bħala Motorola).

16.2.2015

34.

Battaljun Oplot

Батальон ‘Оплот’

Media soċjali:

http://vk.com/oplot_info/

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Imsejjaħ ukoll il-Ħames Brigata Motorizzata tal-Azzarini Separata, li minn Ottubru 2018 hi msemmija għal Alexander Zakharchenko. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ ‘L-ewwel Korp tal-Armata’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

16.2.2015

35.

Battaljun Kalmius

Батальон ‘Кальмиус’

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Imsejjaħ ukoll bħala l-Brigata tal-Artillerija Separata, parti mill-hekk imsejjaħ ‘L-ewwel Korp tal-Armata’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

16.2.2015

37.

Moviment ‘NOVOROSSIYA’ ta' Igor Strelkov

Движение ‘Новороссия’ Игоря СТРЕЛКОВА

http://novorossia.pro/

info@clubnb.ru

Il-Moviment ‘Novorossiya’/‘Russja Ġdida’ ġie stabbilit f'Novembru 2014 fir-Russja u hu mmexxi mill-uffiċjal Russu Igor Strelkov/Girkin (identifikat bħala membru tal-persunal tal-Main Intelligence Directorate tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU)).

Skont l-objettivi ddikjarati tiegħu, huwa għandu l-għan li jipprovdi assistenza effettiva komprensiva lin-‘Novorossiya’, inkluż billi jgħin lill-milizzja li qed tiġġieled fil-Lvant tal-Ukrajna, u b'hekk jappoġġa politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Assoċjat ma' persuna elenkata li pperikolat l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

16.2.2015

38.

OAO ‘VO Technopromexport’ (OAO ‘VO TPE’)

Magħruf ukoll bħala: Open Joint Stock Company ‘Foreign Economic Association’‘Technopromexport’

Открытое акционерное общество Внешнеэкономическое объединение Технопромэкспорт

Indirizz: 119019, Moscow, Novyi Arbat str., 15, building 2

Data tar-reġistrazzjoni: 27.7.1992

Numru ta' Reġistrazzjoni Statali: 1067746244026

Numru ta' Reġistrazzjoni tat-Taxxa: 7705713236

Għaddejjin proċedimenti ta' falliment.

Parti kontraenti ma' Siemens Gas Turbine Technologies OOO, OAO ‘VO TPE’, xtrat turbini tal-gass iddikjarati bħala maħsuba għal impjant tal-elettriku f'Taman, reġjun ta' Krasnodar, Federazzjoni Russa, u bħala l-kuntrattur kienet responsabbli għat-trasferiment tat-turbini tal-gass lill-OOO ‘VO TPE’ li min-naħa tagħha ttrasferixxiethom biex jiġu installati fil-Krimea. Dan jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta' appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jipperikola l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

4.8.2017

39.

OOO ‘VO Technopromexport’ (OOO ‘VO TPE’)

Magħruf ukoll bħala: Limited Liability Company ‘Foreign Economic Association’‘Technopromexport’

Общество с ограниченной ответственностью ‘Внешнеэкономическое объединение Технопромэкспорт’

Indirizz: 119019, Moscow, Novyi Arbat str., 15, building 2

Data tar-reġistrazzjoni: 8.5.2014

Numru ta' Reġistrazzjoni Statali: 1147746527279

Numru ta' Reġistrazzjoni tat-Taxxa: 7704863782e

Sid tat-turbini tal-gass li oriġinarjament ġew fornuti minn Siemens Gas Turbine Technologies OOO lil OAO ‘VO TPE’. OOO ‘VO TPE’ ttrasferixxiet it-turbini tal-gass biex jiġu installati fil-Krimea. Dan jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta' appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jipperikola l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

Responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proġett ta' kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija termali Balakava u Tavricheskaya, fejn ġew installati t-turbini.

4.8.2017

41.

‘Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Crimean Sea Ports”’

(‘Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Крымские морские порты”’), inkluż il-fergħat:

Port Kummerċjali ta' Feodosia,

Kerch Ferry,

Port Kummerċjali ta' Kerch.

28 Kirova Street

Kerch 298312

Crimea

(298312, Крым, гор. Керчь, ул. Кирова, дом 28)

info@crimeaport.ru

Il-‘Parlament tal-Krimea’ adotta r-Riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17 ta' Marzu 2014‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-Ministeri Ukreni għall-Infrastruttura jew l-Agrikoltura’ u r-Riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 tas-26 ta' Marzu 2014‘Dwar l-Intrapriża tal-Istat “Crimean Sea Ports”’ (‘О Государственном предприятии “Крымские морские порты”’) li jiddikjaraw l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lil diversi intrapriżi tal-Istat li ġew integrati fl-‘Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Crimean Sea Ports”’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. B'hekk dawk l-intrapriżi ġew effettivament konfiskati mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea u ‘Crimean Sea Ports’ ibbenefikat mit-trasferiment illegali tas-sjieda tagħhom.

16.9.2017

43.

PJSC Mostotrest

ПАО Мостотрест

Indirizz:

6 Barklaya street,

Bld. 5 Moscow,

121087 Russia

mostro@mostro.ru

PJSC Mostotrest ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-manutenzjoni tal-pont, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli tipperikola l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

31.7.2018

45.

Stroygazmontazh Corporation (SGM Group)

ООО Стройгазмонтаж

(груп СГМ)

Indirizz:

Prospect Vernadskogo 53

Moscow,

119415 Russia

Sit web: www.ooosgm.com

info@ooosgm.ru

Stroygazmontazh Corporation (SGM Group) ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-kostruzzjoni tal-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa.

Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jipperikolaw is-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli tipperikola l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

31.7.2018”