3.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/26 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1296 tal-31 ta' Lulju 2019 b'appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza bijoloġiċi fl-Ukrajna f'konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta' twassil tagħhom
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 204 tat-2 ta' Awwissu 2019 )
F'paġna 30, l-Artikolu 1, il-paragrafu 2, it-tieni inċiż,
minflok:
“— |
l-istabbiliment tas-sostenibbiltà tas-sistema ta' sorveljanza veterinarja fl-Ukrajna għal mard relatat ma' patoġeni speċjalment perikolużi (‘mard relatat ma' PSP’);”, |
aqra:
“— |
l-istabbiliment tas-sostenibbiltà tas-sistema ta' sorveljanza veterinarja fl-Ukrajna għal mard relatat ma' patoġeni partikolarment perikolużi (‘mard relatat ma' PPP’);”; |
F'paġna 33, l-Anness, il-punt 3.1.2., it-tielet inċiż,
minflok:
“— |
L-iżvilupp u l-adozzjoni tal-Kunċett ta' Bijosikurezza u Bijosigurtà, il-pjan ta' azzjoni nazzjonali tal-Ukrajna għar-rispons għal tifqigħ ta' mard perikoluż u speċjalment perikoluż, u l-identifikazzjoni tal-infrastruttura kritika li tiżgura rispons adatt għar-riskji tat-tifqigħ jew għat-tifqigħ ta' mard perikoluż u speċjalment perikoluż;”, |
aqra:
“— |
L-iżvilupp u l-adozzjoni tal-Kunċett ta' Bijosikurezza u Bijosigurtà, il-pjan ta' azzjoni nazzjonali tal-Ukrajna għar-rispons għal tifqigħ ta' mard perikoluż u partikolarment perikoluż, u l-identifikazzjoni tal-infrastruttura kritika li tiżgura rispons adatt għar-riskji tat-tifqigħ jew għat-tifqigħ ta' mard perikoluż u partikolarment perikoluż;”; |
F'paġna 33, il-punt 3.2., it-titolu,
minflok:
“3.2. Stabbiliment tas-sostenibbiltà tas-sistema ta' sorveljanza veterinarja fl-Ukrajna għal mard relatat ma' PSP”,
aqra:
“3.2. Stabbiliment tas-sostenibbiltà tas-sistema ta' sorveljanza veterinarja fl-Ukrajna għal mard relatat ma' PPP”;
F'paġna 34, il-punt 3.2.2., l-aħħar inċiż,
minflok:
“— |
Il-bini ta' kapaċità fid-dijanjosi molekulari ta' mard relatat ma' PSP.”, |
aqra:
“— |
Il-bini ta' kapaċità fid-dijanjosi molekulari ta' mard relatat ma' PPP.”; |
F'paġna 34, il-punt 3.2.3., l-aħħar inċiż,
minflok:
“— |
Il-ħolqien ta' kapaċità umana fid-dijanjosi molekulari ta' mard relatat ma' PSP (taħriġ fil-laboratorju dwar tekniki tal-PCR).”, |
aqra:
“— |
Il-ħolqien ta' kapaċità umana fid-dijanjosi molekulari ta' mard relatat ma' PPP (taħriġ fil-laboratorju dwar tekniki tal-PCR).”. |