|
8.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/46 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1167
tat-28 ta' Ġunju 2019
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2453 fir-rigward tad-detenturi tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentanti
(notifikata bid-dokument C(2019) 4610)
(It-testi bl-Olandiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Bayer CropScience N.V., ibbażata fil-Belġju, hija rappreżentant tal-Bayer CropScience LP, ibbażata fl-Istati Uniti, u detentur ta' awtorizzazzjoni għaż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati awtorizzati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2453 (2). |
|
(2) |
Il-Monsanto Europe S.A., ibbażata fil-Belġju, hija rappreżentant tal-Monsanto Company, ibbażata fl-Istati Uniti, u detentur ta' awtorizzazzjoni għaż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati awtorizzati bl-istess Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
|
(3) |
Permezz ta' ittra bid-data l-1 ta' Awwissu 2018, il-Bayer CropScience N.V., ibbażata fil-Belġju u l-Bayer CropScience LP, ibbażata fl-Istati Uniti, talbu li l-Kummissjoni tittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħha li għandhom x'jaqsmu mal-awtorizzazzjonijiet kollha u mal-applikazzjonijiet pendenti kollha tagħhom għall-prodotti modifikati ġenetikament, lill-BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, ibbażata fl-Istati Uniti. Permezz ta' ittra bid-data tad-19 ta' Ottubru 2018, il-BASF Agricultural Solutions Seed US LLC ikkonfermat il-qbil tagħha ma' dan it-trasferiment u awtorizzat lill-BASF SE, ibbażata fil-Ġermanja, biex taġixxi bħala r-rappreżentant tagħha fl-Unjoni. |
|
(4) |
Permezz ta' ittra bid-data tas-27 ta' Awwissu 2018, il-Monsanto Europe N.V., ibbażata fil-Belġu, infurmat lill-Kummissjoni li Monsanto Europe S.A./N.V. il-Belġju mmodifikat il-forma ġuridika tagħha u biddlet isimha għal “Bayer Agriculture BVBA”, ibbażata l-Belġju. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2453 tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
L-emendi proposti għad-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni huma ta' natura purament amministrattiva u ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2453 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 7(1)(a), “Monsanto Europe S.A., Belgium” tiġi sostitwita b'“Bayer Agriculture BVBA, Belgium”; |
|
(2) |
Fl-Artikolu 7(1)(b), “Bayer CropScience N.V., tal-Belġju, li jirrappreżenta lil Bayer CropScience LP, tal-Istati Uniti” tiġi sostitwita b'dan li ġej: “BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, rappreżentata minn BASF SE, il-Ġermanja.”; |
|
(3) |
L-Artikolu 9 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
|
(4) |
Fl-Anness, in-nota (a) ta' qiegħ il-paġna jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
(a) |
Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, B-2040 Antwerp, il-Belġju |
|
(b) |
BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, D-67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja. |
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2453 tal-21 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti miż-żrieragħ tal-lift ġenetikament modifikati MON 88302 × Ms8 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 × Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 346, 28.12.2017, p. 31).