|
10.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 233/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1393
meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni,
tal-10 ta' Settembru 2019
li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi għall-ħatra bħala Membri tal-Kummissjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/272/UE tat-22 ta' Mejju 2013 dwar in-numru ta' membri tal-Kummissjoni Ewropea (1),
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tal-Kummissjoni maħtura permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2014/749/UE (2) jintemm fil-31 ta' Ottubru 2019. |
|
(2) |
Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, inkluż il-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, jenħtieġ li tinħatar sal-31 ta' Ottubru 2024. |
|
(3) |
Il-Kunsill Ewropew innomina lis-Sinjura Ursula VON DER LEYEN bħala l-persuna proposta lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew ħatarha bħala President tal-Kummissjoni fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tas-16 ta' Lulju 2019. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Kunsill jadotta bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni l-lista tal-persuni l-oħra li huwa jipproponi għall-ħatra bħala Membri tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2024. |
|
(5) |
Fil-5 ta' Awwissu 2019, il-Kunsill Ewropew, bi qbil mal-President elett tal-Kummissjoni, ħatar lis-Sur Josep BORRELL FONTELLES bħala Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont l-Artikolu 18(1) TUE. |
|
(6) |
Fit-23 ta' Awwissu 2019, il-Kunsill irċieva ittra mir-Rappreżentant Permanenti tar-Renju Unit għall-Unjoni Ewropea li tiddikjara li: “Billi r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta' Ottubru 2019, il-Prim Ministru ħabbar fil-House of Commons fil-25 ta' Lulju li m'aħniex ser ninnominaw Kummissarju tar-Renju Unit għall-Kummissjoni l-ġdida, u li l-intenzjoni ma kinitx li twaqqaf l-UE milli taħtar Kummissjoni ġdida. Qed nikteb formalment biex nikkonferma li, f'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru, ir-Renju Unit mhux ser jinnomina kandidat għall-Kulleġġ tal-Kummissarji 2019-2024”. |
|
(7) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7) TUE, il-President elett tal-Kummissjoni nnotifikat il-qbil tagħha. |
|
(8) |
Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(7) TUE, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni huma soġġetti bħala korp għal vot ta' kunsens mill-Parlament Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bi qbil komuni mas-Sinjura Ursula VON DER LEYEN, il-President elett tal-Kummissjoni, il-Kunsill b'dan jipproponi l-persuni li ġejjin għall-ħatra bħala Membri tal-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta' Ottubru 2024:
|
|
Is-Sinjura Helena DALLI |
|
|
Is-Sur Valdis DOMBROVSKIS |
|
|
Is-Sinjura Elisa FERREIRA |
|
|
Is-Sinjura Mariya GABRIEL |
|
|
Is-Sur Paolo GENTILONI |
|
|
Is-Sinjura Sylvie GOULARD |
|
|
Is-Sur Johannes HAHN |
|
|
Is-Sur Phil HOGAN |
|
|
Is-Sinjura Ylva JOHANSSON |
|
|
Is-Sinjura Věra JOUROVÁ |
|
|
Is-Sinjura Stella KYRIAKIDES |
|
|
Is-Sur Janez LENARČIČ |
|
|
Is-Sinjura Rovana PLUMB |
|
|
Is-Sur Didier REYNDERS |
|
|
Is-Sur Margaritis SCHINAS |
|
|
Is-Sur Nicolas SCHMIT |
|
|
Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ |
|
|
Is-Sinjura Kadri SIMSON |
|
|
Is-Sur Virginijus SINKEVIČIUS |
|
|
Is-Sinjura Dubravka ŠUICA |
|
|
Is-Sur Frans TIMMERMANS |
|
|
Is-Sur László TRÓCSÁNYI |
|
|
Is-Sinjura Jutta URPILAINEN |
|
|
Is-Sinjura Margrethe VESTAGER |
|
|
Is-Sur Janusz WOJCIECHOWSKI |
kif ukoll:
|
|
Is-Sur Josep BORRELL FONTELLES, maħtur Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta ' Sigurtà. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2014/749/UE tat-23 ta' Ottubru 2014 li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 36).