|
5.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1144
tas-17 ta' Diċembru 2018
dwar l-għajnuna mill-istat SA.36086 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentata mir-Rumanija għal Oltchim SA
(notifikata bid-dokument C(2018) 8592)
(Il-verżjoni Rumena biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a),
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom f'konformità mad-dispożizzjoni(jiet) iċċitata/i hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Fis-17 ta' Lulju 2009, l-awtoritajiet Rumeni nnotifikaw lill-Kummissjoni l-konverżjoni ppjanata ta' dejn pubbliku ta' Oltchim S.A. (“Oltchim”) f'ekwità. Fis-7 ta' Marzu 2012, b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/246/UE (2) fil-każ SA.29041 – Miżuri ta' sostenn favur Oltchim SA Râmnicu Vâlcea (“id-deċiżjoni tal-2012 tal-Kummissjoni”), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-konverżjoni tad-dejn ta' RON 1 049 miljun (EUR 231 miljun) ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. Dik il-konklużjoni kienet ibbażata fuq l-impenn sod tal-Gvern Rumen li jipprivatizza Oltchim bis-sħiħ, inkluża l-parteċipazzjoni sħiħa li tirriżulta għall-awtoritajiet pubbliċi wara l-konverżjoni tad-dejn. |
|
(2) |
Wara t-tentattiv li ma rnexxiex ta' privatizzazzjoni ta' Oltchim, l-awtoritajiet Rumeni fetħu kuntatti mal-Kummissjoni f'Ottubru 2012 biex iħejju n-notifika formali tal-għajnuna ta' salvataġġ lil Oltchim (reġistrata bħala SA.35558). |
|
(3) |
F'Novembru 2012, l-istampa rrapportat li l-awtoritajiet Rumeni kienu kkonkludew ftehim mal-banek kredituri ta' Oltchim għall-finanzjament tat-tkomplija tal-produzzjoni ta' Oltchim. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ każ ex officio reġistrat bħala SA.36086 u permezz ta' ittra tat-18 ta' Jannar 2013 talbet lir-Rumanija tipprovdi informazzjoni. Ir-Rumanija wieġbet għal din it-talba fis-7 ta' Frar 2013. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali fit-18 ta' Frar 2013 li għaliha r-Rumanija wieġbet fil-11 ta' Marzu 2013. Ir-Rumanija ssottomettiet informazzjoni addizzjonali matul laqgħa f'Ġunju 2013 u permezz ta' ittra tal-25 ta' Settembru 2013. |
|
(4) |
Permezz ta' ittri tal-5 ta' Awwissu 2014, tas-16 ta' Ottubru 2014 u tat-3 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali li għaliha r-Rumanija wieġbet rispettivament fil-15 ta' Settembru 2014, fis-26 ta' Novembru 2014, fis-26 ta' Marzu 2015 u fis-16 ta' April 2015. Fil-11 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali li r-Rumanija pprovdiet f'laqgħa tas-26 ta' Mejju 2015 u permezz ta' ittri tal-10 ta' Ġunju 2015 u tal-25 ta' Ġunju 2015. Fit-3 ta' Settembru 2015, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali li r-Rumanija pprovdiet fl-10 ta' Settembru 2015. Ir-Rumanija ppreżentat ukoll informazzjoni spontanja fit-22 ta' Ottubru 2015 u talbet laqgħat, li seħħew fit-23 ta' Ottubru 2015 u fit-22 ta' Jannar 2016. |
|
(5) |
Permezz ta' ittra datata t-8 ta' April 2016, il-Kummissjoni informat lir-Rumanija li hi kienet iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE fil-każ SA.36086.Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni rċiviet il-kummenti inizjali tar-Rumanija (il-15 ta' Ġunju 2016) u ta' erba' partijiet interessati. Il-kummenti tal-partijiet terzi ingħaddew lir-Rumanija, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi; il-kummenti tagħha waslu permezz ta' ittra datata t-28 ta' Novembru 2016. |
|
(7) |
Permezz ta' ittra datata d-29 ta' Lulju 2016, ir-Rumanija pproponiet modifika fil-proċess ta' bejgħ ta' Oltchim bl-għan li tinkiseb diskontinwità ekonomika. L-awtoritajiet Rumeni fornew informazzjoni addizzjonali (fl-14 ta' Settembru 2016, fl-4 ta' Novembru 2016 u fil-5 ta' Diċembru 2016), u mmodifikaw it-termini tal-proċess ta' bejgħ inizjali. |
|
(8) |
Wara l-iskambji msemmija hawn fuq, id-ditta ta' konsulenza AT Kearney, fil-kwalità tagħha ta' rappreżentant ta' Oltchim (“il-Bejjiegħ”), ipprovdiet rapporti suċċessivi dwar il-progress tal-bejgħ tal-assi ta' Oltchim fis-27 ta' Jannar 2017, fl-4 ta' April 2017, fil-25 ta' Lulju 2017, fil-15 ta' Settembru 2017, fil-21 ta' Novembru 2017, fit-18 ta' Jannar 2018, u fis-16 ta' Lulju 2018. (4) |
|
(9) |
Matul il-proċess ta' bejgħ, diversi partijiet terzi intervjenew u l-awtoritajiet Rumeni pprovdew kummenti fuq kull wieħed minn dawn l-interventi. |
|
(10) |
Talba addizzjonali għal informazzjoni ntbagħtet lir-Rumanija fis-26 ta' Jannar 2018 li għaliha r-Rumanija wieġbet fis-16 ta' Mejju 2018. |
2. SFOND
2.1. Il-benefiċjarju
|
(11) |
Oltchim hi waħda mill-akbar kumpaniji petrokimiċi fir-Rumanija u fix-Xlokk tal-Ewropa. L-Istat Rumen (bħalissa permezz tal-Ministeru tal-Ekonomija) għandu parteċipazzjoni kontrollanti ta' 54,8 % fil-kumpanija. |
|
(12) |
Oltchim primarjament tipproduċi soda kawstika likwida, ossidu-poljoli tal-propilen, plastifikanti u osso-alkoħols. Oltchim hi l-akbar produttur ta' soda kawstika likwida fis-suq Ewropew (sehem mis-suq tal-UE ta' 41 % fl-2015), l-uniku produttur taż-żibeġ tas-soda kawstika fl-Ewropa Ċentrali, kif ukoll l-uniku produttur ta' klorur tal-polivinil u tal-polieteri fir-Rumanija u t-tielet fl-Ewropa. Oltchim tesporta aktar minn 74 % tal-produzzjoni tagħha ġewwa u barra l-Ewropa (5). |
|
(13) |
Oltchim hi l-impjegatur industrijali ewlieni f'Vâlcea (reġjun Rumen assistit skont l-Artikolu 107(3)(a) TFUE). Fl-2015, Oltchim kienet tħaddem 2 208 impjegati, li 1 982 impjegat minnhom kienu fis-sit ta' Râmnicu Vâlcea u 226 impjegat fis-sit ta' Pitești – Petrochemical Division Bradu. |
2.2. Il-fatti
2.2.1. Id-dejn pubbliku ta' Oltchim u t-tentattivi ta' privatizzazzjoni li fallew (1995-2011)
|
(14) |
Oltchim għandha storja twila ta' diffikultajiet ekonomiċi. Tul il-perjodu 1995-2000, daħlet f'sensiela ta' kuntratti għal self kummerċjali, sostnuta minn garanziji tal-gvern. Oltchim ma setgħetx tħallas lura s-self u l-banek eżerċitaw il-garanziji tal-gvern. Fl-2002, il-Ministeru tal-Finanzi ttrasferixxa d-dejn ta' Oltchim li rriżulta mill-garanziji tal-gvern lill-aġenzija tal-privatizzazzjoni Rumena (“AAAS” (6)). Il-Ministeru tal-Finanzi kompla jagħmel il-ħlasijiet skont il-garanziji tal-gvern sa Diċembru 2006 u mill-ġdid ittrasferixxa lil AAAS kull pretensjoni li rriżultat mill-pagamenti sussegwenti magħmula fuq il-bażi tal-garanziji skattati. |
|
(15) |
Tul is-snin 2007-2012 is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Oltchim marret għall-agħar, hekk kif il-kontijiet finanzjarji tagħha sistematikament urew telf operatorju dejjem akbar, telf akkumulat u fondi proprji negattivi. Fil-31 ta' Diċembru 2012 (qabel ma daħlet f'insolvenza) il-kontijiet finanzjarji ta' Oltchim urew telf operatorju ta' EUR 62.9 miljun, telf nett ta' EUR 127,8 miljun u telf akkumulat ta' EUR 383 miljun. |
|
(16) |
Ir-Rumanija għamlet diversi tentattivi biex tipprivatizza lil Oltchim (fl-2001, fl-2003, fl-2006, fl-2007 u fl-2008) iżda dawn dejjem fallew. |
|
(17) |
Speċifikament, fl-2001 l-Istat innegozja u ffirma mal-kumpanija Kanadiża tal-estrazzjoni Exall Resources il-bejgħ ta' parteċipazzjoni ta' 53,2 %. Hekk kif ix-xerrej naqas milli jħallas il-valur tal-ishma (USD 10 miljun, jiġifieri madwar EUR 8,9 miljun (7)) u naqas milli jiggarantixxi l-investimenti teknoloġiċi u ambjentali mwiegħda, il-ftehim ma baqax imfittex (8). Fl-2002, l-Istat iddeċieda li jipprova sejħa ġdida għall-privatizzazzjoni, billi rrikorra għall-konverżjoni tad-dejn ta' AVAS (il-prekursur tal-AAAS) f'ekwità. Madankollu, l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti ġiet posposta darbtejn u minħabba l-oppożizzjoni ta' investitur potenzjali u tal-azzjonisti ta' minoranza, inkluż permezz ta' azzjoni quddiem il-Qorti, fl-2003 l-offerta ġiet revokata (9). Sussegwentement, wara r-revoka fl-2006 ta' konverżjoni tad-dejn oriġinarjament approvata fl-2003, l-awtoritajiet Rumeni reġgħu ppruvaw jipprivatizzaw lil Oltchim flimkien mad-dejn fl-2006 u fl-2008. Madankollu, skont l-awtoritajiet Rumeni, ebda investitur ma kien interessat jixtri lil Oltchim f'kundizzjonijiet bħal dawn (10). |
2.2.2. Id-deċiżjoni tal-2012 tal-Kummissjoni
|
(18) |
Permezz tad-deċiżjoni tal-2012 tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-konverżjoni ppjanata tad-dejn ta' RON 1 049 miljun f'ekwità favur AAAS (11) (madwar EUR 231) ma kinitx tinvolvi għajnuna mill-Istat. Id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq l-impenn sod meħud mir-Rumanija li tipprivatizza s-sehem pubbliku sħiħ li jirriżulta mill-konverżjoni tad-dejn sa mhux aktar tard minn tmiem Mejju 2012, kif espress f'żewġ ittri mill-Prim Ministri rispettivi dak iż-żmien (12). |
|
(19) |
Il-Kummissjoni kienet ta' din il-fehma wara li analizzat kritikament ir-rapporti mħejjija mill-konsulenti indipendenti (13) u sottomessi mill-awtoritajiet Rumeni matul il-proċedimenti. Dawk ir-rapporti qabblu r-rikavati minn likwidazzjoni ta' Oltchim ma' dawk ta' privatizzazzjoni. Fix-xenarju ta' likwidazzjoni, il-valur tal-assi ta' Oltchim ġie stmat bħala RON 692 055 000 (EUR 152,2 miljun), li jinkludu RON 264 119 000 għal assi mirhuna u RON 427 936 000 għal assi mhux mirhuna (14). |
|
(20) |
Skont ir-rapport tal-2011 ta' Raiffeisen, fix-xenarju ta' likwidazzjoni AAAS kien ikollha tiġbor madwar RON 105,4 miljun (madwar EUR 23 miljun), li jirrappreżentaw 12 % mill-pretensjoni totali tagħha. |
|
(21) |
Dan l-ammont tqabbel mal-valur tal-pretensjoni ta' AAAS f'xenarju ta' konverżjoni tad-dejn flimkien mal-privatizzazzjoni. F'dan ix-xenarju, skont il-metodu użat biex jiġi stmat il-valur tal-intrapriża, il-valur tas-suq ta' Oltchim ġie stmat għal bejn EUR 28 miljun u EUR 97 miljun. Wara l-konverżjoni tad-dejn tagħha f'ekwità u l-privatizzazzjoni sussegwenti, AAAS kienet tiggwadanja bejn EUR 22,9 miljun u EUR 79,5 miljun (15). |
|
(22) |
Fir-rigward ta' dan it-tqabbil, il-Kummissjoni kkonkludiet li: “jekk il-kumpanija tiġi kompletament privatizzata fi żmien qasir wara l-qlib tad-dejn, il-miżura notifikata (il-qlib tad-dejn segwit minn privatizzazzjoni sħiħa) ma tfissirx vantaġġ għal Oltchim peress li din il-miżura tippermetti lill-kreditur pubbliku AVAS li jirkupra aktar milli kieku iddeċieda li jpoġġi lill-kumpanija fi stralċ. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tieħu nota tal-impenn li sar mill-awtoritajiet Rumeni li jipprivatizzaw il-kumpanija b'mod sħiħ sal-31 ta' Mejju 2012.” (16) |
|
(23) |
Madankollu, Oltchim ma implimentatx il-konverżjoni ta' dejn f'ekwità tad-dejn ta' AAAS kif approvata mid-deċiżjoni tal-2012 tal-Kummissjoni. Il-produzzjoni kienet għadha kif ġiet sospiża f'Awwissu 2012 wara rifjut mill-fornitur ewlieni tal-elettriku ta' Oltchim Electrica S.A. (“Electrica”) milli jipprovdi servizzi mingħajr ma jitħallas. |
|
(24) |
Eżatt wara li Oltchim waqqfet l-operat, l-awtoritajiet Rumeni bdew jibagħtu sinjali ċari lill-pubbliku dwar il-fatt li kienu lesti li jagħmlu kull sforz possibbli biex isalvaw lil Oltchim. Ftit jiem wara biss qabel id-data tal-privatizzazzjoni, il-Ministeru tal-Ekonomija tar-Rumanija ta' dak iż-żmien indika bejn ġimagħtejn sa erba' ġimgħat bħala perjodu ta' żmien għat-tnedija mill-ġdid tal-produzzjoni ta' Oltchim. Dan ġie kkwotat jgħid li hu kien “iddiskuta mal-maniġment tal-kumpless li kellu pjan li jerġa' jiftaħ l-installazzjonijiet” (17). |
|
(25) |
Fit-22 ta' Settembru 2012, il-proċess ta' privatizzazzjoni falla, b'xi kawżi pendenti quddiem il-qrati nazzjonali b'rabta mal-proċess ta' privatizzazzjoni (18). |
2.2.3. Is-sitwazzjoni ta' Oltchim wara li falliet il-privatizzazzjoni tat-22 ta' Settembru 2012
|
(26) |
Wara li l-privatizzazzjoni falliet, is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Oltchim kompliet sejra għall-agħar. Matul il-perjodu eżatt wara li falliet il-privatizzazzjoni, l-awtoritajiet Rumeni tennew li kienu lesti li jagħmlu dak li hemm bżonn biex isalvaw lil Oltchim (19). |
|
(27) |
Fl-1 ta' Ottubru 2012, kienet prevista strateġija ġdida għat-tħejjija tal-attività ta' Oltchim li tinkludi sostenn finanzjarju fil-forma ta' għajnuna ta' salvataġġ. F'artiklu kontemporanju fl-istampa, il-Prim Ministru Rumen ta' dak iż-żmien spjega li l-proċedura ta' privatizzazzjoni kienet falliet u żid li, “illum irridu nispjegaw il-pjan ta' riżerva biex ikomplu l-attivitajiet, insalvaw l-impjiegi u nħejju proċedura ta' privatizzazzjoni ġdida, f'kundizzjonijiet differenti ħafna li tjiebu b'mod konsiderevoli.” (20) Fuq l-istess nota, il-Prim Ministru ħabbar ftehim pendenti ma' diversi kredituri għas-salvataġġ tal-kumpanija: “Il-pjan ta' ftuħ mill-ġdid ta' Oltchim se jiġi ppreżentat nhar il-Ħamis u se jipprovdi għall-passi li jmiss fl-impjant ta' Vâlcea […], il-Ministru tal-Ekonomija, tal-Kummerċ u tal-Ambjent Kummerċjali […] u l-Ministru tal-Finanzi se jibdew jiddiskutu b'mod uffiċjali mal-kredituri ewlenin kollha, ma' AVAS, ma' Electrica u mat-tliet banek li huma l-kredituri ewlenin ta' Oltchim: BCR, Banca Transilvania u CEC. Flimkien magħhom, nhar il-Ħamis se nippreżentaw il-pjan biex inniedu lil Oltchim mill-ġdid, li jistabbilixxi biċ-ċar il-passi neċessarji għal maniġment ġdid f'Oltchim, biex jiġi ffinanzjat il-ftuħ mill-ġdid tal-produzzjoni, il-perjodu tal-attività, il-ħlas tas-salarji pendenti u t-tħejjija għall-privatizzazzjoni li hu ferm probabbli li ser isseħħ matul l-2013, f'kundizzjonijiet li mhumiex dawk li qed isseħħ fihom bħalissa”. (21) |
|
(28) |
Fis-17 ta' Ottubru 2012, is-Segretarju tal-Istat tal-Ministeru tal-Ekonomija ddikjara lill-istampa li partijiet minn Oltchim kienu se jinfetħu mill-ġdid f'temp ta' ftit jiem u li l-Gvern kellu l-għan li jagħti għajnuna ta' salvataġġ ta' EUR 20 miljun lil Oltchim (22). |
|
(29) |
Fl-24 ta' Ottubru 2012, Oltchim irnexxielha terġa' tniedi l-produzzjoni tagħha bis-saħħa ta' tibdil fil-kundizzjonijiet kummerċjali mogħtija lil Oltchim minn żewġ fornituri pubbliċi (CET Govora u National Salt Company Salrom) (23):
|
|
(30) |
Fil-15 ta' Novembru 2012, il-Ministru tal-Ekonomija għamel dikjarazzjonijiet lill-istampa dwar l-impenn tal-Gvern li jżomm lil Oltchim ħajja: “L-idea ta' insolvenza kienet tispiċċa bla kontroll li kieku kkonkludejna l-ftehim mal-kredituri ewlenin. Din hi r-raġuni għaliex ikkonkludejna ftehim ta' riorganizzazzjoni, ristrutturar ikkontrollat, flimkien mal-kredituri l-kbar ta' Oltchim. Jiġifieri, biex ma jisbaħx għada filgħodu bil-kredituri l-kbar - il-banek, il-kredituri privat, in-negozjanti, il-fornituri ta' materja prima – li jitolbu l-insolvenza ta' Oltchim. B'dan il-ftehim qed nimmiraw li nkunu nistgħu nerġgħu nniedu, insalvaw, nirristrutturaw lil Oltchim b'mod ikkontrollat, bi ftehim mal-kredituri.” (25) |
|
(31) |
Fit-23 ta' Novembru 2012, il-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi, il-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura, l-AAAS u l-OPSPI (26) ffirmaw Memorandum ta' Ftehim (“il-Memorandum”) mal-kredituri ta' Oltchim, jiġifieri l-varji banek privati u tal-Istat, kif ukoll impriżi tal-Istat bħal Electrica, Salrom, CFR Marfă SA. Il-partijiet għall-Memorandum qablu li l-Ministeru tal-Ekonomija u OPSPI jkunu jirreġistraw kumpanija veikolu bi skop speċjali (SPV) ħielsa minn djun b'kapital statali sħiħ (Oltchim SPV), mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2013, biex il-banek ikunu jistgħu jipprovdu s-sostenn ta' finanzjament neċessarju b'mod sigur għat-tkomplija tal-produzzjoni f'Oltchim. F'dan ir-rigward, bl-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 59/2012, il-Gvern ordna lill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi biex jiftaħ proċeduri legali għat-twaqqif ta' kumpanija SPV. |
|
(32) |
Madankollu, filwaqt li l-Memorandum u l-objettivi tiegħu nżammu, il-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi temporanjament abbanduna l-pjanijiet ta' twaqqif fuq bażi ta' terminu qasir tal-veikolu SPV ta' Oltchim. Minflok, Oltchim, fuq talba tagħha stess, daħlet fi proċedimenti ta' insolvenza rregolati mil-Liġi Nru 85/2006 (“il-liġi dwar l-insolvenza”) fit-30 ta' Jannar 2013. |
2.2.4. Il-proċedimenti ta' insolvenza ta' Oltchim sat-30 ta' Jannar 2013
2.2.4.1.
|
(33) |
Il-liġi dwar l-insolvenza tistabbilixxi proċedura kollettiva għall-kopertura tal-obbligazzjonijiet ta' debitur f'kundizzjoni ta' insolvenza. |
|
(34) |
Ladarba kumpanija tidħol fi proċedura ta' insolvenza kollettiva, is-setgħa deċiżjonali fuq l-attivitajiet tal-amministrazzjoni ta' dik il-kumpanija timxi mill-azzjonisti għal amministratur speċjali li għandu jaġixxi fl-aħjar interess tal-kumpanija (27). Wara l-irtirar tad-dritt ta' amministrazzjoni, imbagħad il-kumpanija tkun rappreżentata u titmexxa minn riċevent/likwidatur imqabbad mill-Qorti, skont l-għażla magħżula. Imbagħad il-mandat tal-amministratur speċjali jitnaqqas għar-rappreżentazzjoni tal-aħjar interessi tal-azzjonisti. |
|
(35) |
Il-laqgħa tal-azzjonisti ġenerali tal-kumpanija taħtar ir-riċevent speċjali li jrid ikun approvat mill-Qorti (l-hekk imsejjaħ riċevent imqabbad mill-Qorti). Sal-iskadenza stabbilita mill-ġudikant fl-insolvenza (imħallef b'setgħat speċjali fi proċedimenti ta' falliment u ta' insolvenza), ir-riċevent imqabbad mill-Qorti jew il-likwidatur għandu jħejji u jippreżenta lill-ġudikant fl-insolvenza rapport dwar ir-raġunijiet u ċ-ċirkustanzi li wasslu għall-insolvenza tad-debitur (28). Ir-rapport għandu jispeċifika jekk hemmx xi possibbiltà għar-riorganizzazzjoni tal-attività tad-debitur jew kwalunkwe raġuni li ma tippermettix għar-riorganizzazzjoni tiegħu. F'dan il-każ imsemmi l-aħħar, ir-riċevent imqabbad mill-Qorti għandu jipproponi l-proċedimenti ta' falliment. Jekk ir-riċevent imqabbad mill-Qorti jindika l-irkupru possibbli tal-attività tad-debitur fuq il-bażi ta' pjan ta' riorganizzazzjoni ġudizzjarja (“il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni” jew “il-Pjan”), dan jispeċifika min ser iħejji l-pjan ta' riorganizzazzjoni (id-debitur, jew ir-riċevent imqabbad mill-Qorti waħdu jew flimkien ma' wieħed jew diversi mill-kredituri). |
|
(36) |
Wara l-proċedimenti ta' ftuħ, il-pretensjonijiet kollha tal-kredituri jiġu sospiżi u ma jkunux jistgħu jsiru oħrajn ġodda (29). Il-fornituri kollha ta' servizzi (elettriku, gass, ilma, telefonija) m'għandhomx ikunu intitolati jbiddlu, jirrifjutaw jew iwaqqfu b'mod temporanju t-tali servizzi lid-debitur f'każ li dan tal-aħħar ikollu l-kapaċità ta' konsumatur kaptiv (30). |
|
(37) |
Ir-riċevent imqabbad mill-Qorti għandu jinnotifika lill-kredituri biex jippreżentaw dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet kontra d-debitur f'terminu perentorju legali stabbilit mid-deċiżjoni tal-ġudikant fl-insolvenza- fil-bidu tal-proċedimenti ta' insolvenza. Fuq din il-bażi, ir-riċevent imqabbad mill-Qorti iħejji l-hekk imsejħa lista preliminari ta' kredituri. Lista bħal din għandha tinkludi lill-kredituri f'żewġ kategoriji ewlenin: kredituri garantiti (kredituri bi pretensjonijiet miżmuma minn entitajiet li jibbenefikaw minn kollaterali fuq l-oġġetti mill-patrimonju tad-debitur, indipendentement minn jekk dan huwiex id-debitur ewlieni jew garanti terza għall-persuni li jibbenefikaw mill-kollaterali) u kredituri mhux garantiti (kredituri bi pretensjonijiet li ma jibbenefikawx minn xi garanzija kontra l-patrimonju tad-debitur). Kategoriji oħra ta' pretensjonijiet li għandhom jiddaħħlu fil-lista huma: kredituri tas-salarji u baġitarji. |
|
(38) |
Id-debitur, il-kredituri u kwalunkwe parti interessata oħra għandhom dritt li jappellaw quddiem il-ġudikant fl-insolvenza kontra l-lista preliminari tal-kredituri (31). Wara li l-appelli kollha jiġu deċiżi, ir-riċevent imqabbad mill-Qorti jħejji lista finali ta' kredituri, li turi l-ammont, il-prijorità u l-kundizzjoni (garantita jew mhux garantita) ta' kull pretensjoni u jibgħatha lill-Qorti għall-approvazzjoni. Ladarba l-appelli kollha jiġu deċiżi, il-lista ssir finali. |
|
(39) |
Il-liġi dwar l-insolvenza tipprevedi żewġ proċeduri alternattivi:
|
|
(40) |
Ir-riorganizzazzjoni ġudizzjarja hi l-proċedura applikata għad-debitur biex iħallas id-djun tiegħu wara riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tiegħu u skont pjan ta' pagament. Din il-proċedura timplika t-tħejjija, l-approvazzjoni, l-implimentazzjoni u l-osservazzjoni ta' pjan ta' riorganizzazzjoni, li jista' jipprovdi, fis-sħuħija tiegħu jew b'mod separat, għal: (a) ristrutturar operazzjonali u/jew finanzjarju tad-debitur; (b) ristrutturar korporattiv b'emenda tal-istruttura tal-kapital tal-ishma; jew (c) limitazzjoni tal-attività b'likwidazzjoni ta' ċerti assi. |
|
(41) |
Ir-riċevent imqabbad mill-Qorti jħejji l-pjan ta' riorganizzazzjoni flimkien mal-Lista ta' Kredituri u jibagħtu lill-Qorti għall-approvazzjoni. Il-pjan irid jiġi diskuss u approvat mill-kredituri wkoll. Il-liġi dwar l-insolvenza tipprovdi għall-kategoriji distinti li ġejjin ta' pretensjonijiet, li jivvotaw b'mod separat: (a) pretensjonijiet garantiti, (b) pretensjonijiet tas-salarji, (c) pretensjonijiet baġitarji, (d) pretensjonijiet mhux garantiti stabbiliti skont l-Artikolu 96(1), jiġifieri l-hekk imsejħa fornituri essenzjali, (e) pretensjonijiet mhux garantiti oħra (32). |
|
(42) |
F'konformità mal-Artikoli 100 u 101 tal-liġi dwar l-insolvenza:
|
|
(43) |
F'konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 3(21) tal-liġi dwar l-insolvenza, it-terminu “kategorija żvantaġġata” jfisser kategorija ta' pretensjonijiet li għaliha l-pjan ta' riorganizzazzjoni jistipula tal-anqas waħda mill-modifiki li ġejjin għal dik il-kategorija:
|
|
(44) |
Meta d-deċiżjoni li tikkonferma pjan issir effettiva, l-attività tad-debitur għandha tiġi riorganizzata kif xieraq, bil-pretensjonijiet u d-drittijiet tal-kredituri u tal-partijiet l-oħra kkonċernati jiġu emendati kif previst mill-pjan. Jekk ma jiġi kkonfermat ebda pjan, il-ġudikant fl-insolvenza għandu jordna l-ftuħ immedjat tal-proċedura ta' falliment. |
|
(45) |
Il-proċedura ta' falliment tfisser likwidazzjoni tal-assi tad-debitur biex jiġu koperti l-obbligazzjonijiet, segwita mit-tħassir tad-debitur mir-reġistru. |
|
(46) |
F'konformità mal-Artikolu 107 tal-liġi dwar l-insolvenza, debitur jidħol fil-proċedura ta' falliment fil-każijiet li ġejjin:
|
|
(47) |
Matul il-proċedura ta' falliment, hemm żewġ kategoriji ta' assi soġġetti għal bejgħ (assi mirhuna/garantiti u assi mhux mirhuna/mhux garantiti) u, għaldaqstant, żewġ modi ta' distribuzzjoni tal-ammonti riċevuti minn bejgħ fost il-kredituri (l-Artikolu 121 għal assi mirhuna u l-Artikolu 123 għal assi mhux mirhuna u għal kwalunkwe surplus li jifdal mill-bejgħ tal-assi mirhuna). Il-likwidazzjoni għandha tibda eżatt wara t-tlestija tal-inventarju tal-assi mill-patrimonju tad-debitur mil-likwidatur. L-assi jistgħu jinbiegħu flimkien – bħala grupp operazzjonali – jew individwalment. Skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u, jekk possibbli, l-assi tad-debitur għandhom jiġu stmati individwalment u f'daqqa, bħala grupp funzjonali. |
|
(48) |
Skont l-Artikolu 121 tal-liġi dwar l-insolvenza, japplika l-ordni li ġej ta' distribuzzjoni tal-fondi miksuba mill-bejgħ tal-assi mirhuna tad-debitur: (1) taxxi, bolol u spejjeż oħra relatati mal-bejgħ ta' tali assi, inklużi l-ispejjeż imġarrba għall-preservazzjoni u għall-amministrazzjoni ta' tali assi, kif ukoll remunerazzjoni tal-likwidaturi; u (2) pretensjonijiet tal-kredituri garantiti. |
|
(49) |
F'każ li l-ammonti miksuba mill-bejgħ tal-assi mirhuna ma jkunux biżżejjed għall-ħlas sħiħ tal-kredituri garantiti, il-kredituri garantiti għandu jkollhom pretensjonijiet mhux garantiti għad-differenza. Jekk wara l-ħlas tal-ammonti lill-kredituri garantiti, ikun hemm surplus, dan jitqassam fost il-kredituri mhux garantiti. |
|
(50) |
Skont l-Artikolu 123 tal-liġi dwar l-insolvenza, il-pretensjonijiet għandhom jitħallsu kif ġej: (1) taxxi, bolol u spejjeż oħra relatati mal-proċedura, (2) pretensjonijiet tas-salarji, (3) krediti mogħtija minn istituzzjonijiet ta' kreditu wara l-ftuħ tal-proċedimenti, kif ukoll il-pretensjonijiet li jirriżultaw mill-preservazzjoni tal-attività tad-debitur wara l-proċedimenti ta' ftuħ (djun kurrenti), (4) pretensjonijiet baġitarji, (5-7) pretensjonijiet oħra (bħal benefiċċji tat-tfal, benefiċċji tal-familja, self tal-bank), (8) pretensjonijiet mhux garantiti oħra. |
2.2.4.2.
|
(51) |
Permezz tad-deċiżjoni tal-Kredituri fil-laqgħa tal-15 ta' April 2013, Rominsolv S.p.r.l u B.D.O. – Business Restructuring S.p.r.l. (“R/BDO”) inħatru bħala r-riċeventi uffiċjali ta' Oltchim (“il-Konsorzju”). Din il-ħatra ġiet ikkonfermata mill-Qorti fit-13 ta' Mejju 2013. |
|
(52) |
Matul is-seduta tal-Qorti tad-19 ta' Ġunju 2013, Oltchim esprimiet l-intenzjoni tagħha li tidħol f'riorganizzazzjoni ġudizzjarja u tħallas il-pretensjonijiet permezz ta' pjan ta' riorganizzazzjoni. Din it-talba kienet ibbażata fuq “Rapport dwar il-kawżi tal-insolvenza” mħejji mill-Konsorzju) f'konformità mal-Artikolu 59(1) sa (3) tal-liġi dwar l-insolvenza. Ir-Rapport dwar il-kawżi tal-insolvenza semma li kien hemm possibbiltà reali ta' riorganizzazzjoni effettiva tal-attività tad-debitur, taħt pjan ta' riorganizzazzjoni ssorveljat mill-qorti, li hu kellu l-għan li jħejji u jippreżenta lill-Qorti. |
|
(53) |
Fit-3 ta' Ġunju 2013, ir-riċeventi mqabbda mill-Qorti qabbdu lil Winterhill S.r.l għall-evalwazzjoni tal-valur tas-suq u tal-valur tal-likwidazzjoni tal-assi ta' Oltchim (“ir-Rapport ta' Winterhill”), pass neċessarju għat-tħejjija tal-pjan ta' ħlas. |
|
(54) |
Winterhill S.r.l iddeterminat il-valur tas-suq tal-assi ta' Oltchim u l-valur tal-likwidazzjoni tagħhom f'konformità mal-Istandards Internazzjonali dwar il-Valwazzjoni kif ġej:
|
|
(55) |
Ir-Rapport ta' Winterhill evalwa l-klassijiet ta' assi differenti ta' Oltchim (34) billi uża metodi ta' valwazzjoni differenti skont it-tip ta' assi evalwat (metodu ta' tqabbil tas-suq jew metodu tal-kost nett tas-sostituzzjoni). |
|
(56) |
Rigward il-valwazzjoni tal-assi fissi (impjanti, tagħmir u makkinarju), ir-Rapport ta' Winterhill ħareġ stima tal-hekk imsejħa valur tas-suq in situ u valur tas-suq ex situ. Skont ir-Rapport ta' Winterhill, il-valur tas-suq in situ jimplika li l-impjant hu operazzjonali għalkollox għal użu ulterjuri fis-sit operazzjonali tiegħu. Dan il-valur iqis l-ispejjeż tal-installazzjoni, jiġifieri elettrika u mekkanika, li jkunu sinifikanti fil-każ ta' tali impjanti. Il-valur tas-suq ex situ jimplika li l-impjant mhuwiex operazzjonali u l-assi individwali jiġu evalwati b'rabta mat-tneħħija tagħhom bl-ispejjeż kontra x-xerrej. Fil-każ ta' Oltchim, it-tagħmir elettriku u mekkaniku tqies li ma kellu ebda valur sinifikanti u, skont il-kumplessità tiegħu, lanqas impatt negattiv fuq il-valur ta' assi. Il-valur tal-likwidazzjoni tal-assi fissi ġie definit fir-Rapport ta' Winterhill bħala l-valur tas-suq ex situ nieqes il-kostijiet stmati għaż-żarmar u għat-tneħħija mill-bini industrijali. Dan il-valur kien jinkludi stima tal-kostijiet għat-tindif u għat-tħejjija tal-assi għall-bejgħ, li kienu mistennija li jkunu sinifikanti fil-każ ta' Oltchim, minħabba n-natura niġġiesa u perikoluża ta' ħafna materjali użati fl-impjanti. Kien jinkludi wkoll allokazzjonijiet għal spejjeż ta' kummerċjalizzazzjoni, spejjeż tal-bejgħ, tariffi tal-bejjiegħa u kostijiet tal-persunal involut. |
|
(57) |
Fl-20 ta' Lulju 2013, Winterhill S.r.l. lestiet il-valwazzjoni tagħha. Ir-Rapport ta' Winterhill ta stima tas-suq ta' Oltchim għal EUR 293,7 miljun (madwar RON 1 270 miljun) u l-valur tal-likwidazzjoni bħala EUR 141 miljun (RON 636 miljun), li EUR 108 miljun minnhom (RON 491 miljun) għal assi garantiti u madwar EUR 32 miljun (RON 145 miljun) għal assi mhux garantiti (35). |
|
(58) |
Ir-Rapport ta' Winterhill ġie ppreżenta lil-Laqgħa tal-Kredituri fit-2 ta' Diċembru 2013 u approvat fl-4 ta' Diċembru 2013. Għall-ewwel, AAAS xeħtet dubju fuq l-evalwazzjoni li kienet tinsab fir-Rapport ta' Winterhill u ppreżentat ilment kontra d-deċiżjoni tal-Laqgħa tal-Kredituri li approvatu. Konsegwentement, il-Qorti approvat kontroll doppju tar-rapport ta' valwazzjoni u, finalment, ċaħdet il-kontestazzjoni ta' AAAS, filwaqt li nnotat ukoll li AAAS ma rabtitx il-vot tagħha dwar il-Pjan mar-riżultat ta' rieżaminazzjoni ta' dak ir-rapport (36). |
|
(59) |
Fuq il-bażi tar-Rapport ta' Winterhill, f'Lulju 2013, ir-riċeventi mqabbda mill-Qorti ħejjew il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni ta' Oltchim. L-iskop ewlieni tal-Pjan kien li jsib investitur ġdid li jieħu f'idejn l-assi/in-negozju ta' Oltchim. Il-bejgħ jista' jsir skont kwalunkwe waħda mit-tliet għażliet proposti: |
L-1el għażla - Il-ħolqien ta' entità ġdida (Oltchim SPV) u t-trasferiment tal-assi vijabbli kollha minn Oltchim SA lil din tal-aħħar; il-bejgħ tal-ishma ta' Oltchim SPV:
|
(60) |
Oltchim SPV kienet tkun kumpanija ħielsa minn djun. Oltchim SPV kienet tieħu f'idejn l-parti funzjonali ta' Oltchim SA bħala negozju avvjat. (37) Oltchim SPV għandha tkun 100 % proprjetà ta' Oltchim SA u jkollha l-għan li tinbiegħ lil investitur f'temp ta' sena sa tliet snin. Il-prezz għall-bejgħ tal-ishma ta' Oltchim SPV kien stmat għal EUR 306 miljun u l-prezz minimu tal-bidu kellu jiġi stabbilit f'livell ogħla minn dak l-ammont partikolari. Dan il-prezz ġie stmat b'referenza għall-MV ta' EUR 293,7 miljun stabbilit fir-Rapport ta' Winterhill (38). |
|
(61) |
Peress li ċerti assi trasferiti lil Oltchim SPV kienu ipotekati lil uħud mill-kredituri ta' Oltchim SA, l-oġġetti tal-garanzija tagħhom ikun sostitwit mal-ishma maħruġa minn Oltchim SPV b'mod proporzjonat għall-ammonti tal-garanzija tagħhom. B'hekk, il-kredituri garantiti jkunu intitolati (fi żmien 10 ijiem wara l-konferma tal-pjan ta' riorganizzazzjoni mil-ġudikant fl-insolvenza) biex jirrikorru għat-tneħħija tal-garanziji eżistenti fuq l-assi wara l-ħlas sħiħ tal-prezz tal-ishma ta' Oltchim SPV. |
|
(62) |
Il-kredituri ta' Oltchim kellhom jitħallsu skont l-ammonti pprovduti fil-Pjan ta' Ħlas (ara Table 3 aktar 'il quddiem). |
It-2ni għażla - Konverżjoni ta' dejn f'ekwità:
|
(63) |
Il-kredituri ta' Oltchim setgħu jikkonvertu d-djun tagħhom f'ekwità (l-ishma ta' Oltchim SA) b'mod proporzjonat u skont l-ammonti pprovduti fil-Pjan ta' Ħlas (ara Table 3 aktar 'il quddiem); jew |
It-3et għażla - Konverżjoni ta' dejn f'assi:
|
(64) |
Uħud mid-djun mal-Istat jitħallsu bi trasferiment tal-assi ta' Oltchim SA, jiġifieri l-art, il-binjiet, mingħajr ħlas. |
|
(65) |
Il-Pjan kien jipprevedi żewġ xenarji għall-kontinwazzjoni tal-attività ta' Oltchim, jiġifieri:
|
|
(66) |
Il-Pjan speċifika l-perjodu ta' implimentazzjoni, jiġifieri tliet snin wara l-konferma tal-Pjan mill-imħallef. Matul dak il-perjodu, l-amministratur speċjali għandu jiżgura l-amministrazzjoni ta' Oltchim, taħt is-superviżjoni tar-riċevent imqabbad mill-Qorti. |
|
(67) |
Wara li l-appelli kollha ġew deċiżi, fid-9 ta' Jannar 2015 ir-riċevent imqabbad mill-Qorti lesta u bagħat lill-Qorti l-Lista finali ta' kredituri ta' Oltchim, li turi l-ammont, il-prijorità u l-istatus – garantit jew mhux garantit – ta' kull pretensjoni. Il-Lista kienet tinkludi ħames kategoriji ta' kredituri: (1) kredituri garantiti, (2) pretensjonijiet tas-salarji, (3) kredituri baġitarji, (4) kredituri mhux garantiti skont l-Artikolu 96 tal-liġi dwar l-insolvenza (l-hekk imsejħa “fornituri essenzjali”) u (5) kredituri mhux garantiti oħra, kif ippreżentati fit-Tabella 1 ta' hawn taħt: Tabella 1 Lista ta' kredituri kif ippreżentata fit-tabella tal-pretensjonijiet
|
|
(68) |
Id-djun pendenti ta' Oltchim mal-Istat u mal-intrapriżi tal-Istat (“SoEs”) kienu ta' madwar EUR 519-il miljun, li minnhom madwar EUR 264 miljun ma' AAAS, madwar EUR 232 miljun ma' diversi SoEs (li minnhom madwar EUR 145 miljun ma' Electrica), madwar EUR 19-il miljun ma' korpi nazzjonali u reġjonali (pereżempju madwar EUR 13-il miljun mal-Amministrazzjoni tal-Fondi Ambjentali) u madwar EUR 12-il miljun ma' CEC Bank li hu proprjetà tal-Istat. Tabella 2 Il-kredituri pubbliċi ta' Oltchim
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(69) |
Il-kredituri li ġejjin kellhom l-akbar pretensjonijiet għal Oltchim: AAAS (madwar 35 % tad-dejn totali), Electrica (19 % tad-dejn totali), Erste Group Bank AG (10 % tad-dejn totali), MFC Commodities Gmbh (4,71 % tad-dejn totali), Banca Transilvania S.A. (4,63 % tad-dejn totali), CET Govora (3,96 % tad-dejn totali), CFR Marfa (3,34 % tad-dejn totali) u CEC Bank (1,63 % tad-dejn totali). |
|
(70) |
Ir-riċevent imqabbad mill-Qorti bagħat il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni flimkien mal-Lista ta' Kredituri lill-Qorti fl-4 ta' Frar 2015. Fil-laqgħa tad-9 ta' Marzu 2015, il-Kredituri ddiskutew u mbagħad approvaw il-Pjan f'konformità mal-Artikolu 101 tal-liġi dwar l-insolvenza. |
|
(71) |
B'mod aktar konkret, skont il-Pjan approvat:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(72) |
Skont il-Pjan ta' Ħlas ta' hawn fuq, se tkun tapplika l-kopertura tad-dejn li ġejja:
|
|
(73) |
Għaldaqstant, il-pjan iwassal għal tħassir sostanzjali tad-dejn, b'mod partikolari fir-rigward tal-kredituri baġitarji kif stipulat hawn taħt fit-Tabelli 4 u 5. Tabella 4 Djun għat-tħassir
Tabella 5 Djun pubbliċi għat-tħassir
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(74) |
Il-kredituri vvotaw fuq dan il-Pjan. Skont il-Minuti mil-laqgħa tal-Assemblea tal-Kredituri tad-9 ta' Marzu 2015 (kun af li l-kredituri pubbliċi u privati ewlenin u l-impjegati biss huma ppreżentati hawn taħt):
|
|
(75) |
Il-Pjan ġie approvat għaliex kien jirrispetta l-kundizzjonijiet tal-liġi dwar l-insolvenza, jiġifieri:
|
|
(76) |
Matul is-seduta tal-Qorti tal-25 ta' Marzu 2015, il-ġudikant fl-insolvenza talab biex jiġu pprovduti aktar kjarifiki dwar il-Pjan u ppospona s-seduta sat-22 ta' April 2015. Matul is-seduta tat-22 ta' April 2015, il-Qorti approvat il-Pjan billi approvat l-ewwel għażla biss, jiġifieri tħassir parzjali tad-dejn kif miftiehem mill-kredituri u l-ħolqien ta' entità ġdida (Oltchim SPV) u t-trasferiment tal-assi vijabbli kollha minn Oltchim SA għal din tal-aħħar. Fl-24 ta' Settembru 2015, il-Qorti tal-Appell ta' Pitești ċaħdet l-appelli ppreżentati minn ANAF (Agenția Națională de Administrare Fiscală) u minn Electrica Furnizare kontra s-sentenza li approvat il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni. Permezz ta' din is-sentenza l-Pjan sar finali. |
2.2.4.3.
|
(77) |
Matul il-proċedimenti ta' insolvenza, qabel l-approvazzjoni tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni, Oltchim implimentat sensiela ta' miżuri biex tnaqqas il-kostijiet tagħha, bħall-għoti ta' sensja lil 918-il impjegat f'Ġunju 2013 (kellhom jingħataw is-sensja 225 impjegat ieħor sa Novembru 2015). F'Ġunju 2014, Oltchim biddlet elettrolizzatur fil-faċilitajiet ewlenin tal-produzzjoni (għal valur totali ta' EUR 800 000). Biex tkompli ttejjeb l-EBITDA tagħha, Oltchim reġgħet fetħet l-impjant tal-osso-alkoħols fid-9 ta' Settembru 2014. |
|
(78) |
L-awtoritajiet Rumeni informaw (43) li Oltchim tejbet il-prestazzjoni ekonomika u finanzjarja tagħha. Il-fatturat tagħha fl-2015 żdied b'31 % meta mqabbel mal-2014, u b'59 % meta mqabbel mal-2013, bis-saħħa ta' tkabbir fil-bejgħ tal-prodotti ewlenin manifatturati (żieda ta' 33 % għal poljoli tal-polieter, żieda ta' 7 % għal prodotti tal-klor-alkali). L-EBITDA tjieb b'RON 109 miljun meta mqabbel mal-2013. |
|
(79) |
Minn Ġunju 2013 saru tentattivi ġodda għall-privatizzazzjoni tal-kumpanija iżda dawn reġgħu fallew aktar tard dik is-sena. |
|
(80) |
Skont il-Pjan kif miftiehem mill-kredituri u approvat mill-Qorti (ara Table 5 aktar 'il fuq), il-kredituri baġitarji u l-SoEs iridu jħassru sa total ta' EUR 408,5 miljun f'dejn (għal AAAS madwar EUR 216-il miljun, li jirrappreżenta 81,9 % mill-pretensjoni totali tagħha u EUR 174,3 miljun għall-SoEs). |
|
(81) |
L-hekk imsejħa fornituri essenzjali (jiġifieri CET Govora SA u l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma) kellhom iħassru EUR 21,2 miljun u EUR 2,2 miljun rispettivament, li jirrappreżentaw 70 % sa 71 % mill-pretensjonijiet totali tagħhom. Electrica kellha tħassar EUR 112-il miljun, li jirrappreżentaw 77,6 % mill-pretensjoni totali tagħha. |
|
(82) |
Minbarra l-ammonti li jikkorrispondu għat-tħassir tad-dejn għal diversi kredituri pubbliċi li jinsabu fit-Tabella 5, it-Tabella 6 ta' hawn taħt tirrifletti l-ammonti korrispondenti ta' djun li jridu jiġu rkuprati fix-xenarju ta' bejgħ kollox f'daqqa ta' Oltchim SPV previst fil-Pjan ta' riorganizzazzjoni hekk kif jirriżulta mit-tħassir massimu approvat. Tabella 6 Kredituri pubbliċi (tħassir tad-dejn u rkupru tad-dejn skont il-Pjan)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(83) |
Wara l-approvazzjoni tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni, diġà seħħ tħassir ta' djun sinifikanti. Fil-preżentazzjoni tagħha ta' Ottubru 2015, ir-Rumanija informat li fil-perjodu April-Ottubru- 2015 kienu tħassru madwar RON 2,358 biljun (EUR 518-il miljun) fi djun (44). |
|
(84) |
L-awtoritajiet Rumeni informaw ukoll li ntbagħtet offerta tal-bejgħ ta' Oltchim SPV lill-Kmamar tal-Kummerċ bilaterali kollha fir-Rumanija (Lulju 2015) u lil 30 Kamra tal-Kummerċ oħra madwar id-dinja (f'Settembru 2015). L-ewwel laqgħat ma' xerrejja potenzjali seħħew f'Settembru/Ottubru 2015. |
3. ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI LI TIFTAĦ IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(85) |
Fit-8 ta' April 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali. Il-Kummissjoni qajmet dubji dwar tliet miżuri ta' appoġġ:
|
|
(86) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-miżuri deskritti hawn fuq kienu jinvolvu riżorsi tal-Istat u kienu imputabbli lill-Istat. Barra minn hekk, fid-dawl tal-improbabbiltà li kwalunkwe operatur privat razzjonali kien jipprovdi lil Oltchim b'dawn il-miżuri, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari wkoll li l-miżuri pprovdew lil Oltchim b'vantaġġ mhux xieraq; tali vantaġġ ikun selettiv, peress li Oltchim kienet l-uniku benefiċjarju. |
|
(87) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-miżuri probabbilment kienu se jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba li Oltchim kienet f'kompetizzjoni ma' produtturi kimiċi oħra minn Stati Membri oħra kif ukoll mill-bqija tad-dinja. Il-miżuri ppermettew lil Oltchim tkompli topera b'tali mod li ma kellhiex taffaċċja, bħal kompetituri oħrajn, il-konsegwenzi li normalment isegwu mir-riżultati finanzjarji ħżiena tagħha. |
|
(88) |
Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri, b'mod partikolari peress li l-awtoritajiet Rumeni ma pprovdew ebda raġuni possibbli għall-kompatibbiltà. Il-fehma preliminari tal-Kummissjoni kienet li Oltchim setgħet titqies bħala ditta f'diffikultà skont it-tifsira tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (“Linji Gwida tal-2014 dwar l-R&R”) (48), b'mod partikolari fid-dawl tal-proċedimenti ta' insolvenza mnedija fit-30 ta' Jannar 2013. Madankollu, il-kriterji għal għajnuna ta' salvataġġ jew ta' ristrutturar kompatibbli stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-R&R dehru li ma ġewx irrispettati mill-miżuri. B'mod partikolari, fin-nuqqas ta' pjan ta' ristrutturar notifikat (l-awtoritajiet Rumeni ma ddikjarawx l-eliġibbiltà tal-miżuri bħala għajnuna għar-ristrutturar), il-Kummissjoni ma setgħetx tevalwa l-komponenti tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni, inklużi l-miżuri ta' investiment u ta' modernizzazzjoni, u lanqas ma setgħet tevalwa jekk il-miżuri jirrestawrawx il-vijabbiltà fit-tul u jinżammux għal minimu, b'tali mod li jkunu evitati distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni. |
|
(89) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-fehma preliminari tal-Kummissjoni kienet li l-miżuri dehru li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. Barra minn hekk, minħabba li l-miżuri kienu ngħataw bi ksur tal-obbligi ta' notifika u ta' sospensjoni stabbiliti fl-Artikolu 108(3) TFUE, il-Kummissjoni nnotat li huma kienu jidhru li jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat. Fin-nuqqas ta' notifika tal-pjan ta' ristrutturar lill-Kummissjoni, tali miżuri ma setgħux jiġu ddikjarati kompatibbli mas-suq intern. |
4. IL-KUMMENTI DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ
4.1. Il-preżentazzjonijiet tar-Rumanija
|
(90) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni, ir-Rumanija tgħid numru ta' osservazzjonijiet relatati mat-tliet Miżuri deskritti hawn fuq. |
4.1.1. Il-kummenti tar-Rumanija rigward il-Miżura 1
|
(91) |
Ir-Rumanija tiddikjara li fil-perjodu Settembru 2012 – Jannar 2013, AAAS ġabet ruħha bħal kreditur privat u n-nuqqas ta' infurzar minn AAAS tal-pretensjonijiet kien ġustifikat għalkollox f'dan il-perjodu qasir ta' 5 xhur kemm minħabba limitazzjonijiet legali kif ukoll de facto: |
|
(92) |
Il-limitazzjonijiet legali huma relatati mal-effetti tal-hekk imsejħa proċedura ta' amministrazzjoni speċjali (Artikolu 16 paragrafu 5(c) tal-liġi tar-Rumanija Nru 137/2002) li skont din il-kredituri tat-taxxa u tal-kontribuzzjonijiet ma jistgħux jeżegwixxi d-djun tagħhom sakemm il-kumpanija tkun imħejjija għall-privatizzazzjoni. Dan allegatament ipprevjena lil AAAS milli titlob l-eżekuzzjoni immedjata tad-dejn tagħha fil-kuntest tal-proċess ta' privatizzazzjoni miżmuma fis-seħħ mill-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Kummerċ u tal-Ambjent Kummerċjali, anki wara li l-privatizzazzjoni falliet f'Settembru 2012. Ir-Rumanija targumenta wkoll li n-nuqqas ta' assi li jistgħu jinbiegħu u li ma ntużawx bħala kollateral għall-kredituri garantiti de facto llimita l-ħila ta' AAAS li tinfurza l-pretensjonijiet tagħha u jkun jispjega wkoll għaliex il-kredituri privati lanqas ma eżegwixxew it-talbiet tagħhom. F'dak ir-rigward, ir-Rumanija tressaq l-eżempju tal-bank privat Banca Comercială Română li ma attivatx il-proċess ta' eżekuzzjoni furzata u saħansitra tat finanzjament addizzjonali li b'kollox ammonta għal madwar EUR 1 miljun favur ir-rikummissjonar tat-taqsima tal-poljoli-polieter u ta' studju ta' konsulenza dwar l-opportunità ta' bidu mill-ġdid tal-attivitajiet ta' Oltchim. |
|
(93) |
Barra minn hekk, ir-Rumanija tgħid li n-nuqqas minn AAAS li titlob l-eżekuzzjoni immedjata tad-dejn tagħha kien motivat ukoll mill-ftuħ ta' proċess ta' notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea mir-Rumanija b'rabta ma' għajnuna għas-salvataġġ (għajnuna li mbagħad irriżulta li ma kinitx kompatibbli mal-“prinċipju ta' darba tal-aħħar” tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-R&R). |
|
(94) |
Ir-Rumanija tinnota li, fuq il-bażi tal-istudju ta' Raiffeisen, minkejja t-tnaqqis li kellu jsir b'rabta mal-obbligazzjonijiet ambjentali, AAAS kienet tirkupra 10 % minflok 12 % tad-dejn tagħha fix-xenarju ta' likwidazzjoni għaliex il-pretensjoni ta' AAAS għal Oltchim kienet kważi 1,2 darbiet ogħla dik ikkunsidrata minn Raiffeisen fl-2011 meta din kellha tqabbel il-valuri tas-suq u tal-likwidazzjoni ta' Oltchim. Fil-preżentazzjoni tagħha ta' Mejju 2018, ir-Rumanija tmur saħansitra oltre, billi tiddikjara li f'każ ta' falliment, l-obbligazzjonijiet ambjentali li kellhom jitħallsu bi prijorità fil-każ ta' Oltchim kienu jaqbżu r-rikavati totali mistennija minn bejgħ furzat li jikkorrispondi għal xenarju ta' likwidazzjoni, u tikkonkludi li l-grad ta' rkupru tad-dejn ta' AAAS kien ikun żero. |
|
(95) |
Ir-Rumanija tgħid li AAAS ikkonċentrat fuq il-kisba ta' informazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni ta' Oltchim dak iż-żmien biex tkun tista' tieħu deċiżjoni dokumentata sew u li l-ftit xhur bejn il-falliment tal-privatizzazzjoni u d-dħul fl-insolvenza kienu aċċettabbli bħala perjodu ta' riflessjoni. |
|
(96) |
Finalment, ir-Rumanija tinnota li AAAS kienet qed titlob l-imgħax mingħand Oltchim fil-livell tas-suq sakemm jitlestew il-proċedimenti ta' insolvenza. Skont ir-Rumanija, din hi prova li l-eżekuzzjoni mhux immedjata tal-pretensjonijiet tagħha ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, li r-Rumanija tiddikjara li hi allinjata mal-approċċ segwit fid-deċiżjoni tal-2012 tal-Kummissjoni fil-paragrafi 98 u dawk sussegwenti. Ir-Rumanija tgħid ukoll li l-uniku dejn akkumulat ulterjuri jirriżulta mill-imgħax fuq dejn diġà eżistenti, li hu ta' importanza minuri f'każ li l-irkupru tad-dejn ewlieni jkun totalment mhux realistiku qabel kollox. |
4.1.2. Il-kummenti tar-Rumanija rigward il-Miżura 2
|
(97) |
Fil-fehma tar-Rumanija, meta ddeċidew li jkomplu l-provvisti u jimmodifikaw b'mod favorevoli l-kundizzjonijiet tan-negozjar, CET Govora u Salrom “ġabu ruħhom bħala kredituri privati dment li dawn kienu jiggarantixxu d-dejn maħluq ġdid” u għaliex id-deċiżjonijiet tagħhom li jfornu l-materja prima meħtieġa għall-bidu mill-ġdid tal-attività ta' Oltchim kienu simili għal dawk meħuda minn ċerti kumpaniji bi sjieda privata. Din id-deċiżjoni allegatament issegwi mill-probabbiltà li jiġi rkuprat ammont akbar tad-dejn f'każ li l-attività terġa' tinbeda. Barra minn hekk, ir-Rumanija tiddikjara li, minħabba l-interdipendenza teknoloġika tagħhom rigward il-provvista ta' ilma industrijali u, rispettivament, demineralizzat lil Oltchim, Salrom (għad li b'mod anqas evidenti) u CET Govora aġixxew bħala fornituri essenzjali razzjonali. Peress li Oltchim kienet tammonta għal 14 % mill-fatturat ta' Salrom fl-2015 u għal 39 % fid-dħul ta' CET Govora, ma kien hemm ebda soluzzjoni prattika biex ix-xirjiet ta' Oltchim ta' fwar industrijali ma' CET Govora. |
|
(98) |
Rigward Salrom, ir-Rumanija tiddikjara wkoll li hi rċiviet ħlasijiet totali ta' aktar minn RON 33 miljun wara li Oltchim saret insolventi, filwaqt li rabtet kwalunkwe provvista ulterjuri lil Oltchim wara d-dħul f'solvenza minn Oltchim ma' ħlasijiet bil-quddiem, kundizzjoni li ġiet maqbula u rrispettat minn Oltchim wara n-negozjati. |
|
(99) |
Rigward il-provvista minn CET Govora, ir-Rumanija tiddikjara li l-prezz tal-bejgħ tal-elettriku u tal-fwar mitlub mingħand Oltchim hu konformi mas-suq u tħallas bis-sħiħ mill-1 ta' Frar 2013 sal-31 ta' Marzu 2016 (RON 476 miljun). |
4.1.3. Il-kummenti tar-Rumanija rigward il-Miżura 3
|
(100) |
Ir-Rumanija tiddikjara li l-vot pożittiv ta' AAAS u tal-SoEs ikkonforma mal-Prinċipju ta' Kreditur f'Ekonomija tas-Suq (MECP) kif miġbur fil-qosor hawn taħt. |
|
(101) |
L-ewwel nett, ir-Rumanija ssostni li l-valur tax-xenarju ta' falliment ta' Oltchim hu negattiv. Biex issostni l-fehma tagħha, ir-Rumanija tikkwota l-valuri pprovduti fir-rapporti ta' evalwazzjoni minn Romcontrol ta' Frar 2009 (EUR -281 miljun) u, rispettivament, Diċembru 2010 (EUR -407 miljun). Barra minn hekk, tikkwota l-istima ta' Winterhill tal-irkupru fix-xenarju ta' likwidazzjoni li tammonta għal madwar EUR 108 miljun għal assi garantiti u għal EUR 32 miljun għall-assi ħielsa minn gravami (minn dawn tal-aħħar, EUR 22.2 miljun kienu jitnaqqsu bħala ħlasijiet għas-sensja għall-ħaddiema mogħtija s-sensja). |
|
(102) |
B'referenza għall-premessa 120 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ir-Rumanija żżid li l-obbligazzjonijiet ambjentali koperti fir-rapport ta' Winterhill huma relatati biss mat-tindif u mat-tħejjija tal-assi għall-bejgħ u ma jinkludux l-għeluq tar-repożitorju tal-iskart mhux perikoluż u l-miżbla tal-iskart perikoluż kif ukoll id-dekummissjonar u d-demolizzjoni tat-tagħmir u tal-bini, u r-restawr tal-art u tal-ambjent għall-istat inizjali. L-obbligazzjonijiet ambjentali stmati minn Oltchim jammontaw għal madwar EUR 464 miljun u, għalhekk, ikunu jisbqu r-rikavati stmati minn Winterhill għall-kredituri mhux garantiti fil-proċedura ta' likwidazzjoni. |
|
(103) |
B'hekk, il-probabbiltà li jinkiseb kwalunkwe pagament minn AAAS u mill-SoEs mingħand Oltchim kienet konsiderevolment akbar fil-proċedura ta' riorganizzazzjoni. |
|
(104) |
It-tieni, ir-Rumanija tgħid li rkupru tad-dejn bit-tnedija, min-naħa ta' AAAS u ta' Electrica, tal-proċedura ta' falliment ta' Oltchim ma kienx possibbli, għaliex ir-rekwiżiti tal-Artikolu 1(2) tal-liġi dwar l-insolvenza f'dan is-sens ma kinux issodisfati. |
|
(105) |
It-tielet, ir-Rumanija tgħid li għad li l-istudju dwar l-MECP ta' AAAS tħejja qabel ma l-pjan ta' riorganizzazzjoni ġie approvat fil-laqgħa tal-kredituri tad-9 ta' Marzu 2015, l-istudju mwettaq minn AAAS hu adegwat u suffiċjenti biex id-deċiżjoni ta' AAAS ta' approvazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni titqies bħala simili għal dik ta' kreditur privat. Iċ-ċaħda tal-pjan kien iwassal għall-falliment, li kien jimplika ebda rkupru ta' djun, fid-dawl tas-sehem baxx ta' dejn ta' AAAS li kien garantit u l-valur għoli tal-obbligazzjonijiet ambjentali fil-każ ta' xogħlijiet ekoloġiċi fuq l-art għall-ekoloġizzazzjoni tal-art. B'hekk, l-istudju mwettaq minn AAAS f'dan ir-rigward wera li AAAS kienet tirkupra aktar fil-każ tal-approvazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni milli fil-likwidazzjoni ta' Oltchim meta l-obbligazzjonijiet ambjentali japplikaw bi prijorità fuq il-bażi tal-Ordinanza Nru 195/2005. |
|
(106) |
Ir-Rumanija tqis li l-irkupru ta' 20 % tad-dejn ta' AAAS wara l-implimentazzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni kien stima kredibbli fiż-żmien tal-votazzjoni. |
|
(107) |
Ir-raba', ir-Rumanija enfasizzat li t-talba għaċ-ċaħda tal-pjan ta' riorganizzazzjoni mit-tliet kredituri ġiet rifjutata mill-qorti nazzjonali permezz tad-Deċiżjoni Nru 892 tat-22 ta' April 2015. Din is-sentenza kkonfermat li l-pjan ta' riorganizzazzjoni kien iservi l-interess tal-kreditur aħjar mix-xenarju ta' falliment, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-istima ta' ammont ta' obbligazzjonijiet ambjentali superjuri ta' EUR 464 miljun, li jisbqu b'mod sinifikanti l-istima ta' Winterhill ta' rkupru fix-xenarju ta' likwidazzjoni ta' madwar EUR 108 miljun għal assi garantiti u EUR 32 miljun għall-assi ħielsa minn gravami. |
|
(108) |
Ir-Rumanija tgħid li t-taxxa u l-kredituri mhux garantiti u l-intrapriżi l-oħra tal-Istat bħal AAAS u Electrica aġixxew bħala operaturi tas-suq meta għażlu l-pjan ta' riorganizzazzjoni minflok il-likwidazzjoni ta' Oltchim: dawn aġixxew bħall-kumpaniji privati, bħal Erste Group Bank AG u Bulrom Gas Impex SRL, li kellhom kemm dejn garantit kif ukoll mhux garantit, u li wkoll kienu approvaw il-pjan. Ir-Rumanija tgħid wkoll li qabel ma nbdew il-proċedimenti ta' insolvenza, Salrom daħħlet il-kundizzjoni li tiġi stabbilita garanzija fuq il-proprjetà immobiljari biex issir kreditur garantit. |
|
(109) |
Il-ħames, fil-preżentazzjoni tagħha, ir-Rumanija indikat li Electrica ħadet kull azzjoni permessa mil-liġi biex tirkupra d-dejn tagħha fil-proċedimenti ta' insolvenza, b'tali mod li tevita dipendenza fuq pjan ta' riorganizzazzjoni. Madankollu, dawn l-azzjonijiet ġew miċħuda mill-qrati Rumeni. Għaldaqstant, il-vot għall-Pjan kien l-aħħar għażla li fadal, u dan juri li Electrica aġixxiet bħal MEO. Il-vot affermattiv espress dwar il-pjan ta' riorganizzazzjoni kien l-unika għażla għall-irkupru tad-djun disponibbli għall-kredituri għal Electrica li kienet reġistrata kemm bħala kreditur garantit kif ukoll mhux garantit. |
|
(110) |
Ir-Rumanija tiddikjara li operatur/kreditur f'ekonomija tas-suq kien jirrikorri għall-pjan ta' riorganizzazzjoni peress li dan hu l-modalità li, normalment, toffri l-ogħla possibbiltajiet ta' rkupru tad-djun fl-insolvenzi Rumeni u f'dawk magħrufa minn Electrica. Ir-Rumanija tisħaq li r-riċeventi uffiċjali inkarigati mit-tfassil tal-pjan għandhom obbligu legali li jimmassimizzaw l-assi tad-debitur u jistgħu jinżammu personalment responsabbli f'każ li ma jiksbux l-aqwa riżultat għall-kredituri. |
|
(111) |
Ir-Rumanija spjegat ukoll li r-rapport korroborat mal-Pjan kien jindika b'mod plawżibbli li l-unika possibbiltà potenzjali għal Electrica biex tirkupra parti mid-dejn dovut lilha kienet permezz tar-riorganizzazzjoni. Fil-fehma tar-Rumanija, mhuwiex raġonevoli li jiġi ddikjarat li Electrica missha ġarrbet l-ispejjeż għoljin ta' studju separat biex tikkonferma l-aspetti ddikjarati minn professjonisti magħrufa sew, ikkonfermati mill-qrati nazzjonali u indikati mill-esperjenza ekonomika: il-kostijiet relatati mal-issodisfar tal-obbligazzjonijiet ambjentali ta' Oltchim fil-proċedimenti ta' falliment kienu jagħmluha anqas probabbli, jekk mhux saħansitra impossibbli, li Electrica tirkupra kwalunkwe ammont tal-pretensjonijiet tagħha kontra Oltchim. |
|
(112) |
Bħala paragun, l-irkupru potenzjali ta' RON 160 miljun għal Electrica offrut mill-Pjan ta' riorganizzazzjoni, anki jekk hu assoċjat ma' perjodu ta' żmien itwal u ma' ċerti riskji, ċertament kien is-soluzzjoni preferibbli, kif muri wkoll mill-azzjonijiet ta' kredituri privati oħra, bħal Erste Group Bank AG. |
|
(113) |
Ir-Rumanija tiddikjara li l-vot ta' Salrom u ta' CET Govora kontra l-pjan ta' riorganizzazzjoni kien iwassal għan-nuqqas ta' rkupru min-naħa tagħhom tas-sehem mhux garantit tagħhom tad-dejn; b'hekk, l-aħjar għażla għalihom kienet li japprovaw il-pjan ta' ristrutturar li fih il-kredituri garantiti jaċċettaw tħassir tad-djun bi skambju ma' rkupru parzjali għad-djun mhux garantiti tagħhom. |
4.2. Il-kummenti minn partijiet terzi interessati
|
(114) |
Erba' partijiet interessati kkummentaw dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ – PCC (azzjonist ta' minoranza f'Oltchim), Electrica, il-konsorzju ta' amministraturi ġudizzjarji Rominsolv u BDO (inkarigati mill-amministrazzjoni ġudizzjarja ta' Oltchim) u parti interessata oħra li xtaqet tibqa' anonima. |
4.2.1. Rominsolv u BDO (“R/BDO”, ir-riċeventi uffiċjali ta' Oltchim fil-proċedimenti ta' insolvenza)
|
(115) |
Rominsolv u BDO huma r-riċeventi uffiċjali ta' Oltchim li abbozzaw il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni, li aktar tard ġie approvat mill-kredituri ta' Oltchim. Dawn jissottomettu numru ta' argumenti favur il-pjan ta' riorganizzazzjoni. |
|
(116) |
Rigward il-Miżura 1, R/BDO jiddikjaraw li:
|
|
(117) |
Rigward il-Miżura 2, R/BDO jiddikjaraw li:
|
|
(118) |
Finalment, BDO tiddikjara li l-Kummissjoni injorat l-importanza tal-interdipendenza teknoloġija ta' 4 atturi kbar (Oltchim, CET Govora, Uzinele Sodice Govora u Salrom), li l-attivitajiet tagħhom huma teknoloġikament dipendenti, peress li kull wieħed minnhom hu fornitur u klijent tal-utilitajiet tal-ieħor, fl-istess ħin. |
|
(119) |
Rigward il-Miżura 3, R/BDO jiddikjaraw li:
|
4.2.2. Electrica
|
(120) |
Electrica tiddikjara n-nuqqas ta' imputabbiltà tad-deċiżjoni tagħha lill-Istat meta vvotat favur il-pjan. Hi tgħid li d-deċiżjoni li tivvota għall-Pjan ġiet delegata mil-Laqgħa tal-Azzjonisti lill-Maniġer Ġenerali ta' Electrica SA li kien l-unika persuna responsabbli għall-vot pożittiv għall-Pjan. Għaldaqstant, skont Electrica, il-Miżura 3 ma tistax tkun imputabbli lill-Istat. |
|
(121) |
Barra minn hekk, Electrica tiddikjara li, anki li kieku d-deċiżjoni setgħet titqies li ġejja minn poteri Statali, kienet deċiżjoni kummerċjali soda konformi mal-MECP. Essenzjalment, Electrica temmen li d-deċiżjoni tagħha li ssostni l-Pjan ma tatx xi vantaġġ lil Oltchim; fl-opinjoni tagħha dan hu kkonfermat minn imġiba simili minn kredituri privati oħra f'sitwazzjoni komparabbli għal dik ta' Electrica li wkoll ivvotaw favur il-Pjan. |
|
(122) |
Electrica tgħid ukoll li hi ma għamlitx studju ta' kreditur f'ekonomija tas-suq għaliex R/BDO kellhom obbligu legali li jagħtu pariri lill-kredituri dwar kif jimmassimizzaw ir-rikavati tagħhom. |
4.2.3. Parti terza interessata [anonima] kunfidenzjali
|
(123) |
Il-parti anonima ssostni d-dubji tal-Kummissjoni. Tispjega wkoll l-effetti distorsivi tal-miżuri ta' sostenn, b'mod partikolari fis-suq għall-prodotti tal-klor-alkali (soda kawstika). Il-parti anonima temmen li s-soluzzjoni proposta li tinbiegħ Oltchim ma twassal għal imkien: id-diversi tentattivi li fallew għall-bejgħ ta' Oltchim juru n-nuqqas ta' interess tas-suq f'Oltchim; ir-rapporti finanzjarji kontemporanji ta' Oltchim juru livell ta' profittabilità li hu baxx wisq biex in-negozju jkun sostenibbli fit-tul. F'dan il-kuntest, l-unika soluzzjoni vijabbli għal Oltchim tkun ristrutturar sħiħ tan-negozju fil-forma ta' għeluq tal-impjanti, ta' tnaqqis tal-kapaċità u possibilment ta' ħruġ mis-suq. |
|
(124) |
Il-parti anonima tindika wkoll li parti sinifikanti mill-profitti li għamlet Oltchim fl-2015 u dawk antiċipati għall-2016 kienu ġġenerati permezz tal-bejgħ tas-soda kawstika li l-prezz tal-bejgħ tagħha hu ċikliku u fl-2015 laħaq il-livelli tal-“quċċata taċ-ċikli”. Barra minn hekk, ir-rati operazzjonali ta' Oltchim huma eċċezzjonalment baxxi (użu ġenerali tal-kapaċità ta' 30 % imqabbel ma' livelli medji ta' 80 % fl-industrija tal-klor-alkali fl-UE hu baxx ħafna). Għaldaqstant, kwalunkwe xerrej potenzjali jkollu bżonn jagħmel investimenti ulterjuri sinifikanti ħafna, li jidħol f'kunflitt mal-EBITDA baxx ta' Oltchim. |
4.2.4. PCC
4.2.4.1.
|
(125) |
Skont PCC, li kieku AAAS aġixxiet bħala kreditur privat, hu kien ikun favur l-eżekuzzjoni tat-talba tagħha għal Oltchim wara li falla l-proċess ta' privatizzazzjoni f'Settembru 2012: dan kien iwassal biex AAAS tirkupra 12 % tal-pretensjoni tagħha minflok ma tagħżel li tistenna rkupru inċert matul il-proċedura sħiħa ta' riorganizzazzjoni. |
|
(126) |
PCC jiddikjara li wara li l-privatizzazzjoni falliet f'Settembru 2012, kien saħansitra aktar ċar li ma hemm ebda interess tas-suq fix-xiri ta' Oltchim. L-istennija ta' ftit snin oħra għat-tiswir ta' xi pjan ta' ristrutturar u mbagħad ftit snin oħra għall-implimentazzjoni jixħtu f'riskju kbir il-valur tas-suq tal-assi ta'Oltchim. Maż-żmien, l-assi ta' Oltchim kienu qed isiru dejjem aktar skaduti u inutli. |
|
(127) |
PCC jissottometti li AAAS missha użat il-leġiżlazzjoni Rumena speċifika dwar l-irkupru tad-djun pubbliċi dovuti għall-Ministeru tal-Finanzi li jirriżultaw mill-garanziji statali (Ordinanza 29/2002) li tipprovdi li l-ftehimiet ta' rkupru li jittrasferixxu l-garanziji tal-gvern mill-Ministeru tal-Finanzi għal AAAS huma rikonoxxuti permezz tal-liġi bħala titoli eżekuttivi. Għaldaqstant, fil-fehma ta' PCC, kwalunkwe eżekuzzjoni ta' dawk it-titoli eżekuttivi setgħet titwettaq minn AAAS mingħajr ebda formalità addizzjonali. AAAS kellha għad-dispożizzjoni tagħha diversi metodi ta' infurzar għal dawk ir-riċevibbli kif previst mill-Ordinanza ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 51/1998 dwar ir-realizzazzjoni tal-assi Statali. |
|
(128) |
Barra minn hekk, AAAS fil-kredituri Statali garantiti ma deherx li kellha bżonn it-tneħħija tas-sospensjoni tad-drittijiet ta' eżekuzzjoni tagħha fil-proċedura ta' insolvenza, għall-kuntrarju ta' tentattiv fallut minn Electrica biex tagħmel hekk. B'hekk, AAAS ma użatx l-istrumenti legali kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizza n-nuqqas ta' ħlas mill-impriża. |
4.2.4.2.
|
(129) |
PCC iqis li CET Govora u Salrom ma aġixxewx bħala operaturi f'ekonomija tas-suq fit-tkomplija tal-provvisti lil Oltchim minkejja n-nuqqas ta' ħlas tad-djun pendenti u li d-deċiżjonijiet tagħhom kienu imputabbli lill-Istat. |
|
(130) |
Għall-kuntrarju ta' Electrica u ta' Electrica Furnizare, CET Govora tassew kienet iddeċidiet li tkompli bil-provvista tal-fwar elettriku u industrijali lil Oltchim, għad li Oltchim ma kinitx ħallset id-dejn tagħha li kellha magħha u kontra l-oppożizzjoni tal-banek tagħha stess; deċiżjoni bħal din wasslet għall-insolvenza proprja ta' CET Govora fis-6 ta' Mejju 2016: PCC jindika li skont l-amministratur ġudizzjarju ta' CET Govora, CET Govora kienet qed tissussidja lil Oltchim. |
|
(131) |
PCC jargumenta li d-deċiżjoni ta' CET Govora li terġa' tibda l-provvista tagħha lil Oltchim wara l-falliment tal-privatizzazzjoni f'Settembru 2012 hi imputabbli lill-Istat. Fil-fehma ta' PCC, id-deċiżjoni ta' CET Govora li tkompli l-provvista lil Oltchim seħħet wara d-deċiżjonijiet relatati ta' sidha - il-Kunsill tal-Kontea ta' Vâlcea, filwaqt li n-nuqqas ta' ħila ta' Oltchim li tagħmel ħlasijiet kien magħruf sew. PCC jikkwota wkoll lit-trustee ta' CET Govora li sostna li “d-deċiżjoni li titwassal enerġija elettrika lil Oltchim ma kellha ebda motivazzjoni ekonomika valida u kienet politikament motivata u hi eżempju tajjeb ħafna ta' interferenza politika fil-ġestjoni tad-debitur […]” |
|
(132) |
Filwaqt li hu rikonoxxut li Oltchim kienet klijent importanti għal Salrom, PCC jargumenta li operatur f'ekonomija tas-suq ma kienx ikompli bil-provvisti lil Oltchim fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' Oltchim; il-likwidazzjoni potenzjali ta' Oltchim kienet tħalli impatt fuq fergħa waħda biss ta' Salrom b'60 post tax-xogħol biss li kienu jkunu affettwati. Għaldaqstant, kwalunkwe kreditur privat f'sitwazzjoni simili bħal Salrom ma kienx jaċċetta l-akkumulazzjoni tad-djun, iżda minflok kien jaċċetta t-tnaqqis fil-fatturat tiegħu biex iżomm il-kumpanija fuq saqajha. |
|
(133) |
PCC jargumenta li d-deċiżjoni ta' Salrom li terġa' tibda l-provvista tagħha lil Oltchim wara l-falliment tal-privatizzazzjoni f'Settembru 2012 hi imputabbli lill-Istat li jikkontrolla Salrom; il-bord tad-diretturi ta' Salrom jiġi nominat mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti f'kuntest fejn l-Istat Rumen hu d-detentur ta' maġġoranza (51 %) tal-ishma ta' Salrom u jinnomina r-rappreżentanti tal-Istat fil-bord tad-diretturi. |
4.2.4.3.
|
(134) |
PCC jargumenta li, billi aċċettaw it-tħassir tad-dejn minflok ma eżegwixxew il-pretensjonijiet tagħhom, AAAS, CET Govora u Electrica ma ġabux ruħhom bħala kredituri f'ekonomija tas-suq. |
|
(135) |
PCC jiddikjara li l-Pjan ta' Riorganizzazzjoni approvat mill-kredituri hu nieqes mill-elementi ta' ristrutturar veru (51) u bażikament hu limitat għal ristrutturar tad-dejn u għal likwidazzjoni biss. PCC jiddikjara li pjan ta' riorganizzazzjoni mħejji mill-azzjonisti jista' jkun għażla aħjar iżda ma ġiex implimentat minkejja l-proposti tiegħu, peress li ma kienx approvat mill-awtoritajiet Rumeni. |
|
(136) |
Mingħajr miżuri ta' ristrutturar fit-tul tan-negozju prinċipali ta' Oltchim, ma hemm ebda possibbiltà li Oltchim tibqa' vijabbli u profittabbli. |
Il-valur tas-suq
|
(137) |
Minn naħa, PCC jenfasizza li l-valur tas-suq stabbilit fl-2013 minn Winterhill Romania kien inċert ħafna u li operatur attent f'ekonomija tas-suq ma kienx iqisu korrett meta jiddetermina l-pożizzjoni tiegħu fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni sentejn wara f'April 2015. |
|
(138) |
Diversi tentattivi falluti passati għall-privatizzazzjoni ta' Oltchim fl-2001, fl-2003, fl-2006, fl-2007, fl-2008 u fl-2012 kienu indikazzjonijiet ċari, skont PCC, li ebda investitur ma jkun interessat jixtri l-ishma fil-privatizzazzjoni bil-ħolqien ta' SPV propost mill-amministraturi ġudizzjarji. PCC iżid li l-prezz stabbilit għall-privatizzazzjoni mhuwiex sostanzjat u ma jistax jitqies bħala bażi affidabbli għall-approvazzjoni tal-pjan. Fil-fehma ta' PCC, il-pjan hu biss mod kif jinżamm negozju mhux profittabbli ħaj u kif jiġi pospost falliment effettiv ta' Oltchim. |
|
(139) |
PCC jargumenta li hu ferm probabbli li l-prezz għal Oltchim kien jonqos bejn l-2013 u l-2015 peress li jkun impossibbli li jerġgħu jibdew jintużaw faċilitajiet li ma jkunux tħaddmu għal sentejn sħaħ. B'hekk, l-uniku valur tas-sit ta' Bradu jista' jkun l-art tiegħu, apparti l-obbligazzjonijiet ambjentali marbuta. |
|
(140) |
Fis-sostenn tiegħu, PCC jikkwota l-prezz offrut fil-proċess ta' privatizzazzjoni li ma rnexxiex fl-2012 minn individwu (is-Sur Diaconescu) ta' bejn wieħed u ieħor EUR 45 miljun, jiġifieri sitt darbiet anqas mill-prezz stmat għal Oltchim minn Winterhill. B'mod simili, rappreżentant ta' Chimcomplex li ppreżenta offerta fl-2016 għax-xiri tal-assi funzjonali ta' Oltchim - saħaq fl-2016 li l-valur ta' Oltchim hu ferm anqas mill-prezz mitlub permezz tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni. |
|
(141) |
PCC saħaq li d-deċiżjonijiet tal-kredituri pubbliċi seħħew f'kuntest li fih Oltchim baqgħet mhux profittabbli fin-nuqqas ta' pjan ta' ristrutturar reali; barra minn hekk, il-profitti reġistrati minn Oltchim kienu ġġenerati b'mod artifiċjali mit-tħassir tad-dejn u ma kinux jirrappreżentaw titjib fis-sitwazzjoni finanzjarja ta' Oltchim. Ir-riżultati pożittivi fir-rapporti finanzjarji jkunu sempliċiment riżultat ta' diversi metodi kontabilistiċi. Skont rapport indipendenti kkummissjonat mill-kumpanija […] f'isem PCC, Oltchim kien baqgħet tirreġistra telf kontinwament bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-30 ta' Ġunju 2016 wara li jiġu newtralizzati elementi eċċezzjonali (bħat-tħassir tad-dejn fl-2015) minħabba assi improduttivi bħall-unità petrokimika ta' Bradu, VCM u PVC. Dan ir-rapport jikkonkludi wkoll li l-valur tal-assi mhux kurrenti tanġibbli fil-31 ta' Diċembru 2015 li jirrappreżentaw aktar minn 84 % tal-assi ta' Oltchim għandu jkun ta' bejn EUR 14-il miljun u EUR 128 miljun skont il-bejgħ mistenni ta' Oltchim SPV bejn Diċembru 2013 u Diċembru 2014 kif ukoll fix-xenarju (A jew B) previst fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni mħejji mir-riċeventi mqabbda mill-Qorti (52), li hu ferm anqas mill-valur tal-likwidazzjoni stmat minn Winterhill (EUR 141 miljun). |
Il-valur tal-likwidazzjoni
|
(142) |
Skont PCC, it-tqabbil tal-valur tas-suq ta' Oltchim stmat bil-valur tal-likwidazzjoni tagħha kien żbaljat għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(143) |
L-ewwel nett, kienu jeżistu alternattivi oħra, bħall-bejgħ kontinwu ta' Oltchim f'raggruppamenti ta' assi. |
|
(144) |
It-tieni, l-ammont tal-obbligazzjonijiet ambjentali kkalkolati minn Oltchim (EUR 463,7 miljun) fix-xenarju ta' likwidazzjoni jidher esaġerat biex isostni il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni minflok il-likwidazzjoni ta' Oltchim, peress li dan ma jibbażax fuq rapporti esterni u indipendenti. Ma hemm ebda informazzjoni relatata mar-raġuni għaliex l-amministraturi ġudizzjarji ma talbux studju ġdid. Obbligazzjonijiet ambjentali bħal dawn stmati minn Oltchim fix-xenarju ta' likwidazzjoni kienu jittieħdu f'kunsiderazzjoni wkoll mix-xerrej potenzjali ta' Oltchim SPV fl-offerta tiegħu. Finalment, PCC jappoġġa l-fehma tal-Kummissjoni li fix-xenarju ta' likwidazzjoni, parti kbira mill-assi tista' tinxtara minn xerrej li qed iwettaq l-attivitajiet industrijali fis-sit ta' Oltchim, u b'hekk tiġi evitata d-demolizzjoni integrali tas-sit preżunta minn din l-istima. Għall-kuntrarju, PCC jisħaq fuq l-inċertezza marbuta mal-ammont tal-obbligazzjonijiet ambjentali li kien fadal f'Oltchim fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni tal-2015. |
It-tqabbil bejn il-valur tas-suq u tal-likwidazzjoni
|
(145) |
It-tielet, f'kuntest li fih pretensjonijiet ġodda wara d-dħul fil-proċedura ta' insolvenza minn Oltchim jiksbu status superjuri meta mqabbla mad-dejn preeżistenti, ċerti kredituri seta' kellhom l-interess li jitolbu d-dħul fil-fażi ta' likwidazzjoni ta' Oltchim minflok ma jistennew l-akkumulazzjoni ta' tali dejn ġdid li kienet tnaqqas il-possibbiltajiet ta' rkupru tagħhom. PCC jiddikjara wkoll li d-dejn imġarrab minn Oltchim wara li kienet daħlet fil-proċedura ta' insolvenza seta' ġie sottovalutat. Jekk dan hu minnu, dan għalhekk kien iwassal għal perspettivi mnaqqsa ta' rkupru u, għalhekk, kien iżid it-tħassir tad-dejn għall-kredituri fix-xenarju tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni. |
Osservazzjonijiet oħra dwar il-miżura numru 3
|
(146) |
Barra minn hekk, PCC jiddikjara li l-kredituri tal-Istat misshom qiesu wkoll id-durata tal-fażi ta' riorganizzazzjoni meta mqabbla mad-durata tal-proċedimenti ta' falliment. It-tħejjija ta' pjan ta' ristrutturar vijabbli u l-implimentazzjoni ta' dan jieħdu ferm aktar mil-likwidazzjoni ta' Oltchim permezz ta' bejgħ immedjat tal-assi. |
|
(147) |
Barra minn hekk, il-kredituri tal-Istat misshom sfruttaw is-sitwazzjoni tagħhom.
|
|
(148) |
Finalment, PCC indika li għad li kien hemm xi kredituri privati f'sitwazzjoni simili bħall-Istat li vvotaw favur il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni, ikun żbaljat li wieħed jifhem li l-kredituri tal-Istat li jinkludu lil AAAS kienu f'sitwazzjoni simili għal operaturi prudenti fis-suq minħabba l-vot pożittiv ta' wħud mill-kredituri privati għall-Pjan: għall-kuntrarju ta' dawn imsemmija l-aħħar li għandhom kemm dejn garantit kif ukoll mhux garantit, tabilħaqq kważi d-dejn kollu ta' AAAS ma kienx garantit; barra minn hekk, dawk il-kredituri privati kienu jafu li l-Istat Rumen kien se jieħu l-miżuri u l-passi neċessarji kollha biex jiżgura s-sopravivenza ta' Oltchim akkost ta' kollox u, għalhekk, iddeċidew li “jissieħbu” mal-Istat f'dawk l-isforzi. |
|
(149) |
Hi l-opinjoni ta' PCC li l-Miżura 3 hi imputabbli lill-Istat peress li l-pjan ta' ristrutturar ma setax jiġi approvat mingħajr il-kunsens tal-kredituri tal-Istat li kellhom il-maġġoranza tal-voti (aktar minn 50 %) fil-maġġoranza tal-kategoriji tal-kredituri: tabilħaqq, l-Istat kien jikkontrolla d-deċiżjoni f'kull kategorija tal-kredituri ħlief fil-pretensjonijiet garantiti u fil-kategorija tal-impjegati. Għalhekk, il-kredituri privati li approvaw il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni aktar kienu qed jaġixxu bħala segwaċi tad-deċiżjoni tal-Istat milli bħala promoturi ta' Pjan ta' Riorganizzazzjoni bħal dan. PCC jiddikjara wkoll li hu “konxju li hemm kredituri privati li milli jidher adottaw l-istess approċċ bħall-Istat (jiġifieri wkoll ivvotaw favur il-pjan minkejja li milli jidher ma kinux jaqblu miegħu, peress li kellhom tħassir kbir tad-dejn).” Madankollu, PCC hu tal-fehma li “hu l-Istat li ħoloq din il-“prattika tas-suq” u mhux bil-kontra (l-Istat li jsegwi t-tendenza). Dan għaliex hu kien jikkontrolla lil Oltchim qabel l-insolvenza, kien jikkontrolla l-vot dwar il-[P]jan ta' [R]iorganizzazzjoni, u għaliex kien ovvju għall-kredituri l-oħra li l-Istat kien se jieħu l-miżuri kollha biex jiżgura s-sopravivenza ta' Oltchim akkost ta' kollox.” |
4.3. Il-kummenti tar-Rumanija dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi (53)
4.3.1. Il-kummenti ulterjuri tar-Rumanija rigward il-Miżura 1
|
(150) |
Ir-Rumanija tqis li AAAS aġixxiet bħala kreditur privat “legalment limitat”, billi kkalkolat l-interessi sakemm Oltchim tidħol fil-proċedura ta' insolvenza u tiċħad l-allegazzjoni ta' PCC rigward in-nuqqas ta' azzjoni min-naħa ta' AAAS għall-eżekuzzjoni tal-pretensjonijiet tagħha. Tabilħaqq, ir-Rumanija tinsisti li l-Memorandum ġie propost mill-Ministeri tal-Finanzi Pubbliċi u l-Ekonomija, tal-Kummerċ u tal-Ambjent kif ukoll mill-OPSPI. Rigward il-limitazzjonijiet de facto, ir-Rumanija tispjega li AAAS ma setgħetx taqbad kontijiet tal-bank (jiġifieri tissekwestrahom) peress li dawn tal-aħħar diġà kienu maqbuda minn Electrica fil-passat. |
|
(151) |
Ir-Rumanija tikkritika il-loġika tal-argument ta' PCC li AAAS missha talbet l-eżekuzzjoni tal-pretensjoni tagħha: f'ċirkustanzi bħal dawn, Oltchim imbagħad kien ikollha tibda proċedura ta' insolvenza. Dik is-sitwazzjoni minnha nfisha kienet tipprekludi lil AAAS minn kwalunkwe rkupru skont proċedura bħal din kif iddikjara PCC. |
|
(152) |
Ir-Rumanija tikkwalifika l-opinjoni ta' PCC fejn dan iddikjara li AAAS missha ssekwestrat il-beni u l-assi ta' Oltchim bħala irrealistika minħabba li l-kredituri privati ma applikawx dan. |
4.3.2. Il-kummenti ulterjuri tar-Rumanija rigward il-Miżura 2
|
(153) |
F'dak li għandu x'jaqsam ma' CET Govora u ma' Salrom, ir-Rumanija tiddikjara li wara l-insolvenza, l-obbligazzjonijiet kurrenti kienu qed jitħallsu mingħajr ebda dewmien minn Oltchim. |
|
(154) |
Fil-fehma tar-Rumanija, il-kumpaniji pubbliċi kienu jaġixxu bħala kumpaniji privati, bħal Bulrom Gas Impex (fornitur lokali ta' Oltchim) u, b'hekk, l-imġiba tagħhom kienet konformi mat-test tal-kreditur privat u tax-xerrej privat. |
4.3.3. Il-kummenti ulterjuri tar-Rumanija rigward il-Miżura 3
|
(155) |
L-ewwel nett, ir-Rumanija tiddikjara li s-soluzzjoni msemmija minn PCC fil-preżentazzjoni tiegħu li jitfassal pjan ta' riorganizzazzjoni ġestit mill-azzjonisti ma setgħetx tibqa' tiġi applikata skont il-liġi dwar l-insolvenza, wara t-tnedija tal-proċedura ta' riorganizzazzjoni ġudizzjarja; skont ir-Rumanija, il-proċess ta' riorganizzazzjoni propost minn PCC kien jiffavorixxi lill-azzjonisti għad-detriment tal-kredituri u, b'hekk, ma kienx jiġi approvat minn dawn tal-aħħar. |
|
(156) |
Ir-Rumanija tikkontesta l-viżjoni ta' PCC tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' Oltchim bħala “anqas mill-istandards aċċettabbli […] peress li kienet għadha qed tiġġenera t-telf” u tisħaq li Oltchim kienet tikklassifika fit-63 post minn 100 fil-klassifikazzjoni tal-aktar kumpaniji profittabbli fix-Xlokk tal-Ewropa mwettqa minn SeeNews (54). |
|
(157) |
Rigward il-valwazzjoni tal-assi ta' Oltchim imwettqa minn […] u komunikata minn PCC, ir-Rumanija ma tikkontradixxix l-aġġustament ta' normalizzazzjoni ta' […] b'rabta mat-tħassir tad-dejn, iżda tirrifjuta b'mod partikolari l-użu tal-metodoloġija tal-fluss tal-flus skontat (DCF) għall-fini ta' valwazzjoni tal-assi ta' Oltchim. Ir-Rumanija tirreferi għall-materjali ta' taħriġ mill-universitajiet ta' Harvard u ta' Stern b'sostenn tal-fatt li l-metodoloġija tad-DCF hi mmirata lejn il-valwazzjoni tal-kumpaniji u għalhekk mhijiex adattata għall-valwazzjoni tal-assi. |
|
(158) |
Ir-Rumanija tirrifjuta wkoll l-idea sostnuta minn PCC li l-imġiba ta' kredituri privati kienet influwenzata minn AAAS peress li tal-anqas tnejn mill-banek firmatarji (jiġifieri Erste Bank AG u Banca Transilvania) huma istituzzjonijiet ferm stabbiliti, indipendenti u globali. |
|
(159) |
Ir-Rumanija tisħaq li l-kredituri privati essenzjalment huma dawk li kellhom id-deċiżjoni ewlenija rigward il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni ta' Oltchim, b'mod partikolari, peress li kienu jirrappreżentaw 61,5 % mill-kredituri garantiti li kellhom rwol deċiżiv billi japprovaw tħassir parzjali, indispensabbli għall-approvazzjoni tal-pjan minn kull kategorija. |
|
(160) |
Ir-Rumanija tgħid li l-aspettattivi ta' rkupru għall-entitajiet pubbliċi skont il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni propost mill-amministratur ġudizzjarju kienu jammontaw għal RON 500 miljun, jiġifieri 7 darbiet ogħla minn irkupru potenzjali ta' RON 72 miljun permezz tal-proċedura ta' falliment. |
|
(161) |
Barra minn hekk, skont ir-Rumanija, AAAS kienet b'mod partikolari kapaċi tirkupra aktar minn 18 % mit-total tar-riċevibbli tagħha fil-pjan ta' ristrutturar meta mqabbla ma' 12 % biss fil-likwidazzjoni fuq il-bażi tal-istudju ta' Raiffeisen. |
|
(162) |
Ir-Rumanija tiddikjara wkoll li skont l-opinjoni tal-amministraturi ġudizzjarji ta' Oltchim, fil-każ ta' falliment, l-evitar jew is-sottovalutazzjoni tal-kostijiet ambjentali jkunu soġġetti għal piena kriminali skont il-liġi tar-Rumanija. |
|
(163) |
Ir-Rumanija targumenta (55), li r-regoli dwar il-votazzjoni jimplikaw li l-Pjan ta' Riorganizzazzjoni ma setax jiġi adottat mingħajr l-approvazzjoni tal-kredituri garantiti bħala kategorija żvantaġġata fuq il-bażi tal-liġi. Għaldaqstant, dawn huma l-kredituri privati, li kellhom maġġoranza fil-kategorija ta' selliefa garantiti, li nedew u awtorizzaw l-adozzjoni tal-pjan; għaldaqstant, dawn ma aġixxewx bħala sempliċi segwaċi tal-kredituri tal-Istat kif iddikjarat minn PCC ir-Rumanija speċifikat (56) li l-kredituri garantiti kienu kategorija żvantaġġata. B'hekk, f'każ li kieku rrifjutaw il-pjan, il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(2)(c) tal-liġi dwar l-insolvenza ma kinitx tkun issodisfata, u kienet tipprevjeni lill-kategoriji l-oħra milli jadottaw il-Pjan. |
|
(164) |
Ir-Rumanija tisħaq ukoll fuq id-differenza bejn it-tentattivi passati ta' privatizzazzjoni li fallew u l-proċess immexxi fl-2012 li kien ibbażat fuq il-bejgħ ta' assi ta' Oltchim trasferit għal SPV, jiġifieri li x-xerrej ma kienx jixtri l-karta bilanċjali sħiħa ta' Oltchim li tinkludi l-obbligazzjonijiet tagħha, iżda l-assi tagħha biss. |
|
(165) |
Ir-Rumanija tiddikjara li l-valur tad-djun kurrenti qed jonqos minħabba l-ġenerazzjoni ta' EBITDA pożittiv minn Oltchim. |
|
(166) |
Barra dan, ir-Rumanija tikkontesta l-fehma tal-[parti anonima] li tiddikjara li Oltchim tkun “strutturalment improfittabbli”: Id-diffikultajiet ta' Oltchim aktar huma kkawżati primarjament minn deċiżjonijiet maniġerjali ħżiena. |
|
(167) |
Fil-preżentazzjoni tagħha datata s-16 ta' Mejju 2018, l-awtoritajiet Rumeni enfasizzaw l-elementi li ġejjin, minbarra dan ta' hawn fuq. |
|
(168) |
L-ewwel nett, ma ngħata ebda vantaġġ mill-kredituri tal-Istat lil Oltchim għaliex dawn setgħu jitqiesu li qed jaġixxu pari passu flimkien mal-kredituri privati fil-kategoriji kollha tal-kredituri garantiti, tal-kredituri baġitarji, tal-fornituri essenzjali u tal-kredituri mhux garantiti. |
|
(169) |
B'mod partikolari, maġġoranza tal-kredituri garantiti vvotat għall-Pjan għaliex kienet konvinta li ma kinitx se tikseb ammont li jkopri bis-sħiħ il-pretensjonijiet proprji tagħhom fix-xenarju ta' likwidazzjoni. Is-sempliċi fatt li AAAS kellha pretensjonijiet kemm fil-kategoriji garantiti kif ukoll f'dawk baġitarji ma kienx jaffettwa din l-osservazzjoni tal-pari passu peress li AAAS setgħet tistenna biss li tirċievi aktar fil-Pjan milli fix-xenarju ta' likwidazzjoni. |
|
(170) |
Il-fatt li l-kredituri garantiti vvotaw favur il-Pjan u aċċettaw tħassir fil-Pjan kien jimplika li l-pretensjonijiet tal-kredituri baġitarji kienu inutli fix-xenarju ta' likwidazzjoni. B'mod partikolari, biex jiġi żgurat vot pożittiv ta' dawn tal-aħħar għall-Pjan, il-kredituri garantiti aċċettaw li jillimitaw is-sehem tar-rikavati tagħhom (billi qablu dwar tħassir de facto tal-pretensjonijiet tagħhom ta' 20 % sa 27 %) favur il-kategoriji inferjuri tagħhom li ma kienu jirċievu xejn fil-każ ta' likwidazzjoni. |
|
(171) |
Il-vot pożittiv ta' maġġoranza tal-kredituri mhux garantiti (li 40,5 % tal-pretensjonijiet tagħhom kienu ta' Electrica) hu prova oħra tal-fiduċja tagħhom fil-pjan, għad li l-vot tagħhom kien ta' sinifikat limitat peress li ma setgħux jistennew xi pretensjoni fix-xenarju ta' likwidazzjoni u lanqas f'dak tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni. |
|
(172) |
It-tieni, l-awtoritajiet Rumeni li ngħataw l-opportunità mill-Kummissjoni biex jikkummentaw dwar abbozz tat-test tal-MEO mħejji mill-Kummissjoni mill-perspettiva ta' fornituri garantiti, baġitarji u essenzjali u tal-kredituri mhux garantiti fuq il-bażi tal-evidenza kontemporanja disponibbli (li l-verżjoni finali tagħha hi fl-Anness I għal din id-deċiżjoni) issottomettew osservazzjonijiet differenti f'dak ir-rapport. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Rumeni rrelativizzaw id-differenza bejn il-bejgħ ta' Oltchim SPV previst fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni u l-bejgħ in situ meqjus mill-Kummissjoni bħala wieħed mit-tliet xenarji possibbli ta' likwidazzjoni. Ir-Rumanija tisħaq li x-xenarju ta' likwidazzjoni ma setax ikun mistenni li jikseb rikavati akbar mill-Pjan ta' Riorganizzazzjoni. Finalment, ir-Rumanija ssottomettiet kummenti tekniċi differenti dwar il-mod li bih kreditur f'ekonomija tas-suq kien jistma r-rikavati u l-kostijiet kemm fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni kif ukoll fix-xenarju ta' likwidazzjoni, ħlief l-obbligazzjonijiet ambjentali li r-Rumanija tikkontesta n-newtralizzazzjoni tagħhom. |
|
(173) |
It-tielet, b'mod ġenerali, l-għażla li għamlu l-kredituri, jiġifieri li jivvotaw favur il-Pjan, kienet tibbenefikahom b'mod ovvju peress li r-rikavati miksuba mill-bejgħ permezz ta' raggruppamenti ta' assi operazzjonali – għad li kienu jirrappreżentaw 57 % - kienu jġibu ħafna aktar vantaġġi mix-xenarju medju f'każ ta' falliment. Minbarra dan li ġie ddikjarat hawn fuq, l-ammonti addizzjonali kellhom jinkisbu mill-bejgħ tal-43 % tal-assi li jifdal u, bħala riżultat ta' dan, il-benefiċċju tagħhom ikun superjuri fil-proċedimenti ta' riorganizzazzjoni. Barra minn hekk, hu previst li Oltchim ikollha tħallas madwar tmien miljun euro mid-dejn kurrenti tagħha matul l-ewwel nofs tal-2018, li jkun ifisser anqas dejn kurrenti u distribuzzjoni akbar lill-kredituri bħala parti mill-proċedimenti ta' riorganizzazzjoni. |
5. IL-PROĊESS TAL-BEJGĦ TAL-ASSI TA' OLTCHIM
|
(174) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha (ara l-premessa (85)), il-Kummissjoni sabet li l-proċess tal-bejgħ kif stipulat fil-Pjan ta' Ristrutturar approvat inizjalment seta' jwassal għal kontinwità ekonomika bejn Oltchim SA u akkwirent possibbli ta' Oltchim SPV. Biex jipprevjenu kwalunkwe trasferiment ta' għajnuna mill-Istat inkompatibbli possibbli lix-xerrejja tal-assi ta' Oltchim, l-awtoritajiet Rumeni ddeċidew li jirristrutturaw il-proċess tal-bejgħ b'tali mod li jiżguraw diskontinwità ekonomika bejn Oltchim u x-xerrejja potenzjali tagħha. |
|
(175) |
B'mod speċifiku, f'Lulju u f'Awwissu 2016, bis-sostenn tal-konsulenti, Oltchim għamlet analiżi tal-assi tagħha u identifikat l-għażliet għal offerta granulari tal-assi fid-dawl tal-massimizzazzjoni tal-prezz tal-bejgħ akkumulat potenzjali. Dan wassal għall-identifikazzjoni ta' disa' raggruppamenti ta' assi (57). Wara t-tħabbira pubblika tal-bejgħ ta' Oltchim matul Awwissu 2016, tqassam Memorandum ta' Informazzjoni lil 23 offerent u l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' Offerti Vinkolanti ġiet estiża diversi drabi, b'diliġenza dovuta ulterjuri (inklużi żjarat fuq il-post u diliġenza teknika dovuta). |
|
(176) |
Il-Pjan rivedut li jibbaża fuq il-bejgħ permezz ta' raggruppamenti ta' assi (u mhux aktar permezz ta' SPV) ġie aċċettat formalment mil-Laqgħa Ġenerali tal-Kredituri fis-6 ta' Marzu 2017. Il-ġudikant fl-insolvenza ikkonferma l-Pjan ta' Riorganizzazzjoni emendat fit-28 ta' Ġunju 2017 u d-deċiżjoni tiegħu saret finali fis-16 ta' Ottubru 2017 (meta appell ippreżentat minn parti terza ġie miċħud mill-qorti superjuri). |
|
(177) |
Wara r-riċevuta tal-offerti vinkolanti, il-Bejjiegħ (AT Kearney f'isem Oltchim) identifika l-kombinazzjonijiet potenzjali li ġejjin ta' offerti vinkolanti bl-ogħla valur aggregat għall-Kredituri:
|
|
(178) |
Il-Laqgħa tal-Assemblea tal-Kredituri saret fit-18 ta' Diċembru 2017 u approvat il-Ftehim dwar il-Bejgħ tal-Assi ma' Chimcomplex filwaqt li rrifjutat l-offerti l-oħra kollha (58). Peress li d-deċiżjoni tal-Assemblea tal-Kredituri kienet ikkontestata l-qorti, id-data finali l-ġdida stabbilita inizjalment ġiet posposta sas-17 ta' Ottubru 2018. |
|
(179) |
Rigward ir-raggruppament 6, il-prezz tal-bejgħ reġa' ġie nnegozjat ma' DSG u żdied minn EUR 1,9 miljun għal EUR 2,6 miljun. Fuq din il-bażi, fl-1 ta' Frar 2018 ġie ffirmat ftehim ta' xiri tal-assi. Il-bejgħ ġie approvat mill-Assemblea tal-Kredituri fis-26 ta' Frar 2018 u twettaq fit-12 ta' Ġunju 2018. |
|
(180) |
Fir-rigward tal-assi mhux mibjugħa li kien fadal (raggruppament 7 – il-proċessar tal-PVC, raggruppament 8 – l-impjant petrokimiku ta' Bradu, raggruppament 9 – anidride ftaliku u ċerti assi individwali tar-raggruppament ta' assi 7 – VCM/PVC), l-Assemblea tal-Kredituri ppruvat tikseb offerti aħjar f'termini tal-prezz, iżda n-negozjati fallew. |
|
(181) |
F'Mejju 2018 tnediet sejħa għall-offerti ġdida għar-raggruppamenti ta' assi (mhux funzjonali) li fadal, jiġifieri r-raggruppamenti 8, 9 kif ukoll għall-parti mhux mibjugħa tar-raggruppament ta' assi 7 (59). L-iskadenza prevista għal-likwidazzjoni tal-assi li fadal hi April 2019. |
6. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
|
(182) |
Il-Kummissjoni l-ewwel se teżamina jekk il-Miżuri 1 sa 3 favur Oltchim jinvolvux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE (ara t-taqsima 6.1 aktar 'il quddiem). Imbagħad il-Kummissjoni se tivvaluta jekk Oltchim kinitx impriża f'diffikultà (ara t-taqsima 6.2 aktar 'il quddiem). Finalment, il-Kummissjoni se teżamina jekk l-għajnuna ġietx implimentata diġà (ara t-taqsima 6.3 aktar 'il quddiem) u, konsegwentement, jekk it-tali għajnuna hix kompatibbli mas-suq intern (ara t-taqsima 6.4 aktar 'il quddiem). |
6.1. L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE
|
(183) |
Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
|
(184) |
Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, il-klassifikazzjoni ta' miżura bħala għajnuna skont it-tifsira ta' din id-dispożizzjoni teħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
6.1.1. L-oriġini tal-Istat (l-imputabbiltà u l-użu tar-riżorsi tal-Istat)
|
(185) |
Kif ġie stipulat mill-Qorti (60), biex miżuri jiġu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, (a) dawn iridu jkunu ġejjin mir-riżorsi tal-Istat, b'mod indirett jew dirett minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu u (b) iridu jkunu imputabbli lill-Istat. Il-kunċett ta' Stat Membru jinkludi l-livelli kollha tal-awtoritajiet pubbliċi, indipendentement minn jekk ikunux awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali (61). |
6.1.1.1.
|
(186) |
Kif innotat fil-premessa 14 aktar 'il fuq, AAAS hi parti mill-amministrazzjoni pubblika, subordinata għall-Gvern. Għaldaqstant, in-nuqqas ta' eżekuzzjoni minn dan il-korp tad-dejn (kapital u mgħax) li għaddietlu d-data tal-għeluq, l-akkumulazzjoni ulterjuri tad-dejn kif ukoll it-tħassir tad-djun li normalment għandhom ikunu tħallsu lil AAAS, jixħtu piż fuq il-baġit tal-Istat u jinvolvu riżorsi tal-Istat. |
|
(187) |
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Miżura 1 hi imputabbli lill-Istat u tinvolvi trasferiment tar-riżorsi tal-Istat. |
6.1.1.2.
|
(188) |
F'każijiet fejn awtorità pubblika tagħti vantaġġ lil benefiċjarju, il-miżura hi minnha nnifisha imputabbli lill-Istat, anki jekk l-awtorità inkwistjoni jkollha awtonomija legali minn awtoritajiet pubbliċi oħra. |
|
(189) |
Madankollu, l-imputabbiltà tkun anqas evidenti jekk il-vantaġġ jingħata permezz ta' impriżi pubbliċi (62). F'każijiet bħal dawn, huwa meħtieġ li jiġi determinat jekk l-awtoritajiet pubbliċi jistgħux jitqiesu li kienu involuti, b'xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni tal-miżura (63). |
|
(190) |
Għalhekk, l-imputabbiltà lill-Istat ta' miżura li tittieħed minn impriża pubblika tista' tiġi inferita għadd ta' indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li fih tkun ittieħdet il-miżura (64). Fost l-oħrajn, indikaturi possibbli biex jiġi stabbilit jekk miżura hijiex imputabbli jinkludu dawn li ġejjin:
|
|
(191) |
Rigward Salrom, il-Kummissjoni tinnota li l-bord tad-diretturi tal-kumpanija jiġi nominat mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti, f'kuntest li fih l-Istat Rumen hu d-detentur ta' maġġoranza (51 %) tal-ishma ta' Salrom u jinnomina r-rappreżentanti tal-Istat fil-bord tad-diretturi. |
|
(192) |
Barra minn hekk, peress li Salrom hi meqjusa impriża tal-Istat, il-baġit annwali tagħha hu soġġett għall-approvazzjoni mill-Istat. Din l-approvazzjoni ex ante tikkonċerna, fost l-oħrajn, l-ammonti korrispondenti għar-riċevibbli kummerċjali mingħand il-klijenti (bħal Oltchim). |
|
(193) |
Fi kwalunkwe każ, m'hemmx bżonn li jiġi konkluż li l-azzjonijiet ta' Salrom huma imputabbli lill-Istat fir-rigward tal-Miżura 2 peress li l-Kummissjoni ssib li l-Miżura 2 ma tikkostitwixxix għajnuna għal Salrom (ara hawn taħt il-premessa 263). |
|
(194) |
Rigward CET Govora, il-Kummissjoni tinnota li l-kumpanija hi reġistrata bħala kumpanija kompletament tal-Istat li bħala l-azzjonist uniku tagħha għandha l-Kontea ta' Vâlcea u li, qabel ma daħlet f'insolvenza, din kienet amministrata mill-Kunsill tal-Kontea ta' Vâlcea (66). |
|
(195) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li d-deċiżjonijiet biex jiġi ffirmat kuntratt tal-elettriku ġdid ma' Oltchim u mbagħad jiżdiedu l-provvisti ttieħdu fl-implimentazzjoni ta' diversi deċiżjonijiet (67) maħruġa mill-Kunsill tal-Kontea ta' Vâlcea, biex tiġi żgurata l-provvista lil Oltchim. |
|
(196) |
Barra minn hekk, ikun implawżibbli li CET Govora titqies li kienet ħielsa minn kwalunkwe influwenza mill-istat meta tiġi kkunsidrata l-imġiba tal-kumpanija f'kuntest usa'; pereżempju, eżatt wara li falliet il-privatizzazzjoni, is-CEO ta' CET Govora minnufih inħatar CEO ta' Oltchim f'Ottubru 2012 u mbagħad reġa' lura għal CET Govora fi Frar 2013, eżatt wara d-dħul ta' Oltchim f'insolvenza (68). |
|
(197) |
Minkejja d-dikjarazzjoni tar-Rumanija li s-CEO ta' CET Govora rrakkomanda lill-Kunsill ta' Vâlcea biex jieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interess tal-kumpanija matul il-perjodu vvalutat, elementi oħra li feġġew wara l-iskandli ta' korruzzjoni f'livelli għoljin li fihom kien involut is-CEO ta' CET Govora (u eventwalment ikkundannat mill-qrati kriminali nazzjonali flimkien ma' membru tal-gvern) jikkontradixxu din id-dikjarazzjoni (69). B'mod aktar speċifiku, f'Ġunju 2018, il-qrati kriminali nazzjonali kkundannaw lill-Ministeru tat-Trasport dak iż-żmien bl-akkużi ta' traffiku ta' influwenza reali li hu kellu fuq is-CEO ta' CET Govora, biex dan tal-aħħar ikun imġiegħel jikkonkludi diversi kuntratti żvantaġġużi u mhux neċessarji f'isem CET Govora, bl-iskop finali li jittieħdu riżorsi tal-kumpanija b'mod diżonest. Għall-attività kriminali konġunta tagħhom ta' użu ħażin tal-kariga u ta' traffiku tal-influwenza f'forma kontinwa mwettqa bejn Ottubru 2011 u Lulju 2014, il-qrati kriminali nazzjonali kkundannaw kemm lill-Ministru kif ukoll lis-CEO ta' CET Govora. |
|
(198) |
Konsegwentement, u irrispettivament mill-pożizzjoni soġġettiva ta' CET Govora rigward il-merti tat-tkomplija tal-provvisti lil Oltchim, il-Kummissjoni tinnota li CET Govora ma setgħetx tieħu d-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma tqis ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi u li d-direttivi maħruġa mill-korpi governattivi (jiġifieri d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Kontea ta' Vâlcea) kienu finalment il-bażi li fuqha aġixxiet CET Govora. B'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura hi imputabbli lill-Istat fil-każ ta' CET Govora. |
|
(199) |
Peress li CET Govora hi tal-Istat, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni tagħha li tipposponi l-iskadenza għall-ħlasijiet u li tkompli bil-provvisti lil Oltchim, tixħet piż fuq ir-riżorsi tal-Istat. |
|
(200) |
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Miżura 2 hi imputabbli lill-Istat fir-rigward ta' CET Govora u tinvolvi trasferiment tar-riżorsi tal-Istat. |
6.1.1.3.
|
(201) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li, fuq il-bażi tal-liġi dwar l-insolvenza, il-Pjan ma setax jiġi approvat mingħajr il-kunsens ta' AAAS (li għandha l-maġġoranza tal-valur tal-pretensjonijiet fil-kategorija tal-kredituri baġitarji) jew ta' CET Govora (li għandha l-maġġoranza tal-valur tal-pretensjonijiet fil-kategorija tal-fornituri kaptivi, jiġifieri kredituri mhux garantiti skont l-Artikolu 96 tal-liġi dwar l-insolvenza), li l-azzjonijiet tagħhom kienu imputabbli lill-Istat (ara l-premessi 187 u 200). |
|
(202) |
It-tieni, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Pjan ta' Ristrutturar ġie prodott mir-riċevent imqabbad mill-Qorti, parti mill-Istat. Il-Pjan ta' Ristrutturar imbagħad ġie approvat bis-saħħa tal-approvazzjoni tal-kredituri pubbliċi u privati li qabel kienu ffirmaw f'Novembru 2012 il-Memorandum imniedi mill-Istat. |
|
(203) |
Dan il-Memorandum (iffirmat minn 12-il parti li 10 minnhom kienu jappartjenu għall-amministrazzjoni pubblika jew kienu ta' sjieda pubblika (70) u 2 biss kienu istituzzjonijiet ta' finanzjament bi sjieda privata (71) - ara l-premessa 31), tħejja minn tliet ministeri u ġie approvat mill-Prim Ministru. B'hekk, il-Memorandum kien l-istess kanal li jintuża mill-Istat fl-ogħla livell tiegħu biex iżomm lil Oltchim fis-suq. |
|
(204) |
It-tielet, il-Kummissjoni tinnota li din l-intenzjoni tal-Istat li jżomm lil Oltchim ħajja ġie ssenjalat u mbagħad ikkonfermat ripetutament qabel u matul il-perjodu ta' insolvenza.
|
|
(205) |
Barra minn hekk, hekk kif jidher mit-Tabella tal-pretensjonijiet (ara t-Tabella 1), il-firmatarji tal-Memorandum kellhom pretensjonijiet li jammontaw għal ammont aggregat ta' EUR 539 miljun. Il-pretensjonijiet ta' dawn il-firmatarji, flimkien mal-pretensjonijiet ta' CET Govora (li l-azzjonijiet tagħha rigward il-Miżura 3 kienu imputabbli lill-Istat (ara l-premessi 200 u 201), jammontaw għal ammont aggregat ta' EUR 569 miljun minn total ta' EUR 759 miljun fi pretensjonijiet kumplessivi. B'hekk, il-firmatarji għall-Memorandum flimkien ma' CET Govora wkoll kellhom il-maġġoranza neċessarja fl-erba' kategoriji kollha tal-kredituri għajr tal-impjegati – kategorija li naturalment ukoll kienet tippreferi l-Pjan (fatt rikonoxxut mill-awtoritajiet Rumeni (83)) – biex japprovaw il-Pjan (84). Il-livell għoli tal-firmatarji pubbliċi tal-Memorandum jagħmilha ferm improbabbli li anki banek bi sjieda privata u atturi privati oħra jieħdu deċiżjoni li jinjoraw l-objettivi tal-Memorandum fil-mument li vvotaw favur jew kontra l-Pjan: la l-banek privati li kienu parti mill-Memorandum u lanqas Electrica ma setgħu jirrifjutaw b'mod raġonevoli milli jqisu d-dikjarazzjonijiet ripetuti (ara l-premessi 27, 28, 30) tal-azzjonist ta' Oltchim SA li kienu jimplikaw li l-Istat Rumen ma kienx ser iħalli lil Oltchim tfalli, u lanqas ma setgħu jinjoraw il-Memorandum li ffirmaw, li ġie approvat mill-Prim Ministru. Fuq il-bażi tal-ispjegazzjonijiet tar-Rumanija, il-Qorti kienet tqis dak iż-żmien li l-kundizzjoni li ġejja prevista fl-Artikolu 101(2) tal-liġi dwar l-insolvenza kienet tkun issodisfata wkoll, anki jekk kreditur mhux parti mill-Memorandum jopponi għall-Pjan: b'mod partikolari, fuq il-bażi tal-preżentazzjoni tar-Rumanija, il-Qorti kienet tqis li “l-ebda waħda mill-kategoriji li jirrifjutaw il-pjan u l-ebda waħda mill-pretensjonijiet li jirrifjutaw il-pjan ma jirċievu anqas milli jkunu jirċievu f'każ ta' falliment”, irrispettivament mit-tqabbil li MEO kien jagħmel bejn ir-rikavati fil-Pjan ta' riorganizzazzjoni u fix-xenarju ta' likwidazzjoni (ara t-taqsima 6.1.2.3 f'dak ir-rigward). Għaldaqstant, il-Memorandum għamilha possibbli li l-Istat jaċċerta l-adozzjoni tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni mill-kredituri. |
|
(206) |
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li l-Memorandum li tnieda mill-Istat u l-objettivi tiegħu – jiġifieri s-salvar ta' Oltchim akkost ta' kollox, kif regolarment u pubblikament imtenni mill-Istat bejn il-falliment tal-privatizzazzjoni f'Settembru 2012 u l-votazzjoni tal-kredituri dwar il-Pjan fl-2015 – żgura l-maġġoranza meħtieġa fl-Assemblea tal-Kredituri biex tiġi żgurata wkoll l-adozzjoni tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni. Kif muri fil-premessi 31, 203 u 235 u dawk sussegwenti, dan il-Memorandum kien imputabbli lill-Istat. |
|
(207) |
Speċifikament, bil-Memorandum, il-Gvern stabbilixxa l-qafas għall-firmatarji għalih biex “jaħdmu flimkien bl-għan li jidentifikaw u jimplimentaw soluzzjonijiet li jħarsu d-drittijiet tal-impjegati, tal-azzjonisti u tal-kredituri.” |
|
(208) |
Barra minn hekk, “l-abbozz tal-Ftehim jiżgura l-provvista ta' kapital operatorju mill-banek firmatarji [biex Oltchim] tkun tista' tkompli l-produzzjoni bil-kapaċitajiet imnedija mill-ġdid, kif ukoll terġa' tiftaħ b'mod gradwali kapaċitajiet tal-produzzjoni oħra wkoll, bl-għan li tattira aktar applikanti potenzjali interessati fil-privatizzazzjoni tal-kumpanija.” Hu ferm improbabbli li, fil-kuntest tad-dikjarazzjoni pubblika tal-awtoritajiet, kwalunkwe wieħed mill-atturi mistidnin biex jiffirmaw il-Memorandum kien jirrifjuta milli jaderixxi għalih. Barra minn hekk, l-istandard stabbilit bil-Memorandum għall-kollaborazzjoni bejn il-firmatarji – jiġifieri “bl-assistenza tal-Esperti fir-Ristrutturar – għall-iżvilupp ta' strateġija li tiżgura l-vijabbiltà fit-tul bl-għan li Oltchim tinġieb f'livell sostenibbli ta' profittabilità, ta' solvenza, ta' likwidità u ta' flus kontanti (“Strateġija għat-Tnedija mill-Ġdid Sostenibbli”)” kien relattivament baxx u vag, peress li kien imsejjes biss fuq “il-kisba ta' xi riżultati pożittivi skont l-Analiżi tal-Vijabbiltà” (enfasi miżjuda). |
|
(209) |
Bil-Memorandum, il-Gvern tenna d-determinazzjoni tiegħu li jagħmel dak kollu neċessarju biex iżomm lil Oltchim miftuħa u jirristrutturaha. Fuq l-istess nota, kemm l-entitajiet privati kif ukoll dawk pubbliċi li ffirmawh ħadu impenn li jagħtu sehemhom fi strateġija fit-tul biex jirristrutturaw lil Oltchim, ferm qabel kwalunkwe vot fuq Pjan ta' Riorganizzazzjoni potenzjali fl-Assemblea tal-Kredituri. Il-firmatarji kollha għall-Memorandum ivvotaw b'mod pożittiv ukoll għall-Pjan ta' Riorganizzazzjoni fl-2015, bl-eċċezzjoni unika ta' CFR Marfa, li kienet relattivament anqas importanti meta mqabbla mas-sħab ta' finanzjament u l-kredituri statali l-oħra rigward is-sopravivenza ta' Oltchim, u peress li Oltchim kienet tuża wkoll lil Ermewa għall-ħtiġijiet tat-trasport tagħha. |
|
(210) |
Il-Memorandum fih il-klawżola Nru 8 li tipprevedi “l-protezzjoni u ż-żamma tad-drittijiet” u tal-interessi tal-firmatarji. Madankollu, din il-klawżola u, b'mod partikolari, it-tieni parti tagħha, ma tagħmel xejn aktar ħlief tiddikjara dak li hu ovvju, jiġifieri li l-Memorandum stess, fil-mument tal-iffirmar, ma kienx jirrappreżenta diġà rinunzja bil-quddiem tad-drittijiet tal-banek, ta' Electrica jew ta' AVAS bħala kredituri. B'hekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, is-sempliċi parteċipazzjoni f'dak il-mument u l-involviment għall-kooperazzjoni futura kif stabbiliti permezz tal-Memorandum, huma minnhom infushom evidenza tal-kredituri firmatarji (kemm pubbliċi kif ukoll privati) li jadottaw id-direzzjoni ċara ta' ristrutturar ta' Oltchim. |
|
(211) |
Din id-direzzjoni lejn iż-żamma ta' Oltchim fil-wiċċ hi saħansitra aktar ovvja meta wieħed iqis iż-żmien u l-isforz finanzjarju addizzjonali mixħut fis-sostenn tat-tnedija mill-ġdid ta' Oltchim mit-tliet banek (li l-pretensjonijiet ta' responsabbiltà tagħhom għal Oltchim żdiedu b'mod konsiderevoli matul dan il-perjodu) u minn AAAS (u partijiet firmatarji oħra) li, fuq l-istess nota, żammet lura milli tieħu passi lejn l-eżekuzzjoni immedjata tal-pretensjonijiet tagħha. |
|
(212) |
Fir-rigward tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-istatut disponibbli pubblikament tagħha dwar il-funzjonament tal-organizzazzjoni (85), il-Kummissjoni tinnota dan li ġej: |
|
(213) |
L-ewwel nett, rigward l-istatus legali tagħha u l-integrazzjoni tagħha fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma hi istituzzjoni pubblika ta' interess nazzjonali li għandha kapaċità legali u hi koordinata mill-awtorità pubblika ċentrali tal-ilma (jiġifieri l-Ministeru tal-Ilmijiet u tal-Foresti) (86). |
|
(214) |
It-tieni, rigward in-natura tal-attivitajiet tagħha, l-għan tal-impriża hu li tapplika l-istrateġija u l-politika nazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni kwantitattiva u kwalitattiva tar-riżorsi tal-ilma u li tiżgura l-osservazzjoni tar-regolamenti fil-qasam; f'dan il-kuntest, hi tamministra u topera l-infrastruttura tas-sistema nazzjonali tal-ġestjoni tal-ilma. Barra minn hekk, il-kumpanija tiżgura t-twettiq ta' numru ta' attivitajiet ta' interess nazzjonali u soċjali, bħal eż. it-twettiq tal-impenji meħuda mill-Istat tar-Rumanija permezz ta' ftehimiet u ta' konvenzjonijiet internazzjonali (87). |
|
(215) |
It-tielet, rigward l-intensità tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-maniġment tagħha, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma titmexxa minn bord tal-amministrazzjoni msawwar minn 11-il membru, li lkoll jinħatru b'mandat ta' erba' snin b'ordni tal-kap tal-awtorità pubblika ċentrali tal-ilma. Skont l-istess artikolu, hu obbligatorju li rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi u wieħed tal-awtorità pubblika ċentrali tal-ilma jkunu membri tal-bord tal-amministrazzjoni. Barra minn hekk, id-direttur ġenerali tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma jinħatar, jiġi sospiż u rilaxxat mill-kariga permezz ta' ordni tal-kap tal-istess awtorità pubblika ċentrali tal-ilma (88). |
|
(216) |
Ir-raba', rigward il-finanzjament tal-attività tagħha, il-baġit tal-introjtu u tal-ispejjeż tal-kumpanija hu approvat mill-bord tal-amministrazzjoni bil-kunsens tal-kap tal-awtorità pubblika ċentrali tal-ilma (89). |
|
(217) |
Konsegwentement, fid-dawl tal-fatturi msemmija fil-premessa 190 aktar 'il fuq, il-Kummissjoni tqis li: (i) l-istatus ġuridiku tagħha, (ii) l-integrazzjoni tagħha fl-amministrazzjoni pubblika, (iii) in-natura tal-attivitajiet u tal-kompiti tagħha -mhux normalment eżerċitati fis-suq fil-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ma' operaturi privati-, (iv) is-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-maniġment tagħha u (v) il-proċedura ta' approvazzjoni għall-baġit tal-introjtu u tal-ispejjeż, ilkoll jindikaw li l-azzjonijiet tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma huma imputabbli lill-Istat. |
|
(218) |
Fid-dawl tal-elementi msemmija hawn fuq (jiġifieri, b'mod partikolari, il-maġġoranza tal-votazzjoni żgurata għall-adozzjoni tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni, iżda anki bl-iżgurar tal-kooperazzjoni fl-isforzi kontemporanji u sussegwenti minn kredituri ewlenin permezz tal-Memorandum), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti tal-Miżura 3 minn AAAS, minn Electrica, minn Salrom, minn CET Govora u mill-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma hu imputabbli lill-Istat. |
6.1.2. Il-vantaġġ ekonomiku selettiv
|
(219) |
Il-miżuri vvalutati huma selettivi b'mod ċar peress li huma pprovduti lil Oltchim b'mod esklużiv. Impriżi oħra f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli, fid-dawl tal-objettiv imfittex mill-miżuri, fis-settur petrokimiku jew f'setturi oħra, ma kinux jirċievu l-istess vantaġġ. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-sempliċi fatt li l-pożizzjoni kompetittiva ta' impriża tissaħħaħ meta mqabbla ma' impriżi oħra f'kompetizzjoni magħha, billi tingħata benefiċċju ekonomiku li hi, kieku, ma kinitx tirċievi fil-perkors normali tan-negozju tagħha, jindika distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni (90). |
|
(220) |
Madankollu, ir-Rumanija tgħid li “l-miżuri ma tawx vantaġġ ekonomiku lil Oltchim għaliex kienu jirrispettaw it-test tal-MEO, peress li l-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji pubbliċi aġixxew bl-istess mod kif kienu jaġixxu kredituri, investituri jew fornituri privati, biex jimminimizzaw it-telf tagħhom u jimmassimizzaw il-profitti tagħhom” (91). |
|
(221) |
Madankollu, fil-każ inkwistjoni, it-test tal-MEO ma jidhirx li hu applikabbli. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-Qorti preċedentement qieset li l-applikabbiltà tal- “prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq” finalment jiddependi mill-Istat li jkun ta, fil-kapaċità tiegħu bħala azzjonist u mhux fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità pubblika, vantaġġ ekonomiku lil impriża li tappartjeni għalih (92). Fuq l-istess nota, it-test tal-MEO ma setax ikun applikabbli għall-Istat fil-kapaċità ta' kreditur ta' Oltchim permezz ta' AAAS u ta' kredituri pubbliċi oħra, għaliex it- “test tal-kreditur privat” ma japplikax għall-miżuri li l-Istat ikun wettaq fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità pubblika meta ffirma l-Memorandum. |
|
(222) |
Kif spjegat fil-premessi 204 u dawk sussegwenti, 274 u 276, l-Istat aġixxa b'mod kostanti u ċar fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità pubblika biex isalva lil Oltchim minn falliment, inkluż b'dikjarazzjonijiet pubbliċi u permezz ta' Memorandum mal-kredituri privati u pubbliċi ewlenin involuti, u mhux bħala azzjonist li kien qed jinvesti f'kumpanija jew bħala kreditur. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li t-test tal-MEO mhuwiex applikabbli fil-każ inkwistjoni (93). |
|
(223) |
Madankollu, għall-fini ta' kompletezza, il-Kummissjoni għamlet ukoll it-test tal-MEO fil-forma ta' prinċipju tal-kreditur f'ekonomija tas-suq għal kull waħda mit-tliet Miżuri inkwistjoni, billi talbet mingħand l-awtoritajiet Rumeni informazzjoni kontemporanja addizzjonali dwar id-diversi atturi involuti u d-deċiżjonijiet tagħhom, billi jiġbru informazzjoni mingħand is-sorsi pubbliċi disponibbli kollha hi stess, u billi tagħmel ix-xenarji ta' stima tagħha stess fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-mument tal-miżuri vvalutati. |
6.1.2.1.
|
(224) |
It-trattament tad-dejn ta' Oltchim ma' AAAS diġà ġie vvalutat fid-deċiżjoni tal-2012 tal-Kummissjoni fid-dawl tal-privatizzazzjoni mistennija imminenti ta' dak iż-żmien. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li hu xieraq li tiġi analizzata l-imġiba ta' AAAS wara din id-deċiżjoni mill-mument li fih falliet il-privatizzazzjoni. |
|
(225) |
Kreditur privat normalment ifittex li jikseb il-ħlas massimu tas-somom dovuti lilu minn debitur f'diffikultajiet finanzjarji (94). |
|
(226) |
Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tar-Rumanija li, skont id-Deċiżjoni tal-2012 tal-Kummissjoni, l-eżekuzzjoni ttardjata tal-pretensjonijiet hi ħielsa minn għajnuna (dment li AAAS titlob imgħax fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni tar-Rata ta' Referenza tal-2008 sad-dħul ta' Oltchim fl-insolvenza), il-Kummissjoni tinnota li s-sitwazzjoni f'Marzu 2012 meta l-Kummissjoni ħarġet id-Deċiżjoni tagħha kienet tvarja b'mod fundamentali mill-perjodu investigat peress li, f'dan ix-xenarju msemmi l-aħħar, ma kienx għad hemm proġett ta' privatizzazzjoni imminenti pendenti. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-konklużjoni fid-deċiżjoni tal-2012 tal-Kummissjoni ttieħdet bil-patt u l-kundizzjoni li Oltchim tiġi privatizzata għalkollox fit-terminu qasir wara l-konverżjoni tad-dejn. Madankollu, l-Istat (permezz tal-Ministeru tal-Ekonomija), bħala l-azzjonist ta' maġġoranza, ma qiesx il-possibbiltà li ċerti azzjonisti ta' minoranza setgħu jimblokkaw il-konverżjoni prevista ta' dejn f'ekwità. Dan l-imblokkar eventwalment seħħ, u l-konverżjoni prevista ta' dejn f'ekwità ma saritx aktar. Għaldaqstant, fi tmiem il-proċedura ta' offerti, b'rebbieħ tal-offerta li ma setax jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala xerrej, il-privatizzazzjoni nfisha falliet ukoll. |
|
(227) |
Il-Kummissjoni tinnota li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' Oltchim li kienet diffiċli u li kienet sejra għall-agħar b'mod kostanti kienet magħrufa mill-kredituri kollha, u b'mod partikolari minn AAAS. Għaldaqstant, AAAS kellha biżżejjed żmien biex tħejji, tivvaluta internament, u timplimenta passi biex tirkupra l-pretensjonijiet tagħha f'każ li tfalli privatizzazzjoni oħra f'Settembru 2012. B'hekk, il-perjodu ta' ħames xhur investigat bejn Settembru 2012 u l-31 ta' Jannar 2013 kien twil biżżejjed biex AAAS tieħu l-passi neċessarji u tipprova tirkupra d-djun (99 % tal-pretensjonijiet ta' AAAS ma kinux garantiti, hekk kif muri fit-Tabella 1). F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li impriżi bħal Electrica ħadu passi bħal dawn, għad li mingħajr suċċess. |
|
(228) |
L-ewwel nett, il-liġijiet speċjali li jirregolaw l-irkupru tad-djun tal-Istat (95) jipprevedu drittijiet speċjali għal AAAS li jinkludu l-eżekuzzjoni diretta tal-pretensjonijiet tagħha mingħajr deċiżjoni tal-Qorti. Speċifikament, l-Artikolu 50(1) u (2) tal-Ordinanza ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 51/1998 jistabbilixxi li: “(1) AVAB (issa AAAS) tista' torganizza l-korpi ta' bailiffs tagħha stess jew tista' tuża lil bailiffs oħra biex tinfurza atti ta' eżekuzzjoni”, u “(2) il-proċedimenti ta' infurzar għar-realizzazzjoni tal-assi bankarji minn AVAB għandhom jiġu eżegwiti jew mill-korp ta' bailiffs tagħha stess jew inkella minn bailiffs oħra.” |
|
(229) |
Ir-Rumanija naqset milli tipprovdi kwalunkwe evidenza, minkejja talbiet ripetuti mill-Kummissjoni, li turi li AAAS ippruvat kull azzjoni li kreditur f'ekonomija tas-suq kien raġonevolment iwettaq biex jirkupra l-pretensjonijiet tiegħu. Barra minn hekk, ir-Rumanija tiddikjara li AAAS ma kinitx titħalla titlob l-eżekuzzjoni tal-pretensjonijiet tagħha għal Oltchim minħabba l-liġi dwar il-privatizzazzjoni (96) li tipprevedi li, mid-data tal-istabbiliment tal-proċedura ta' amministrazzjoni speċjali, il-kredituri tat-taxxa u l-kontribuzzjonijiet (jiġifieri baġitarji) ma jistgħux jeżegwixxu d-djun tagħhom u ma jieħdu ebda pass favur it-tali miżuri ta' eżekuzzjoni dment li l-kumpanija titħejja għal privatizzazzjoni (97). Minkejja dan, filwaqt li dan isostni l-preżenza ta' vantaġġ selettiv mogħti lil Oltchim imputabbli lill-Istat, in-nuqqas ta' azzjoni minn AAAS iseħħ f'kuntest li fih il-Ministeru tal-Ekonomija, għal raġunijiet mhux spjegati, kien żamm lil Oltchim taħt ir-reġim speċjali għall-proċedura ta' privatizzazzjoni anki wara li falliet il-privatizzazzjoni f'Settembru 2012. AAAS setgħet tipprova tikkontesta d-deċiżjoni tal-Ministeru li jtawwal dan l-istatus speċjali mingħajr spjegazzjoni. |
|
(230) |
It-tieni, ir-Rumanija naqset milli tipprovdi kwalunkwe studju, rapport jew dokument intern li juri li AAAS aġixxiet bħala MEO fid-deċiżjoni tagħha li żżomm lura milli tirkupra l-pretensjonijiet tagħha wara li falliet il-privatizzazzjoni f'Settembru 2012. Skont l-aħħar studju disponibbli dak iż-żmien tal-valutazzjoni tal-irkupru tal-pretensjonijiet ta' AAAS (l-istudju tal-2011 ta' Raiffeisen), AAAS kienet tikseb proporzjon ta' rkupru ta' 12 % f'xenarju ta' likwidazzjoni (98). |
|
(231) |
Kredituri oħra li jinkludu entitajiet pubbliċi ħadu azzjonijiet immedjati f'dak il-perjodu biex jirkupraw id-djun tagħhom. B'mod partikolari, Electrica – li skont l-istudju tal-2011 ta' Raiffeisen kellha l-istess proporzjon ta' rkupru bħal AAAS – nediet l-eżekuzzjoni tad-djun tagħha fl-1 ta' Novembru 2012 u qabdet b'suċċess il-kontijiet tal-bank ta' Oltchim. Barra minn hekk, żewġ kumpaniji mhux tal-Istat – Polcheme S.A. u Bulrom Gas li kienu jirrappreżentaw it-8 u l-10 l-aktar pretensjonijiet importanti fost il-21 kreditur garantit fl-2013 – ukoll nedew il-miżuri ta' eżekuzzjoni. AAAS tabilħaqq kienet l-aktar kreditur importanti u ta' Oltchim u setgħet tuża l-pożizzjoni tagħha biex tikseb termini ta' negozjar aħjar rigward l-irkupru tad-dejn tagħha iżda naqset milli għamlet hekk. Kieku Oltchim ġiet mhedda b'likwidazzjoni AAAS jaf kienet tieħu termini ta' rkupru tad-dejn aħjar. |
|
(232) |
Minkejja d-dikjarazzjoni tar-Rumanija, id-dħul fil-Memorandum mhuwiex ekwivalenti - jew sostitut - għall-aħjar sforzi biex wieħed jinforma ruħu, peress li l-hekk imsejħa Analiżi tal-Vijabbiltà msemmija fil-Memorandum sussegwentement ġiet ikkummissjonata u ntużat minn tliet kredituri finanzjarji u mhux minn AAAS stess. Ir-Rumanija naqset milli tiddokumenta kwalunkwe analiżi interna bħal din minn AAAS. |
|
(233) |
Konsegwentement, l-imġiba ġenerali ta' AAAS (minkejja l-għarfien storiku tagħha dwar id-diffikultajiet strutturali ta' Oltchim) kienet passiva rigward l-aħjar sforzi biex tirkupra l-pretensjonijiet tagħha jew tal-anqas tikseb pożizzjoni ta' kreditur aħjar u dehret aktar orjentata lejn is-salvataġġ u ż-żamma ta' Oltchim ħajja. |
|
(234) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li, li kieku ħadet azzjoni, AAAS kien ikollha possibbiltajiet akbar li tirkupra l-pretensjonijiet tagħha, anki fid-dawl tal-fatt li Oltchim kienet issospendiet il-produzzjoni u, b'hekk, ma kellha ebda dħul operatorju prospettiv fil-futur qarib. |
|
(235) |
It-tielet, minflok ma ppruvat teżegwixxi d-djun tagħha, AAAS nediet, flimkien mal-Ministri tal-Finanzi, tal-Ekonomija u tat-Trasport, kif ukoll mal-Uffiċċju tas-Sjieda Statali u tal-Privatizzazzjoni fl-Industrija, il-Memorandum (ara in extenso l-premessi 31 u 203 u dawk sussegwenti aktar 'il fuq) li ġie approvat fit-13 ta' Novembru 2012 mill-Prim Ministru tar-Rumanija u ffirmat mill-Istat kif ukoll seba' kredituri li ħamsa minnhom kienu pubbliċi – AAAS, Salrom, CFR Marfa, CEC Bank, Electrica (li kienet għadha kollha kemm hi tal-Istat dak iż-żmien) – u tnejn kienu privati – il-Bank Kummerċjali Rumen (aktar tard imsejjaħ “Erste Bank”) u Transilvania Bank. Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tar-Rumanija, il-Memorandum ma jistax jitqies tranżazzjoni pari passu, fid-dawl tal-prevalenza sinifikanti tal-kredituri pubbliċi u tal-awtoritajiet Statali kofermatarji għalih. (99) |
|
(236) |
B'mod speċifiku, mit-tnax il-parti firmatarja, għaxra kienu jappartjenu għall-amministrazzjoni pubblika jew huma ta' sjieda pubblika (100) u tnejn biss huma istituzzjonijiet ta' finanzjament bi sjieda privata (101) Il-Memorandum tnieda mill-Istat (il-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi, il-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura, AAAS u OPSPI) u ġie approvat mill-Prim Ministru. Barra minn hekk, il-perċentwal ta' pretensjonijiet miżmuma minn kredituri privati kien jirrappreżenta madwar 20 % biss mill-pretensjonijiet totali tal-firmatarji tal-Memorandum. Għaldaqstant, il-firxa tal-involviment pubbliku kien konsiderevoli u l-intervent tal-operaturi privati kien limitat. Finalment, il-patti u l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjonijiet mhumiex komparabbli peress li 77 % tal-pretensjonijiet taż-żewġ kredituri privati li ffirmaw il-Memorandum kienu garantiti, meta mqabbla ma' medja ta' 14 % biss mill-pretensjonijiet għaż-żewġ kredituri pubbliċi. |
|
(237) |
Il-Memorandum juri li l-kredituri pubbliċi qablu rigward xenarju bla rkupru mingħajr ma vvalutaw alternattivi oħra kif xieraq. B'mod partikolari, il-paragrafu 2.3. tal-Memorandum isemmi li l-partijiet għalih jaqblu ma' lista ta' miżuri, biex “jieħdu impenn li jimplimentaw strateġija ta' tnedija mill-ġdid sostenibbli taħt ir-riżerva ta' riżultat pożittiv tal-Valutazzjoni tal-Vijabbiltà”. Ir-Rumanija qatt ma ppreżentat il-Valutazzjoni tal-Vijabbiltà, iżda semmiet li l-banek wettqu studju bħal dan. Skont R/BDO, Transilvania Bank, Erste Bank (kredituri privati) flimkien ma' CEC Bank (pubbliku) ikkummissjonaw l-istudju Alvarez&Marsal li pprovdew rapport li “kien fih miżuri ta' ristrutturar u kkonferma bħala possibbli r-riorganizzazzjoni tal-attivitajiet ta' Oltchim wara l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti”. Skont l-istampa Rumena (102), l-awtoritajiet Rumeni wrew li r-rapport minn Alvarez&Marsal, kif ikkummissjonat mill-banek kredituri biex jevalwaw is-sitwazzjoni ta' Oltchim, ikkonferma “l-ipoteżi tal-awtoritajiet u l-ħtieġa li tingħata għajnuna ta' salvataġġ fl-istruttura proposta”. |
|
(238) |
Ir-Rumanija naqset milli tiddokumenta li twettqet tali valutazzjoni għal AAAS jew f'isimha, u wisq inqas li intużat minn AAAS. Ir-Rumanija naqset ukoll milli tagħti provi li r-rapport ta' Alvarez&Marsal fil-fatt intuża minn AAAS u, aktar minn hekk, hekk kif inhu trasparenti mis-sorsi pubbliċi msemmija fil-premessa (237) aktar 'il fuq, ir-rapport ikkonferma biss il-ħtieġa li tingħata għajnuna u mhux neċessarjament konferma tal-vijabbiltà fit-tul tar-riorganizzazzjoni. |
|
(239) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ttenni, skont il-premessa (22) aktar 'il fuq, li l-konklużjoni tagħha dwar il-konverżjoni tad-dejn (u, b'hekk, it-tħassir tad-dejn ta' AAAS favur Oltchim) segwita mill-privatizzazzjoni sħiħa nstabet li ma tinvolvi ebda vantaġġ fuq il-bażi li “[…] il-kumpanija tiġi privatizzata għalkollox fit-terminu qasir wara l-konverżjoni tad-dejn”. Il-Memorandum jikkonferma r-rieda ta' AAAS li ttawwal l-istat ta' nuqqas ta' rkupru tal-pretensjonijiet u l-akkumulazzjoni ta' aktar djun. |
|
(240) |
Ir-Rumanija tiddikjara wkoll li AAAS kienet analizzat il-possibbiltà li titlob sekwestru tal-kontijiet ta' Oltchim, iżda ma setgħetx tagħmel dan peress li l-kontijiet ta' Oltchim diġà kienu ssekwestrati minn kredituri oħra. Madankollu, ir-Rumanija ma pprovdiet ebda evidenza biex issostni din id-dikjarazzjoni. Fi kwalunkwe każ, AAAS naqset milli taġixxi bħala kreditur privat prudenti, peress li ma ħadet ebda azzjoni biex tipproteġi l-pretensjonijiet tagħha. Li kieku AAAS intervjeniet qabel fil-proċess, ma kinitx titlef l-opportunità li tissekwestra l-kontijiet ta' Oltchim l-ewwel (jiġifieri qabel kredituri oħra, bħal Electrica f'Novembru 2012) jew tikseb rhuna fuq proprjetà immobbli (bħalma għamlet Salrom). |
|
(241) |
Ir-Rumanija tgħid li, li kieku AAAS talbet l-eżekuzzjoni tal-pretensjoni tagħha, Oltchim imbagħad kien ikollha tibda proċedura ta' insolvenza. Il-Kummissjoni tqis li s-sempliċi theddida ta' skattar ta' insolvenza kien jagħti lil AAAS aktar setgħa fuq Oltchim biex tirkupra l-pretensjonijiet tagħha. Anki f'xenarju ta' insolvenza skattat minn AAAS, AAAS kienet tiggwadanja s-setgħa proprja biex tipproponi riorganizzazzjoni ta' Oltchim li kapaċi timmassimizza l-irkupru tal-pretensjonijiet tagħha, b'mod partikolari permezz tal-bejgħ f'raggruppamenti (ara l-premessa 265). Li kieku kien hemm possibbiltà bħal din, il-pożizzjoni ta' AAAS kienet tinbidel b'mod konsiderevoli. |
|
(242) |
Fil-mument propju tal-votazzjoni tal-Assemblea tal-Kredituri f'Marzu 2015, l-għażla ta' AAAS kienet ristretta bejn il-likwidazzjoni u l-Pjan ta' Riorganizzazzjoni, riżultat tal-inazzjoni preċedenti ta' AAAS. Skont dan, li kieku AAAS ġabet ruħha bħala kreditur prudenti, kienet tisfrutta d-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-insolvenza li jippermettu lil kwalunkwe kreditur li jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-pretensjonijiet biex jipproponi pjan ta' riorganizzazzjoni (103). B'dan il-mod, AAAS kienet tieħu azzjoni li tippermettilha tagħżel tip ieħor ta' pjan ta' riorganizzazzjoni (bejgħ permezz ta' raggruppamenti ta' assi), xenarju ta' massimizzazzjoni tad-dħul (kif spjegat ulterjorment fil-premessa 265) li missha diġà kienet ittieħdet minn Settembru 2012, eżatt wara li falliet il-privatizzazzjoni. |
|
(243) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-Miżura 1 tagħti lil Oltchim vantaġġ selettiv permezz ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni u, pretensjonijiet akbar korrispondenti għal Oltchim, fil-perjodu Settembru 2012 – Jannar 2013 li jammontaw għal RON 152 miljun (104) (EUR 33 miljun), il-valur taż-żmien marbut mad-differiment tat-talba għal eżekuzzjoni tal-pretensjonijiet ta' AAAS li jimplikaw esponiment akbar għal Oltchim. |
6.1.2.2.
|
(244) |
Kif spjegat aktar 'il fuq (ara l-premessa 29), Oltchim setgħet terġa' tibda l-produzzjoni fl-2012 bis-saħħa tad-deċiżjoni ta' CET Govora u ta' Salrom li jkomplu bil-provvisti lil Oltchim minkejja li hi ma kinitx ħallset id-djun pendenti. |
|
(245) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubji li operatur f'ekonomija tas-suq kien jieħu l-istess deċiżjonijiet bħal dawn iż-żewġ kumpaniji bi sjieda pubblika fid-dawl tad-diffikultajiet ekonomiċi ta' Oltchim. |
|
(246) |
Matul il-fażi tal-investigazzjoni, ir-Rumanija pprovdiet argumenti validi rigward l-interdipendenza teknoloġika eżistenti bejn Salrom u CET Govora minn naħa, u Oltchim, min-naħa l-oħra. Dawn l-argumenti ġew sostnuti wkoll minn partijiet terzi bħat-trustees tal-insolvenza ta' Oltchim u ta' CET Govora, u jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej.
|
|
(247) |
Rigward Salrom, ir-Rumanija tiddikjara li l-kumpanija sabet ruħha fis-sitwazzjoni li tagħżel bejn iż-żamma tan-negozju tagħha operazzjonali jew l-għeluq minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà tal-utilitajiet forniti lilha minn Oltchim. L-għajbien ta' Oltchim kien ifisser ukoll l-għajbien tal-klijent l-ieħor ta' Salrom, Uzinele Sodice Govora, b'konsegwenzi negattivi għal CET Govora. |
|
(248) |
Rigward CET Govora, ir-Rumanija tiddikjara li ma kien hemm ebda soluzzjoni prattika biex ix-xirjiet ta' fwar industrijali ta' Oltchim jiġu sostitwiti. Li kieku CET Govora waqqfet il-provvista tal-fwar liż-żewġ klijenti kaptivi (peress li l-fwar hu prodott sekondarju tal-ġenerazzjoni tal-elettriku), l-unika għażla kienet tkun it-telf assolut ta' dan permezz tar-rilaxx fl-atmosfera. B'hekk, ir-Rumanija targumenta li, minn perspettiva ekonomika, l-għażla li kien jieħu kwalunkwe operatur fis-sitwazzjoni ta' CET Govora kienet li jikkonverti l-fwar f'dejn minflok ma jeħilsu fl-atmosfera, każ li fih hu jkun imċaħħad mill-valur tiegħu għalkollox. |
|
(249) |
Minbarra l-interdipendenza teknoloġika, ir-Rumanija argumentat ukoll li d-deċiżjonijiet meħuda minn CET Govora u minn Salrom biex ikomplu l-provvisti lil Oltchim kienu ġġustifikati u konformi mal-MEOP, dment li ż-żewġ kumpaniji jkunu ggarantixxew id-dejn maħluq ġdid (jiġifieri wara Settembru 2012). |
|
(250) |
Barra minn hekk, ir-Rumanija timplika li d-deċiżjonijiet ta' CET Govora u ta' Salrom li jfornu l-materja prima meħtieġa għall-bidu mill-ġdid tal-attività ta' Oltchim huma simili għal dawk li ttieħdu minn kumpaniji privati bħal Bulrom Gas Impex, SC Arelco Power, Ciech Chemical Group, Tricon, Alum, MFC Commodities, Chemimplex. Il-bażi ta' tali deċiżjoni kienet tkun il-probabbiltà li jiġi rkuprat ammont akbar mid-dejn f'każ li l-attività terġa' tinbeda, in-negozju jsir vijabbli u l-bejgħ sussegwenti jirnexxi. |
|
(251) |
Fil-prinċipju, rigward l-interdipendenza teknoloġika li teżisti bejn Salrom u CET Govora minn naħa, u Oltchim min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma tikkontestax il-validità tal-argumenti tar-Rumanija. |
|
(252) |
Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-pożizzjoni tar-Rumanija rigward il-konformità mal-MEOP tal-imġiba ta' CET Govora. Dan hu spjegat aktar hawn taħt. |
|
(253) |
Kif jista' jiġi osservat fit-Tabella 7 ta' hawn taħt, bejn Ottubru 2012 u Jannar 2013, il-pretensjonijiet ta' Salrom kontra Oltchim żdiedu bi RON 15-il miljun (madwar EUR 3 miljun). Fl-istess ħin, hekk kif jista' jiġi osservat ukoll fit-Tabella 8 ta' hawn taħt, il-pretensjonijiet ta' CET Govora kontra Oltchim ukoll żdiedu bi RON 52 miljun (madwar EUR 12-il miljun) li RON 27 miljun (madwar EUR 6 miljun) minnhom kienu penali għall-ħlas tardiv. |
|
(254) |
Skont l-aħħar informazzjoni pprovduta mir-Rumanija, matul il-perjodu Settembru 2012 – Jannar 2013, CET Govora forniet lil Oltchim gass u fwar li jammontaw għal bejn wieħed u ieħor RON 50 miljun, filwaqt li l-ħlasijiet riċevuti mingħand Oltchim matul l-istess perjodu kienu jammontaw għal madwar RON 8 miljun biss (106). Filwaqt li, minn naħa, ir-Rumanija tgħid li l-penali ta' RON 27 miljun jikkorrispondu għal dejn akbar, b'mod partikolari akkumulat tul perjodu itwal li jibda minn Frar 2008 u jintemm f'Diċembru 2012, min-naħa l-oħra r-Rumanija naqset milli tipprovdi ċifri affidabbli rigward il-penali eżatti li jikkorrispondu għad-dejn akkumulat matul il-perjodu vvalutat li jibda f'Settembru 2012 u jintemm f'Jannar 2013 (107). Tabella 7 Evoluzzjoni tal-obbligazzjonijiet ta' Oltchim fir-rigward ta' Salrom
Sors: Kummenti ta' R/BDO dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, paġna 34. Tabella 8 Evoluzzjoni tal-obbligazzjonijiet ta' Oltchim fir-rigward ta' CET Govora
Sors: Kummenti ta' R/BDO dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, paġna 33. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(255) |
Fi kwalunkwe każ, fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura, il-Kummissjoni ssib li Salrom u CET Govora kellhom approċċ fundamentalment differenti lejn Oltchim. |
|
(256) |
Rigward Salrom, il-Kummissjoni tinnota li l-kumpanija ħadet id-deċiżjoni li tkompli bil-provvisti lil Oltchim (għall-bidu mill-ġdid tal-attivitajiet ta' din tal-aħħar f'Ottubru 2012) biss wara li kisbet garanzija għall-konsenji tagħha bi ħlas bil-quddiem. Barra minn hekk, bħala kumpens għat-tkomplija tal-provvista tas-soluzzjoni salina, kif ukoll għad-disaggregazzjoni tal-ħlas tad-djun, Salrom daħħlet il-kundizzjoni ta' garanzija fuq il-proprjetà immobbli, li fil-fatt ġiet approvata mill-Bord tad-Diretturi u sussegwentement anki mill-Assemblea Ġenerali Straordinarja tal-Azzjonisti tas-6 ta' Novembru 2012. |
|
(257) |
Rigward CET Govora, il-Kummissjoni tinnota li, għall-kuntrarju tas-sitwazzjoni ta' Salrom, il-kumpanija ma imponietx kundizzjoni simili bħal din ta' ħlasijiet bil-quddiem għat-tkomplija tal-konsenji tagħha, u lanqas ma daħħlet kundizzjoni simili ta' garanzija fuq il-proprjetà immobbli rigward id-djun preċedenti dovut lilha minn Oltchim. |
|
(258) |
Skont ir-Rapport ta' Euroinsol (jiġifieri t-trustee tal-insolvenza ta' CET Govora), il-maniġment ta' CET Govora approva l-kontinwazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali ma' klijenti bħal Oltchim li jagħtu skontijiet jew il-possibbiltà ta' ħlas fi ħlasijiet parzjali: konsegwentement, ir-riċevibbli ta' CET Govora ta' RON 136 miljun fil-ftuħ tal-proċedura ta' insolvenza ta' Oltchim żdiedu ulterjorment b'RON 44 miljun reġistrati bħala riċevibbli matul il-proċedura ta' insolvenza (bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-30 ta' Ġunju 2016). |
|
(259) |
Barra minn hekk, ir-rapport tat-trustee tal-insolvenza ta' CET Govora juri li bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Ġunju 2016, il-kumpanija kontinwament ipprovdiet elettriku u fwar industrijali lil Oltchim bi prezzijiet ferm orħos mill-ispejjeż tal-produzzjoni (filwaqt li f'dan il-perjodu ġarrbet telf li jammonta għal RON 103,3 miljun (EUR 23,9 miljun). Fil-fatt, ir-rapport jikkonkludi li kuntratti tal-provvista bħal dawn ma' Oltchim jirrappreżentaw waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-insolvenza ta' CET Govora stess. It-telf globali minħabba l-bejgħ tal-utilitajiet bi prezz imqaċċat lil Oltchim kien jammonta għal EUR 91 miljun peress li Oltchim kopriet 60 % biss mill-prezz tal-kostijiet tagħhom. |
|
(260) |
Barra minn hekk, il-provvista kontinwa minn CET Govora lil Oltchim mingħajr ebda tentattiv ta' negozjar u miżura biex tipproteġi l-pretensjonijiet tagħha kontra Oltchim (108) ġiet deċiża mill-Kunsill tal-Kontea ta' Vâlcea (109), fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet tal-ordni pubbliku li MEO ma kienx isegwi (110). Fi kwalunkwe każ, bħala riżultat ta' dawk id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Kontea, CET Govora spiċċat f'insolvenza kif spjegat mit-trustee tal-insolvenza ta' CET Govora. Dan jindika n-nuqqas ta' konformità mal-MEO ta' tali deċiżjonijiet. |
|
(261) |
Kif ikkwotat minn PCC fil-premessa 133, it-trustee tal-insolvenza ta' CET Govora jinnota wkoll li “d-deċiżjoni li titwassal enerġija elettrika minn CET Govora ma kellha ebda motivazzjoni ekonomika valida u kienet politikament motivata u hi eżempju tajjeb ħafna ta' interferenza politika fil-ġestjoni tad-debitur”. L-istess trustee ddikjara wkoll (111) li “Għal aktar minn għaxar snin, CET baqgħet tagħmel tajjeb għal Oltchim. Bergħud ma jistax jitma' iljunfant. Biss biss kienet tilfet [RON] 136 miljun permezz tal-[P]jan ta' [R]iorganizzazzjoni. Dawn ifissru madwar EUR 35 miljun li aħna stajna nużaw biex nirranġaw il-magni, l-installazzjonijiet u t-tagħmir li għandhom aktar minn 30 sena, u li diġà qabżu ċ-ċiklu tal-prestazzjoni ottimali tagħhom.” |
|
(262) |
Barra minn hekk, it-trustee ta' CET Govora saħaq ukoll li “CET Govora dejjem sostniet il-proċess tal-produzzjoni ta' Oltchim SA billi forniet utilitajiet (fwar tal-proċessar u enerġija elettrika) bi prezzijiet ferm anqas mill-kost tal-produzzjoni […] CET Govora kienet l-unika kumpanija li kompliet tforni enerġija elettrika u fwar tal-proċessar lil Oltchim, u b'hekk mhux biss ħadet taħtha r-riskju ta' inadempjenza, iżda l-periklu akbar li tispiċċa insolventi hi stess […]. Il-maniġment ta' [CET Govora] naqas milli jieħu kwalunkwe azzjoni soda biex jara li l-pretensjonijiet jiġu rkupratu jew miżuri ta' prevenzjoni, pereżempju […] billi jwissi lid-debituri inadempjenti dwar ir-riskju ta' tqassim skont porzjonijiet jew saħansitra ta' sospensjoni sħiħa tal-konsenji tal-fwar u tal-enerġija elettrika […] jew kwalunkwe azzjoni tal-aħħar mument li tkun xierqa kull meta jkun hemm sinjal li t-tali pretensjonijiet qed jissograw li jintilfu: ir-rinegozjar tat-termini u tal-prezzijiet tal-konsenja u l-irbit ta' tali konsenja mal-kundizzjoni ta' ħlas tad-dejn pendenti. Barra minn hekk, aħna sibna wkoll sitwazzjoni partikolari li fiha l-pretensjoni ta' Alpha Bank kontra Oltchim li kienet tammonta għal RON 2,5 miljun ġiet akkwiżita skont il-valur par, għad li l-[P]jan ta' [R]iorganizzazzjoni kien jipprovdi għall-ħlas ta' 70 % biss tagħha.[…] Konsegwentement, l-insolvenza ta' Oltchim hi kawża oħra tal-insolvenza [ta'] CET Govora[…]. Fid-dawl tal-possibbiltajiet baxxi, u virtwalment ineżistenti, li Oltchim tiġi privatizzata għall-prezz tal-bejgħ ta' EUR 306 miljun stabbilit fil-[P]jan ta' [R]iorganizzazzjoni, [it-]30 % tal-pretensjoni mdaħħla minn CET Govora fir-rendikont ta' Oltchim, anki dan l-ammont kien telf għall-kumpanija”. Minbarra dan, kif enfasizzat mill-istampa Rumena f'dak iż-żmien (112), diversi dikjarazzjonijiet kienu jindikaw li l-motivazzjoni reali wara l-bidu mill-ġdid tal-konsenji lil Oltchim kienet li jiġu evitati l-għoti ta' sensja lil madwar 2 300 impjegat u l-katastrofi soċjali għar-reġjun miġjuba minn dan. L-ebda waħda minn dawn ma hi raġuni konformi mal-MEOP, f'kundizzjonijiet normali tas-suq. |
|
(263) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-Miżura 2 tagħti lil Oltchim vantaġġ selettiv rigward CET Govora iżda mhux rigward Salrom. Il-vantaġġ rekuperabbli li CET Govora tat lil Oltchim permezz tal-protezzjoni insuffiċjenti tal-pretensjonijiet tagħha (jiġifieri billi m'għamlitx prerekwiżit tal-ħlas lura tal-pretensjonijiet storiċi jew billi ma talbitx garanziji fuq titoli tal-proprjetà immobbli għal djun preċedenti hekk kif għamlet Salrom u billi ma imponietx ħlasijiet bil-quddiem għall-bidu mil-ġdid tal-konsenji) hu rappreżentat mill-ammont ta' penali li jirrappreżentaw il-valur ta' żmien tan-nuqqas ta' rkupru minn CET Govora tal-pretensjonijiet tagħha għal Oltchim, meta ħadet deċiżjoni li tkompli l-provvisti lil Oltchim, tul il-perjodu Settembru 2012 – Jannar 2013. Kif diġà spjegat fil-paragrafi 253 u 254 aktar 'il fuq, skont l-informazzjoni pprovduta minn R/BDO, it-tali penali ammontaw għal bejn wieħed u ieħor RON 27 miljun (madwar EUR 6 miljun). Madankollu, iċ-ċifri ppreżentati sussegwentement mir-Rumanija ma kinux konklużivi dwar l-ammont eżatt li jikkorrispondi għall-perjodu vvalutat. |
6.1.2.3.
(A) It-tqabbil magħmul minn AAAS u minn SoEs bejn il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni u x-xenarju ta' likwidazzjoni kien żbaljat u bbażat fuq kunsiderazzjonijiet żbaljati li MEO ma kienx jagħmel
|
(264) |
Kif spjegat fil-premessi 51 sa 73, il-Pjan imħejji mir-riċeventi mqabbda mill-Qorti – diskuss fid-9 ta' Marzu 2015 u approvat mill-kredituri ta' Oltchim – kien jinvolvi rinunzji totali jew sinifikanti tad-dejn għall-kredituri ta' Oltchim, peress li l-prezz mistenni tal-bejgħ ta' Oltchim SPV ma kienx suffiċjenti biex ikopri d-dejn sħiħ ta' Oltchim SA. |
|
(265) |
L-ewwel u qabel kollox, billi ffavoriet de facto (113) bejgħ en bloc , u llimitat it-tqabbil ta' dak ix-xenarju ma' likwidazzjoni sħiħa ta' Oltchim, AAAS ma aġixxietx bħala MEO. Skont il-liġi Rumena (114), AAAS kellha l-mezzi legali biex tipproponi l-pjan ta' riorganizzazzjoni tagħha stess għaliex AAAS kellha (b'mod individwali, u flimkien ma' SoEs oħra) aktar minn 20 % mill-pretensjonijiet ma' Oltchim; MEO kien jagħmel dan biex jirkupra dak kollu li jista' mill-pretensjonijiet tiegħu. F'dik is-sitwazzjoni, MEO kien jivvaluta u jsegwi l-alternattiva ta' proċess tal-bejgħ permezz ta' raggruppamenti ta' assi funzjonali. It-tielet għażla bħal din kienet toffri possibbiltajiet akbar ta' suċċess mill-Pjan, b'mod partikolari fid-dawl tas-sitt tentattivi li fallew fl-2001, fl-2003, fl-2006, fl-2007, fl-2008 u fl-2012 biex Oltchim tiġi privatizzata b'mod simili għat-tentattiv fi blokka waħda previst fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni permezz tal-bejgħ ta' Oltchim SPV: il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni propost kien jimplika trasferiment tal-assi, tal-impjegati u tal-kuntratti lill-SPV u, b'hekk, kien ta' natura simili għal dik tat-tentattivi preċedenti. |
|
(266) |
Alternattiva bħal din kienet iżżid l-irkupru mistenni għall-kredituri billi tippermetti aktar taħlitiet ta' offerti, mingħajr ma jiġi injorat xerrej individwali wieħed u mingħajr ma tiġi prekluża l-possibbiltà li parti minn Oltchim tinbiegħ biċċa, biċċa fl-istess ħin bħala parti minn dan il-proċess, fuq il-bażi tal-interess espress mill-offerenti fi stadju bikri tal-proċedura għar-raggruppamenti proposti għall-bejgħ. B'hekk, il-prezz mistenni minn proċess tal-bejgħ miftuħ u trasparenti permezz tar-raggruppamenti ta' assi seta' jkun biss ogħla, minn naħa, mid-dħul ferm inċert mill-privatizzazzjoni en bloc prevista fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni u, min-naħa l-oħra, mid-dħul mil-likwidazzjoni. |
|
(267) |
It-tieni, anki jekk wieħed jiffoka fuq it-tqabbil ristrett b'mod żbaljat li għamlu R/BDO bejn ix-xenarju ta' likwidazzjoni u l-Pjan ta' Riorganizzazzjoni propost (li jeskludi proċess tal-bejgħ miftuħ u trasparenti permezz ta' raggruppamenti ta' assi), li fuqu bbażaw il-kredituri pubbliċi, dan it-tqabbil kien żbaljat ukoll għaliex:
|
|
(268) |
Rigward il-merti tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni, dawn ġew sopravvalutati mill-kredituri li approvaw il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni, minħabba dan li ġej:
|
|
(269) |
Għall-kuntrarju, rigward ir-rikavati potenzjali tal-likwidazzjoni (120), dawn kienu ssottovalutati mill-kredituri tal-Istat meta approvaw il-Pjan ta' riorganizzazzjoni billi bbażaw fuq ir-rapporti ta' R/BDO, minħabba dawn li ġejjin:
|
(B) Il-voti tal-kredituri tal-Istat ma jistgħux jitqiesu bħala pari passu
|
(270) |
Il-Kummissjoni tqis li l-argumenti mqajma mir-Rumanija rigward il-vot pari passu allegat tal-kredituri tal-Istat (miġbura fil-qosor fil-premessi 168 sa 170) huma infondati: b'mod partikolari, la AAAS u lanqas Electrica ma setgħu jitqiesu bħala pari passu mal-kredituri garantiti peress li ħafna mill-pretensjonijiet tagħhom kienu jappartjenu għall-kategorija tal-kredituri baġitarji (rispettivament il-kategorija tal-kredituri mhux garantiti). |
|
(271) |
Il-Kummissjoni lanqas ma tista' tqis li l-kredituri tal-Istat fil-kategoriji tal-kredituri baġitarji (AAAS, l-Amministrazzjoni tal-Ilma tar-Rumanija) u l-fornituri essenzjali (CET Govora, l-Amministrazzjoni Rumena tal-Ilma) jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' “pari passu” fid-dawl tan-nuqqas ta' kredituri privati f'dawk il-kategoriji. Rigward il-kredituri mhux garantiti, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-awtoritajiet Rumeni jagħrfu l-irrilevanza tat-test ta' pari passu għal dawk li jqisu n-nuqqas tal-irkupru għal dawk il-kredituri fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni; il-Kummissjoni tosserva wkoll li Electrica u Salrom ma kinux f'sitwazzjoni komparabbli għal kredituri mhux garantiti oħra peress li għandhom pretensjonijiet kemm bħala kredituri garantiti kif ukoll bħala kredituri mhux garantiti. |
|
(272) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni ddikjaraw li s-sempliċi approvazzjoni tal-Pjan mill-kredituri garantiti (li jaqblu dwar tħassir ta' bejn madwar 20 % u 27 %) kienet prova li l-pretensjonijiet tal-kredituri baġitarji kienu inutli; il-kredituri garantiti setgħu jiksbu tħassir inferjuri skont ir-Rumanija, li kieku ma aċċettawx li l-Pjan jiżgura rkupru minimu ta' 20 % għall-kredituri baġitarji u 30 % għall-fornituri essenzjali biex jiżguraw li dawn iż-żewġ kategoriji msemmija l-aħħar kienu jivvotaw b'mod pożittiv għall-Pjan. Madankollu, dawn l-argumenti huma żbaljati: li kieku ma kien possibbli ebda rkupru affattu għall-kredituri baġitarji u għall-fornituri essenzjali f'xenarju ta' likwidazzjoni, il-fornituri essenzjali kien ikollhom probabbiltà kbira ħafna li jaċċettaw rati ta' rkupru ferm iżgħar bħal 5 % (jew anki 10 %) mill-pretensjonijiet tagħhom meta mqabbla mar-rata ta' rkupru ta' 20-30 % li kisbu fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni. |
|
(273) |
L-awtoritajiet Rumeni enfasizzaw ukoll li ħafna kredituri privati vvotaw favur il-Pjan b'sostenn tal-konformità mal-MEO tal-votazzjoni tal-kredituri tal-Istat. Fil-fatt, filwaqt li l-kredituri privati li għandhom dejn garantit b'mod esklussiv jew maġġoranza tad-dejn garantit fil-parti l-kbira vvotaw favur il-Pjan, b'dawk li kellhom dejn mhux garantit b'mod esklussiv li opponewh (126). Dan hu prova ulterjuri li l-vot minn AAAS u Electrica favur il-Pjan ma kienx konformi mal-MEO, peress li, fid-dawl tat-tħassir sinifikanti tad-dejn u tas-sehem ta' dejn mhux garantit tagħhom, il-pożizzjoni tagħhom kienet eqreb għal dik tal-kredituri privati msemmija l-aħħar, li vvotaw kontrih. |
|
(274) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-iżbalji fit-tqabbil ta' R/BDO bejn il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni u l-likwidazzjoni, MEO diliġenti kien jieħu b'attenzjoni kbira r-riżultati ta' dan l-istudju f'kunsiderazzjoni fiż-żmien tal-votazzjoni. Iżda l-kredituri privati ma setgħux jieħdu f'kunsiderazzjoni b'mod raġonevoli d-dikjarazzjonijiet ripetuti (ara l-premessi 27, 28, 30) tal-azzjonist ta' Oltchim SA li jimplikaw li l-Istat Rumen ma kienx ser iħalli lil Oltchim tfalli; dawn ma setgħux jinjoraw b'mod raġonevoli l-Memorandum approvat mill-Prim Ministru, u l-possibbiltà li, f'kuntest bħal dan, l-Istat Rumen kien se jipprova jagħti aktar għajnuna lil Oltchim, biex f'dawn iċ-ċirkustanzi l-Pjan ta' Riorganizzazzjoni jkun aktar favorevoli mil-likwidazzjoni għalihom, preċiżament minħabba l-possibbiltà ta' għajnuna ulterjuri lil Oltchim. Dan jispjega l-voti pożittivi jew l-astensjonijiet min-naħa tal-kredituri privati, filwaqt li oħrajn, bħal Electrica Furnizare vvotaw kontra l-Pjan. Kif sostnut minn PCC, il-kredituri privati li approvaw il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni aktar kienu qed jaġixxu bħala segwaċi tad-deċiżjoni tal-Istat milli bħala promoturi tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni. |
|
(275) |
Fuq il-bażi tal-premessi 270 sa 274, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-vot tal-kredituri pubbliċi ma kienx pari passu. |
(C) Valutazzjoni kontrafattwali diliġenti bbażata fuq evidenza kontemporanja kienet twassal biex kreditur tas-suq jopponi l-Pjan
|
(276) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija aktar 'il fuq, fid-dawl tad-diversi dgħufijiet tal-pjanijiet ta' likwidazzjoni u ta' Riorganizzazzjoni ppreżentati lill-kredituri fir-rapport dwar ir-Riorganizzazzjoni minn R/BDO u fin-nuqqas ta' mġiba pari passu tal-kredituri pubbliċi ma' dik tal-kredituri privati fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji, il-Kummissjoni tqis li kreditur diliġenti u prudenti f'ekonomija tas-suq kien jipproċessa bit-test tiegħu stess biex iqabbel il-pjan ta' likwidazzjoni u ta' Riorganizzazzjoni fiż-żmien tal-votazzjoni. |
|
(277) |
L-istudju ta' AAAS kien konċiż ħafna u, filwaqt li kkritika l-ammont tal-obbligazzjonijiet ambjentali, b'mod partikolari dan ma qiesx l-iżbalji fil-valur tal-pjan ta' Riorganizzazzjoni u, b'hekk, ikkonkluda b'mod imqarraq li l-Pjan kien qed jimmassimizza l-irkupru tiegħu. Fil-preżentazzjoni tagħha, Electrica ma qisitx li kien siewi li twettaq it-test tal-ekonomija tas-suq ex ante tagħha stess, u bbażat fuq l-istudju ta' R/BDO minkejja d-difetti tiegħu. L-awtoritajiet Rumeni ma pprovdewx xi evidenza li Salrom, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma jew CET Govora wettqu xi studju intern ta' kreditur f'ekonomija tas-suq fiż-żmien tal-votazzjoni. |
|
(278) |
Il-Kummissjoni wettqet test tal-MEO, spjegat f'dettall fl-Anness Tekniku, fuq il-bażi tad-data disponibbli għall-kredituri fiż-żmien tal-votazzjoni. F'din il-verżjoni finali tat-test tal-MEO, il-Kummissjoni qieset, meta ġġustifikati u xierqa, il-kummenti li l-awtoritajiet Rumeni ġew mistiedna jipprovdu fuq verżjoni abbozz ta' dan it-test mill-Kummissjoni matul il-proċedimenti formali (ara l-premessa (172)). |
|
(279) |
Ir-riżultati ta' din il-valutazzjoni juru li r-rikavati mil-likwidazzjoni huma ogħla jew daqs dawk tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni fit-tliet xenarji kollha meqjusa għal AAAS, għall-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma, għal Salrom, għal Electrica u għal CET Govora. |
|
(280) |
Fid-dawl tad-diversi tentattivi li fallew fl-imgħoddi, MEO kien iqis ukoll il-fatt li kien hemm probabbiltà għolja ta' falliment jew ta' dewmien serju marbut mal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni: l-involviment b'dak il-mod kien ifisser li Oltchim SA kienet titħalla tidħol f'dejn kurrenti addizzjonali sinifikanti, li jkollu jitnaqqas minn qabel mir-rikavati ta' likwidazzjoni, f'każ li l-bejgħ ta' Oltchim SPV previst fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni jfalli (jew jieħu aktar żmien milli mistenni). Konsegwentement, ir-rikavati tal-pjan ta' Riorganizzazzjoni saħansitra tqiesu bħala iktar baxxi għall-kredituri, minkejja l-kostijiet amministrattivi u legali inevitabbli li jkunu jġarrbu biex jissorveljaw internament l-iskopertura tagħhom għal Oltchim matul il-Pjan. |
|
(281) |
Konsegwentement, kif muri permezz tat-test deskritt fl-Anness Tekniku, AAAS, Electrica, Salrom u l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma ma aġixxewx bħala MEO meta ffavorixxew il-pjan ta' Riorganizzazzjoni fuq il-proċedura ta' likwidazzjoni, peress li r-rikavati mistennija tal-Pjan kienu iżgħar u ferm aktar inċerti. Il-vot tagħhom ta vantaġġ lil Oltchim li kien jammonta għat-tħassir li huma aċċettaw. Iċ-ċirkustanzi speċifiċi inkwistjoni b'rabta ma' CET Govora spjegati f'dettall fil-premessi 246 u 248 ma ppermettewx lill-Kummissjoni biex toħroġ konklużjoni dwar il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku għal dan il-kreditur b'rabta mal-Miżura 3. |
|
(282) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li dan it-tħassir li fil-fatt ġie implimentat, kif muri mir-riżultat eċċezzjonali, irreġistrat minn Oltchim fl-2015, b'rabta mat-tħassir aggregat mill-kredituri pubbliċi u privati kien jammonta għal EUR 518-il miljun (ara l-premessi 91 u 268(b)) u jirrappreżenta aktar minn 95 % tal-anqas limitu tat-tħassir approvat mill-kredituri (ara t-Tabella 4) fil-Pjan, approvat mill-Qorti. |
|
(283) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li, bħala parti mill-Miżura 3, filwaqt li l-vot ta' CET Govora ma kienx jinvolvi vantaġġ għal Oltchim, il-voti ta' AAAS, ta' Electrica, ta' Salrom u tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma pprovdew vantaġġ ekonomiku selettiv lil Oltchim li jlaħħaq mal-RON 1 486 miljun (EUR 327 miljun (127) ), li jikkorrispondi għal-limitu inferjuri tal-medda ta' tħassir li tvarja bejn RON 1,486 miljun (EUR 327 miljun (128) ) u RON 1 525 miljun (EUR 335 miljun) maqbul minn dawk il-kredituri fil-pjan ta' Riorganizzazzjoni, kif spjegat f'dettall fit-tabella li ġejja:
|
|||||||||||||||||||||
6.1.2.4.
|
(284) |
Wara l-valutazzjoni ta' kull miżura b'mod separat, il-Kummissjoni tqis li hemm bżonn li ssir valutazzjoni aktar ġenerali tal-istrateġija tal-Istat rigward Oltchim fil-perjodu bejn Settembru 2012 u April 2015. |
|
(285) |
Il-Miżuri Nri 1, 2 u 3 aktar 'il fuq fil-fatt huma marbutin ma' xulxin b'mod intrinsiku u huma parti mill-istess objettiv ewlieni, jiġifieri s-sostenn u ż-żamma ta' Oltchim fis-suq, u s-salvagwardja tal-impjiegi tal-impjegati tagħha, permezz tan-nuqqas ta' eżekuzzjoni tad-djun/tat-tħassir tad-djun/tal-provvista ssoktata. Dawn il-miżuri kollha ġew allokati u garantiti bl-iffirmar tal-Memorandum imniedi mill-Istat u approvat mill-Prim Ministru (ara l-premessi 1, 31, 150, 203, 205 aktar 'il fuq). Barra minn hekk, dawn il-miżuri kienu sostnuti minn dikjarazzjonijiet ripetuti fl-istampa minn rappreżentanti ta' livell għoli tal-Istat, li għamluha ċara li l-Gvern kellu interess strateġiku li jżomm lil Oltchim miftuħa u li kien biħsiebu jevita l-likwidazzjoni tagħha akkost ta' kollox (ara l-premessi 28, 30, 31, 204(d), 204(e), 204(f), 204(g), 204(h), u 204(i). |
|
(286) |
Din l-istrateġija tidher saħansitra aktar ċara meta jitqiesu (i) l-istess identità ta' dawk li ħadu l-miżuri u l-votazzjoni tagħhom rigward ir-riorganizzazzjoni ta' Oltchim, (ii) il-kronoloġija tal-miżuri inkwistjoni, (iii) l-iskop tagħhom, jiġifieri ż-żamma ta' Oltchim miftuħa akkost ta' kollox u l-evitar tal-likwidazzjoni; u (iv) is-sitwazzjoni (finanzjarja u r-riskju) tal-impriża fiż-żmien li ttieħdet id-deċiżjoni biex tittieħed kull waħda mill-miżuri, jiġifieri li Oltchim kienet viċin l-insolvenza (129). |
|
(287) |
Il-Miżura 3 twassal għal vantaġġ favur Oltchim li ma kienx separabbli mill-Miżuri 1 u 2. Il-Miżura 3 ma kinitx teżisti mingħajr il-miżuri numru 1 u 2. Id-djun akkumulati ma' AAAS taħt il-Miżura 1 u ma' CET Govora minħabba l-provvisti ssoktati mhux imħallsa taħt il-Miżura 2 aktar tard tħassru taħt il-Miżura 3. |
|
(288) |
Skont il-Memorandum, l-atturi pubbliċi u privati li kienu firmatarji għalih qablu li jikkooperaw biex jiżviluppaw “Strateġija Sostenibbli għat-tnedija mill-ġdid” ta' Oltchim bl-objettiv ewlieni: (i) “li jitħeġġu u jiġu protetti l-kredituri, b'mod partikolari l-impjegati” għall-bidu mill-ġdid bis-sħiħ tal-attivitajiet profittabbli u għall-operar ta' dawn fit-tul, filwaqt li jiġi żgurat livell adegwat ta' fiduċja biex huma jkunu jappoġġjaw l-istrateġija, (ii) li l-Partijiet jitħallew jikkomunikaw mas-swieq, mal-komunità internazzjonali u mal-pubbliku ġenerali li huma qed jivvalutaw soluzzjoni sostenibbli fit-tul għal Oltchim, u (iii) li tiġi żgurata r-riorganizzazzjoni kkontrollata ta' Oltchim. |
|
(289) |
B'mod ġenerali, MEO f'sitwazzjoni li hi l-aktar qrib dik ta' AAAS - wara li jqis id-diversi tentattivi li fallew ta' privatizzazzjoni fi blokka waħda - l-ewwel kien jipprova jimponi l-fehma tiegħu ta' pjan ta' riorganizzazzjoni, b'mod partikolari fuq il-bażi ta' bejgħ permezz ta' raggruppamenti ta' assi. AAAS kellha l-mezzi (ara l-premessa 265) biex timmassimizza l-irkupru tad-dejn tagħha mingħand Oltchim billi l-ewwel titlob mingħand il-Qorti eżekuzzjoni tal-pretensjonijiet tagħha, u, b'hekk, tniedi l-insolvenza ta' din tal-aħħar, u mbagħad tressaq kif previst mil-liġi dwar l-insolvenza, il-proposta tagħha stess għal pjan ta' riorganizzazzjoni (Artikolu 94(1) tal-liġi dwar l-insolvenza). |
|
(290) |
Bħala konklużjoni, peress li l-Miżura 3 ma tistax tiġi separata b'mod raġonevoli mill-Miżuri 1 u 2, dawn il-miżuri kollha jikkostitwixxu sensiela ta' interventi marbuta ma' xulxin imputabbli lill-Istat li jagħtu lil Oltchim vantaġġ, kif propost fil-Memorandum. |
|
(291) |
Konsegwentement, b'mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis li ngħata vantaġġ selettiv, ekonomiku totali minn AAAS lil Oltchim fl-ammont ta' EUR 217 827 557 (130) (RON 990 125 260), u l-vantaġġ ekonomiku selettiv aggregat mogħti lil Oltchim mill-kredituri AAAS, Salrom, CET Govora, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma u Electrica jilħaq il-RON 1 516 598 405 (EUR 333 651 649) għall-Miżuri 1 u 3 flimkien (131) li għandu jkun miżjud bil-vantaġġ relatat mal-Miżura 2. |
6.1.3. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri
|
(292) |
L-appoġġ pubbliku jista' jfixkel il-kompetizzjoni anki jekk dan ma jgħinx lill-impriża riċeventi biex tespandi u tikseb sehem fis-suq. Hu suffiċjenti li l-għajnuna tippermettilha li żżomm pożizzjoni kompetittiva aktar b'saħħitha milli kieku ma ġietx ipprovduta l-għajnuna. F'dan il-kuntest, biex jitqies li l-għajnuna qed tiddistorti l-kompetizzjoni, normalment hu biżżejjed li l-għajnuna tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju billi teżentah mill-ispejjeż li kieku kien ikollu jħallas matul l-operat tan-negozju tiegħu ta' kuljum (132). |
|
(293) |
L-appoġġ pubbliku għall-impriżi jikkostitwixxi biss għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn “jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri”. F'dak ir-rigward, mhuwiex meħtieġ li jiġi stabbilit li l-għajnuna għandha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri iżda sempliċiment jekk l-għajnuna jistax ikollha impatt fuq dan il-kummerċ (133). B'mod partikolari, il-Qrati tal-Unjoni stabbilixxew li “fejn l-għajnuna finanzjarja mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li qed jikkompetu fil-kummerċ intra-[Unjoni], dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu li ġew affettwati mill-għajnuna.” (134) |
|
(294) |
Is-sostenn pubbliku jista' jitqies bħala li huwa kapaċi jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri anki jekk ir-riċevitur ma jkunx direttament involut f'kummerċ transfruntier. Pereżempju, is-sussidju jista' jagħmilha aktar diffiċli għall-operaturi fi Stati Membri oħra biex jidħlu fis-suq billi tinżamm jew tiżdied il-provvista lokali (135). |
|
(295) |
Il-Kummissjoni tqis li, billi taw lil Oltchim il-possibbiltà li tkompli bl-attivitajiet tagħha, terġa' torganizza l-attivitajiet tagħha u tħassar djun pubbliċi, il-miżuri jistgħu jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva ta' Oltchim meta mqabbla mal-kompetituri tagħha fis-suq intern. |
|
(296) |
Oltchim hi attiva fil-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi bażiċi, jiġifieri fi swieq kompetittivi fl-Ewropa u madwar id-dinja. |
|
(297) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri għandhom il-potenzjal li jfixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
6.1.4. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat
|
(298) |
Peress li l-kundizzjonijiet kollha għall-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE (ara s-subtaqsimiet 6.1.1. sa 6.1.3 aktar 'il fuq) huma ssodisfati għat-tliet miżuri kollha kemm huma, il-Kummissjoni tikkonkludi li:
|
|
(299) |
Il-Miżuri 1, 2 u 3 meħuda flimkien jikkostitwixxu għajnuna għal AAAS, għall-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma, għal Salrom, għal CET Govora u għal Electrica. Fuq il-bażi tal-premessa 291 aktar 'il fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Rumen ta lil Oltchim għajnuna ekwivalenti għal RON 1 516 598 405 (EUR 333 651 649) li għandha tiżdied bil-vantaġġ relatat mal-Miżura 2. |
6.1.5. Il-legalità tal-għajnuna
|
(300) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Miżuri 1, 2 (rigward CET Govora) u 3 (rigward AAAS, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma, Salrom, Electrica) ingħataw fis-snin 2012-2015 bi ksur tal-obbligi tal-waqfien totali stabbiliti fl-Artikolu 108(3) TFUE. |
|
(301) |
Għaldaqstant, peress li l-miżuri nstabu li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat. |
6.2. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna u l-bażi ġuridika għall-valutazzjoni
|
(302) |
Hi ġurisprudenza stabbilita li Stat Membru li jfittex li jitħalla jagħti għajnuna permezz ta' deroga mir-regoli tat-Trattati għandu dmir li jikkollabora mal-Kummissjoni. |
|
(303) |
Fit-twettiq ta' dak id-dmir, dan irid b'mod partikolari jipprovdi l-informazzjoni kollha biex jippermetti lill-Kummissjoni biex tivverifika li l-kundizzjonijiet għad-deroga mfittxija huma ssodisfati (136). F'dan il-każ, l-awtoritajiet Rumeni ma talbux xi bażi ġuridika għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà. |
|
(304) |
Peress li Oltchim tikkwalifika bħala impriża f'diffikultà (ara l-premessa 88), l-unika bażi għall-kompatibbiltà identifikata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ (137) kienet għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar imsejsa fuq il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-R&R. |
|
(305) |
Tabilħaqq, l-awtoritajiet Rumeni (fi stadju pjuttost tard fil-proċedimenti (138)) iddikjaraw l-eliġibbiltà possibbli tal-miżuri bħala għajnuna għar-ristrutturar u qajmu l-possibbiltà li jikkwalifikaw il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni bħala pjan għar-ristrutturar għal dan l-għan. Għal dan l-għan, ir-Rumanija tenfasizza l-progress konsiderevoli ħafna li għamlet il-kumpanija matul il-perjodu ta' riorganizzazzjoni. |
|
(306) |
Madankollu, wara l-fażi ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterji għall-għajnuna kompatibbli għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-R&R mhumiex kompatibbli ma' kwalunkwe waħda mill-miżuri, anki skont il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni hekk kif ġie approvat u implimentat mir-Rumanija. |
|
(307) |
Speċifikament, bħala l-minimu assolut, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika kwalunkwe kontribuzzjoni sinifikanti reali, attwali u suffiċjenti għall-kostijiet ta' ristrutturar li jistgħu jkunu sostnuti mir-riżorsi proprji ta' Oltchim, skont it-tifsira tal-punt 35 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-R&R. L-ammont ta' għajnuna sostanzjalment jaqbeż il-prezz tal-bejgħ miksub b'mod ieħor wara s-sejħa għal offerti. B'mod konkret, l-ammont kumplessiv tal-għajnuna jisboq it-EUR 333 miljun (ċifra li tikkorrispondi biss għall-Miżuri 1 u 3 flimkien u li għandha tkun ikkomplementata bl-ammont ta' għajnuna li jikkorrispondi għall-Miżura 2), filwaqt li l-ammont miksub mill-bejgħ ta' ħafna mill-assi ta' Oltchim ma jaqbiżx il-EUR 143 miljun, li hu sostanzjalment anqas mil-limitu minimu ta' kontribuzzjoni proprja ta' 50 % meħtieġ mil-Linji Gwida tal-2014 dwar l-R&R (139). Il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni ta' Oltchim għadu ma twettaqx sa din id-data, minħabba li s-sejħa għal offerti l-ġdida għall-bejgħ tal-assi li jifdal ta' Oltchim għadha għaddejja u mhix mistennija titlesta qabel April 2019. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li ma jista' jittieħed f'kunsiderazzjoni ebda sors potenzjali addizzjonali ta' finanzjament mill-bejgħ ta' assi għall-finijiet ta' determinazzjoni tal-kontribuzzjoni proprja għajr dawk diġà reġistrati bħala parti mid-dħul mill-bejgħ li jikkorrispondi għall-ewwel sejħa għal offerti li tlestiet. |
|
(308) |
Barra minn hekk, skont il-punt 65 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-R&R, “meta s-sostenn mill-Istat jingħata f'forma li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-ekwità tal-benefiċjarju, pereżempju meta l-Istat jipprovdi […] jew iħassar id-dejn […] l-għajnuna biex ikun kopert it-telf għandha tingħata biss b'termini li jinvolvu qsim adegwat tal-piż mill-investituri eżistenti”. Ir-Rumanija ma pprovdietx informazzjoni li turi qsim adegwat tal-piż skont il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni. Il-punt 67 tal-Linji Gwida dwar l-R&R jeħtieġ ukoll li “kwalunkwe għajnuna mill-Istat li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-ekwità tal-benefiċjarju għandha tingħata b'termini li jagħtu lill-Istat sehem raġonevoli ta' gwadann fil-futur fil-valur tal-benefiċjarju, fid-dawl tal-ammont ta' ekwità tal-Istat injettat meta mqabbel mal-ekwità li jifdal tal-kumpanija wara li jingħadd it-telf”. Fil-każ ta' Oltchim, ma ntweriex qsim adegwat tal-piż bħal dan. |
|
(309) |
Finalment, fid-dawl tal-pożizzjoni importanti ta' Oltchim fis-settur kimiku fir-Rumanija, u tal-ishma mis-suq sinifikanti tagħha fid-diversi swieq tal-prodotti u ġeografiċi fejn hi attiva, u f'konformità mat-taqsima 3.6.2 tal-Linji Gwida dwar l-R&R, Oltchim missha implimentat miżuri biex tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni maħluqa mill-għajnuna. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li r-Rumanija naqset milli tipproponi kwalunkwe miżura kompensatorja strutturali jew relatata mal-imġiba. |
|
(310) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Pjan ta' Riorganizzazzjoni ma jistax jissodisfa diversi minn fost il-kundizzjonijiet kumulattivi meħtieġa mil-Linji Gwida tal-2014 dwar l-R&R u, għaldaqstant, ma tistax tkompli timxi fuq din il-linja minkejja d-disponibbiltà ddikjarata tar-Rumanija li tagħmel aktar sottomissjonijiet għal dan l-għan. |
6.3. L-irkupru
|
(311) |
Skont it-TFUE u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni, il-Kummissjoni hi kompetenti li tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat irid jabolixxi jew jibdel l-għajnuna meta ssib li din tkun inkompatibbli mas-suq intern (140). Il-Qrati tal-Unjoni sostnew ukoll b'mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jabolixxi l-għajnuna li l-Kummissjoni tqisha inkompatibbli mas-suq intern hu mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (141). |
|
(312) |
F'dan il-kuntest, il-Qrati tal-Unjoni stabbilixxew li dan l-objettiv jintlaħaq ġaladarba r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u tkun ġiet restawrata s-sitwazzjoni ta' qabel il-ħlas tal-għajnuna (142). |
|
(313) |
B'konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (143) ddikjara li “[f]ejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […]”. |
|
(314) |
Kif muri fil-premessa 291 u 299, l-għajnuna mogħtija lil Oltchim permezz tat-tliet miżuri flimkien – li tammonta għal RON 1 516 598 405 (EUR 333 651 649) miljun (għall-Miżuri 1 u 3 flimkien), li għandhom jiżdiedu bl-ammont tal-għajnuna relatat mal-Miżura 2 – ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108 TFUE, u għandha titqies bħala għajnuna illegali u inkompatibbli. Għaldaqstant, din l-għajnuna trid tiġi rkuprata sabiex terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ma ngħataw. |
|
(315) |
L-irkupru għandu għalhekk ikopri ż-żmien minn meta seħħ il-vantaġġ għall-benefiċjarju (144), jiġifieri meta l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sal-irkupru effettiv tagħha u l-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jġarrab l-imgħax sal-irkupru effettiv. |
6.4. Il-kwistjoni tal-kontinwità ekonomika fil-bejgħ ta' Oltchim (145)
|
(316) |
Fil-każ ta' deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni rigward l-irkupru ta' għajnuna inkompatibbli lil impriża fil-kuntest tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, l-Istat Membru inkwistjoni jintalab jirkupra l-għajnuna inkompatibbli. L-obbligu ta' rkupru jista' jiġi estiż għal kumpanija ġdida, li l-kumpanija inkwistjoni tkun trasferixxiet jew biegħet parti mill-assi tagħha lilha, meta dik l-istruttura ta' trasferiment jew ta' bejgħ tirriżulta fill-konklużjoni li hemm kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpaniji (146). |
|
(317) |
Skont id-deċiżjoni tal-Qorti f'L-Italja u SIM 2 vs Il-Kummissjoni, (147) li fuqha l-Kummissjoni bbażat id-deċiżjonijiet tagħha dwar Olympic Airlines, Alitalia u SERNAM, (148) il-valutazzjoni tal-kontinwità ekonomika bejn l-entità “l-antika” u l-istrutturi l-ġodda hi stabbilita fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi. Jistgħu jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin: l-iskop tal-assi mibjugħin (assi u obbligazzjonijiet, manutenzjoni tal-forza tax-xogħol, grupp ta' assi), il-prezz tal-bejgħ, l-identità tax-xerrej(ja), il-mument tal-bejgħ (wara l-inizjazzjoni tal-valutazzjoni preliminari, il-proċedura ta' investigazzjoni formali jew id-deċiżjoni finali) u l-loġika ekonomika tal-operazzjoni. Dan is-sett ta' indikaturi kien ikkonfermat mill-Qorti fid-deċiżjoni tagħha tat-28 ta' Marzu 2012Ryanair vs il-Kummissjoni, (149) li kkonfermat id-deċiżjoni Alitalia. |
|
(318) |
Kif intqal fil-premessa 5 aktar 'il fuq, wara diversi skambji dwar il-kwistjoni tal-kontinwità ekonomika mal-awtoritajiet Rumeni, fit-23 ta' Diċembru 2016, id-DĠ COMP bagħat ittra ta' valutazzjoni preliminari dwar il-kontinwità ekonomika lill-awtoritajiet Rumeni. F'din l-ittra, ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Rumeni dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-bejgħ li jikkonċerna 9 raggruppamenti ta' assi u dwar il-proċess tal-bejgħ (fil-forma ta' proċess tal-offerti xprunat mis-suq), id-DĠ Kompetizzjoni kien tal-fehma preliminari li l-proċess tal-bejgħ ta' Oltchim kif imfassal dak iż-żmien mill-awtoritajiet Rumeni mhux bilfors li kien iwassal għal kontinwità ekonomika bejn Oltchim u l-impriża/i li tista'/jistgħu tirriżulta/jirriżultaw mill-proċess tal-bejgħ, mingħajr ħsara għall-valutazzjoni tal-elementi kruċjali li kienu għadhom mhumiex magħrufa f'dak iż-żmien bħat-tlestija proprja u l-eżitu osservat tal-bejgħ, l-ambitu attwali tat-trasferiment, il-prezz u l-loġika ekonomika tiegħu. |
|
(319) |
F'dan l-istadju tal-proċess tal-bejgħ, wara l-vot tal-approvazzjoni mill-Assemblea tal-Kredituri għal tnejn mix-xerrejja għall-maġġoranza tal-assi ta' Oltchim, ħafna minn dawn l-elementi huma magħrufa. Biex tiddeċiedi dwar jekk hemmx għajnuna mill-Istat li tibbenefika lix-xerrej(ja) ta' Oltchim, il-Kummissjoni se tivvaluta kull wieħed mill-ħames kriterji elenkati hawn fuq kif ġej. |
6.4.1. L-ambitu tal-assi mibjugħa skont il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni rivedut
|
(320) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-assi akkwiżiti mix-xerrej ewlieni - Chimcomplex permezz tar-raggruppamenti ta' assi 1-5 u parzjalment 7 - jirrappreżentaw biss 58 % mill-assi u mill-faċilitajiet tal-produzzjoni ta' Oltchim (fuq il-bażi tal-valwazzjoni ta' Winterhill). Rigward DSG, din tkun qed takkwiżixxi sehem limitat ħafna mill-assi ta' Oltchim, jiġifieri r-raggruppament ta' assi 6 (l-impjant tal-proċessar tal-PVC li storikament kienet qed tieħu b'lokazzjoni mingħand Oltchim). L-assi fil-mira ta' DSG jirrappreżentaw sehem żgħir ħafna mill-assi u mill-faċilitajiet tal-produzzjoni ta' Oltchim (1.94 % fuq il-bażi tal-valwazzjoni ta' Winterhill). |
|
(321) |
Rigward Chimcomplex, din mhix se takkwiżixxi jew tieħu taħt ir-responsabbiltà tagħha kwalunkwe obbligazzjoni ta' Oltchim, kuntratti kummerċjali jew kwalunkwe materja prima eżistenti, prodotti (mhux) lesti jew parts tal-bdil. Il-kostijiet potenzjali relatati mat-tniġġis storiku tal-art jibqgħu mal-Bejjiegħ f'konformità mal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”. Dan jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni espressa fl-ittra tagħha tat-23 ta' Diċembru 2016 li skont din “l-obbligazzjonijiet ta' Oltchim […] li jinkludu djun ambjentali tal-imgħoddi, għandhom jibqgħu ma' Oltchim”. L-istess hu validu għal DSG. |
|
(322) |
Rigward l-impjegati, l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti jew il-kuntratt tal-bejgħ ma kinux jeħtieġu li x-xerrejja jerġgħu jaħtru lil kwalunkwe persuna mill-forza tax-xogħol. Madankollu, ix-xerrejja potenzjali ġew offruti l-possibbiltà li jerġgħu jaħtru lill-impjegati ta' Oltchim u ntalbu jindikaw jekk jagħżlux li jagħmlu dan fl-Offerti Indikattivi tagħhom, filwaqt li jindikaw in-numru ta' impjegati maħtura skont il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju rispettivi tagħhom. Finalment, jidher li Chimcomplex kellha l-għan li terġa' taħtar 1 215-il impjegat, jiġifieri madwar 62 % tal-impjegati ta' Oltchim fil-mument tal-offerta vinkolanti tagħha (150). Iċ-ċifra li l-Bejjiegħ qies rilevanti għall-evalwazzjoni tal-offerti vinkolanti (ara wkoll il-premessa (335)) kienet massimu ta' 984 impjegat biss - in-numru ta' impjegati li fil-fatt qablu mal-pakkett ta' reklutaġġ mill-ġdid, jiġifieri madwar 50 % tan-numru kumplessiv tal-forza tax-xogħol kurrenti ta' Oltchim. Fi kwalunkwe każ, is-sehem ta' impjegati li eventwalment jiġi ttrasferit f'Chimcomplex għadu anqas miċ-ċifri ta' impjegati maħtura mill-ġdid fid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni fejn ma setgħet tiġi stabbilita ebda kontinwità ekonomika (151). |
|
(323) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-kuntratti tal-provvista u tal-bejgħ li huma sinifikanti għan-negozju operazzjonali se jiġu terminati. B'mod partikolari, Chimcomplex tgħid li hi għandha n-netwerk tagħha stess ta' klijenti, b'tali mod li l-klijentela se tinbidel b'mod konsiderevoli wara l-akkwiżizzjoni tal-assi fil-mira. Chimcomplex ikkonfermat b'mod espliċitu wkoll li hi ma kinitx se tuża t-trademark ta' Oltchim. |
|
(324) |
Finalment, il-Kummissjoni tinnota li l-ambitu tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu minn Chimcomplex u minn DSG fuq ir-raggruppamenti mixtrija mingħand Oltchim ser ikun sa ċertu punt differenti meta mqabbel mal-attivitajiet ta' Oltchim fil-mument tal-firma tal-SPA kif muri hawn taħt (ara b'mod partikolari s-subtaqsima 6.4.5.). |
|
(325) |
Rigward ir-raggruppamenti ta' assi mhux mibjugħa li jifdal 8, 9 u parti mir-raggruppament 7, dawn jirrappreżentaw biss minorità tan-negozju ta' Oltchim u huma magħmula minn assi mhux operazzjonali. B'hekk, hu ċar li l-ambitu tal-attivitajiet li se jitwettqu mix-xerrej(ja) potenzjali ma jkunx jidħol fin-negozju ta' Oltchim u jkun ferm probabbli li l-ambitu tal-attivitajiet li jitwettqu bl-użu ta' dawn l-assi jkun differenti minn dak ta' Oltchim. |
6.4.2. Il-prezz tal-bejgħ
|
(326) |
Biex tiġi evitata l-kontinwità ekonomika, l-assi fil-proċess ta' sejħa għal offerti jridu jinbiegħu bil-prezz tas-suq tagħhom. Tali prezz tas-suq hu definit bħala l-prezz li jista' jkun stabbilit minn investitur privat li jaġixxi skont il-kundizzjonijiet tas-suq (152). |
|
(327) |
Wara t-tlestija tas-sejħa għal offerti, ir-Rumanija biegħet il-maġġoranza tal-assi li jinsabu fid-diversi raggruppamenti mibjugħa (1 sa 6 u parzjalment 7) permezz ta' proċess ta' sejħa għal offerti miftuħ, trasparenti, nondiskriminatorju u mhux kundizzjonali għall-offerenti li jissottomettu l-ogħla offerti b'finanzjament garantit kif spjegat hawn taħt. |
|
(328) |
L-ewwel nett, l-istedina għall-preżentazzjoni ta' espressjoni ta' interess għad-diversi raggruppamenti ta' assi ta' Oltchim ma kinitx tippreżenta xi limitazzjoni rigward il-partijiet li setgħu jissottomettu offerti; għaldaqstant, kwalunkwe entità kienet ħielsa li tgħid offerta fil-proċess ta' sejħa għal offerti. |
|
(329) |
Hekk kif jidher ċar mid-diversi Rapporti dwar il-bejgħ tal-assi ta' Oltchim (ara l-premessa 8), Chimcomplex kienet l-unika wieħed minn diversi parteċipanti oħra (fl-istadju finali waslu b'kollox 9 atturi) għas-sejħa għal offerti għal diversi taħlitiet tal-assi ta' Oltchim, kif immexxija mill-amministraturi ġudizzjarji ta' Oltchim, flimkien ma' AT Kearney (“il-Bejjiegħ”). |
|
(330) |
It-tieni, rigward il-prinċipju ta' trasparenza, il-Bejjiegħ ipprovda lill-offerenti kollha b'biżżejjed żmien u bl-informazzjoni neċessarja u dettaljata, biex jitħallew iwettqu valwazzjoni xierqa tal-assi bħala parti mill-proċess ta' diliġenza dovuta. Skont it-2ni u t-3et Rapporti dwar il-bejgħ ta' Oltchim imsemmija fil-premessa 8 aktar 'il fuq, l-offerenti li jipprovdu prova ta' finanzjament garantit għall-prezz inkluż fl-offerti indikattivi tagħhom ingħataw aċċess sħiħ għal kamra tad-data elettronika, setgħu jieħdu sehem fil-laqgħat mal-maniġment ta' Oltchim, setgħu jżuru d-diversi binjiet fis-sit u jieħdu sehem fi proċess strutturat ta' mistoqsijiet u tweġibiet. |
|
(331) |
Barra minn hekk, kien hemm komunikazzjoni kostanti matul il-proċess ta' sejħa għal offerti bejn il-Bejjiegħ (AT Kearney) u l-offerenti kollha li kkwalifikaw għall-istadji rispettivi tal-proċess ta' sejħa għal offerti fil-perjodu ta' wara t-tħabbir pubbliku tal-bejgħ u tad-distribuzzjoni ta' prova lill-offerenti potenzjali (mit-23 ta' Awwissu 2016), ir-riċevuta tal-espressjoni ta' interess u l-iffirmar ta' ftehimiet ta' nuqqas ta' divulgazzjoni mill-offerenti interessati (minn Settembru sa Diċembru 2016), kif ukoll bejn it-23 ta' Jannar 2017 (l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti indikattivi) u s-26 ta' Ġunju 2017 (l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti finali). |
|
(332) |
It-tielet, l-evidenza sottomessa mir-Rumanija turi li ma hemm ebda diskriminazzjoni bejn l-offerenti fi kwalunkwe stadju tal-proċess tal-offerti. Tabilħaqq, hekk kif inhu ovvju minn dak stipulat aktar 'il fuq fil-premessi 328 u dawk sussegwenti, l-offerenti kollha rċevew informazzjoni u kjarifiki dwar il-kriterji tal-għażla tas-sejħa għal offerti, dwar ir-regoli u l-proċeduri, dwar l-iskadenzi għall-preżentazzjoni tal-offerti indikattivi u finali, dwar l-estensjoni ta' tali skadenzi, dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta' Oltchim, dwar elementi neqsin mill-offerti indikattivi jew finali tal-offerenti, u dwar kwalunkwe mistoqsija possibbli tal-offerenti. Matul il-proċess, wara li kienu tneħħew ċerti nuqqas ta' trasparenzi inizjali fir-rigward tal-aċċess indaqs għall-informazzjoni, l-offerenti kollha ġew ipprovduti bl-informazzjoni neċessarja biex iwettqu evalwazzjoni xierqa tal-assi mibjugħa permezz tad-9 raggruppamenti. |
|
(333) |
Ir-raba', minbarra l-limitazzjonijiet li jirriżultaw mill-qafas legali, ma ġiet stabbilita ebda kundizzjoni fuq l-offerenti, kif muri biċ-ċar fl-istedina għas-sejħa għal offerti għall-preżentazzjoni ta' espressjoni ta' interess u fid-diversi ittri mibgħuta lill-offerenti mill-Bejjiegħ (AT Kearney). |
|
(334) |
Il-ħames, it-taħlita ta' offerenti magħżula kienet dik li mmassimizzati l-prezz għall-Bejjiegħ, fid-dawl tal-irtirar ta' White Tiger Management li ma kinitx kapaċi tirrispetta l-kriterji oġġettivi ta' ċertezza tat-tranżazzjoni bl-għan li tiżgura permezz tal-garanziji l-ħlas tal-prezz għall-offerti tagħha (ara l-premessa (181)). Din il-konklużjoni dwar il-prezz massimu miksub mhix f'kontradizzjoni mar-rifjut tal-offerta ogħla ta' White Tiger meta mqabbla ma' Chimcomplex fuq il-bażi tal-fatt li l-finanzjament tal-offerta kien inċert u mhux garantit sal-istandard meħtieġ, u b'hekk kien joffri ċertezza batuta għat-tranżazzjoni. |
|
(335) |
Il-prinċipju tal-prezz massimu lanqas ma nxteħet f'kontradizzjoni mill-bonus marbut mat-trasferiment tal-impjegati li żdied mill-Bejjiegħ, fl-evalwazzjoni tiegħu tal-offerti, b'mod supplimentari għall-offerti tal-prezz. Dan il-bonus li jikkorrispondi għal 40 % tal-kostijiet medji tal-għoti tas-sensji (bħall-valur addizzjonali li jammonta għal EUR 5 000 għal kull impjegat) ġie limitat għal numru massimu ta' 50 % mill-impjegati ta' Oltchim. Skont il-liġi Rumena dwar l-insolvenza, il-ħlasijiet għall-għoti ta' sensja tabilħaqq ħadu prijorità fuq kwalunkwe pretensjoni oħra ta' kredituri privati jew pubbliċi. B'hekk, mill-perspettiva tal-kredituri, il-ħlasijiet għall-għoti ta' sensja għandhom l-istess effett daqslikieku l-prezz imħallas kien anqas skont dawn. Barra minn hekk, fil-każ inkwistjoni, dan il-bonus ma għamel ebda differenza fil-klassifikazzjoni tal-offerti differenti. (153) |
|
(336) |
Rigward ir-raggruppamenti mhux mibjugħa li jifdal (8, 9 u parti mir-raggruppament 7 tal-assi), li jirrappreżentaw il-minoranza tal-assi ta' Oltchim, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mir-Rumanija fil-preżentazzjoni tagħha tal-20 ta' April 2018, kif ukoll l-aħħar 7 Rapport sottomess mill-Bejjiegħ fis-16 ta' Lulju 2018, dawn ukoll huma ppjanati li jinbiegħu bi prezzijiet tas-suq, kif stabbilit permezz ta' proċessi ppjanati ta' sejħa għal offerti mfassla b'mod simili għas-sejħa għal offerti diġà mwettqa, jiġifieri b'mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, lill-offerti li jissottomettu l-ogħla offerti validi u affidabbli għar-raggruppament(i), u għalhekk bi prezz tas-suq. |
|
(337) |
Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-proċess tal-għażla minnu nnifsu kien suffiċjenti għas-salvagwardja li l-prezz tal-assi mibjugħa lix-xerrejja magħżula u approvati jikkorrispondi għall-prezz tas-suq li kien l-uniku kriterju tal-għażla (soġġett għall-prova miġjuba mill-offerent li l-finanzjament tal-offerta tiegħu kien garantit). B'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bejgħ tar-raggruppamenti ta' assi ta' Oltchim sar jew hu ppjanat li jsir permezz ta' proċess tal-offerti miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u mhux kundizzjonali u, b'hekk, il-proċess ta' sejħa għal offerti jiggarantixxi li l-bejgħ sar jew ser isir skont il-prezz tas-suq għar-raggruppamenti ta' assi mibjugħa. |
6.4.3. L-identità tax-xerrej(ja)
|
(338) |
L-identità tas-sidien tal-bejjiegħ u tax-xerrej tipprovdi indikazzjoni b'saħħitha dwar jekk it-trasferiment tal-assi hux ser iwassal għal kontinwità ekonomika attwali (154). Ix-xerrej ewlieni Chimcomplex, hu kkontrollat minn SCR, li hi nfisha hi finalment ikkontrollata mill-azzjonist individwali ewlieni tagħha b'97,25 %. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha, il-Kummissjoni ssib li la l-individwu kontrollur finali ta' SCR u lanqas kwalunkwe entità direttament jew indirettament ikkontrollata minnu jew minn SCR ma għandhom interess ta' ekwità f'Oltchim jew fi kwalunkwe wieħed mill-azzjonisti ta' Oltchim. |
|
(339) |
Rigward DSG, ta' min jinnota li din kellha relazzjoni kummerċjali dejjiema ma' Oltchim. DSG kienet ilha tikri l-faċilità tal-proċessar tal-PVC, inklużi l-impjegati, mingħand Oltchim minn Jannar 2014. Qabel ma bdiet tikri l-faċilitajiet ta' Ramplast (ir-raggruppament ta' assi 6 fil-proċedura tal-bejgħ), DSG kienet wieħed mid-distributuri ewlenin ta' Oltchim tal-profili tal-PVC. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, ma hemm ebda relazzjoni korporattiva bejn DSG u Oltchim. |
6.4.4. Il-mument tal-bejgħ
|
(340) |
Il-Kummissjoni għandha bżonn tivvaluta jekk il-mument tal-proċess ta' sejħa għal offerti jistax iwassal għal ċirkomvenzjoni ta' deċiżjoni mill-Kummissjoni biex tirkupra għajnuna inkompatibbli mill-Istat. |
|
(341) |
F'dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-proċedura ta' insolvenza tnediet u l-amministraturi ġudizzjarji nħatru mill-qorti nazzjonali kompetenti fl-2013. Il-bejgħ tal-assi tnieda mill-amministraturi ġudizzjarji fl-2016, qabel kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward il-konklużjoni tal-proċedura ta' investigazzjoni formali. Barra minn hekk, anki għall-bejjiegħ ewlieni – Chimcomplex, l-ittri tal-bank li ggarantixxew il-bejgħ diġà kienu preżenti f'Diċembru 2017 u fil-bidu tal-2018, jiġifieri qabel l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni. |
|
(342) |
Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li l-bejgħ tnieda mill-amministraturi ġudizzjarji mqabbda mill-qorti nazzjonali kompetenti u li d-deċiżjoni dwar it-trasferiment tal-maġġoranza tal-assi ta' Oltchim ittieħdet qabel l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni hu anqas konklużiv f'termini tal-kontinwità ekonomika milli sitwazzjoni li fiha d-deċiżjoni ta' bejgħ tittieħed mill-benefiċjarji tal-għajnuna stess jew li fiha l-proċess tal-bejgħ jitnieda biss wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni negattiva bl-irkupru bħal dik preżenti. |
6.4.5. Il-loġika ekonomika tal-operazzjoni
|
(343) |
Il-kriterju tal-loġika ekonomika għandu l-għan ta' valutazzjoni ta' jekk ix-xerrej tal-assi hux se jimpjegahom bl-istess mod bħas-sid preċedenti. Il-kontinwità ekonomika hi nieqsa jekk ix-xerrej jintegra l-assi fl-attivitajiet ekonomiċi tiegħu stess u, b'hekk, joħloq sinerġiji addizzjonali minflok ma sempliċiment jużahom bl-istess mod bħall-bejjiegħ (155). |
|
(344) |
Il-Kummissjoni tinnota, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha, li Chimcomplex biħsiebha tintegra b'mod vertikali r-raggruppamenti ta' assi magħżula (1-5 u parzjalment 7) fil-mudell tan-negozju tagħha stess flimkien mal-faċilitajiet tal-produzzjoni kurrenti tagħha f'Onești, ir-Rumanija, biex toħloq fornitur tas-sustanzi kimiċi u tal-petrokimiċi b'portafoll ta' prodotti ta' […].[…] |
|
(345) |
Barra minn hekk, skont il-pjanijiet tal-akkwirent (156), se jitwettqu investimenti ulterjuri fl-assi l-ġodda biex dawn jiġu integrati fil-katina tal-produzzjoni tagħha stess u jkomplu jiġu żviluppati aktar, biex b'hekk Chmcomplex tkun tista' żżid ċerti tagħbijiet tal-kapaċità, filwaqt li tiggwadanja fl-effiċjenza u fil-produttività. |
|
(346) |
B'mod partikolari, għalhekk, Chimcomplex mhix se tuża l-assi li tixtri bl-istess mod bħall-kumpanija insolventi Oltchim. Għall-kuntrarju, Chimcomplex se tintegra l-assi mixtrija fl-istrateġija kummerċjali tagħha stess, filwaqt li tikseb sinerġiji, li jiġġustifikaw l-interess tagħha fix-xiri tal-assi raggruppati li offriet għalihom. Barra minn hekk, it-tħaddim ta' uħud mill-assi kien qed jagħmel telf strutturali u, għalhekk, dawn jistgħu jkunu jeħtieġu ristrutturar, investimenti u xogħlijiet ta' ottimizzazzjoni ulterjuri. |
|
(347) |
L-elementi msemmija hawn fuq juru li l-loġika ekonomika tal-offerta ta' Chimcomplex ma tikkonsistix f'kontinwazzjoni tal-attività ekonomika ta' Oltchim, iżda fl-integrazzjoni ta' parti mill-assi tagħha u ta' parti mill-forza tax-xogħol tar-raggruppamenti mixtrija ta' Oltchim fi grupp separat li timmira lejn il-loġika ekonomika, l-istrateġija industrijali u l-objettivi tagħha stess. |
|
(348) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-loġika ekonomika tal-operazzjoni hi li ġġiegħel lil Chimcomplex tuża l-assi li jinsabu fir-raggruppamenti 1-5 ta' Oltchim u parzjalment 7 b'kundizzjonijiet differenti u mhux biex tkompli l-istrateġija ta' Oltchim. |
|
(349) |
Finalment, rigward ir-raggruppamenti mhux mibjugħa li jifdal 8, 9 u parti mir-raggruppament 7, dawn jirrappreżentaw minorità tal-assi ta' Oltchim u fihom assi mhux operazzjonali biss. Għaldaqstant, anki fil-każ ipotetiku estrem li fih ir-raggruppamenti kollha li jifdal jinxtraw minn xerrej potenzjali wieħed (għajr Chimcomplex, li diġà kkonfermat li mhix interessata li tixtri xi wieħed mill-assi li jifdal), dawn ma jkunux jikkostitwixxu l-istess negozju li kienet qed tmexxi Oltchim qabel ma tlesta l-ewwel proċess ta' bejgħ u jkun improbabbli li x-xerrej tagħhom ikun jista' jikkwalifika bħala li qiegħed ikompli n-negozju ta' Oltchim. |
6.4.6. Konklużjoni dwar (id-dis)kontinwità ekonomika ta' Oltchim permezz tal-bejgħ tal-assi lil Chimcomplex, lil DSG u lil xerrejja potenzjali oħra għar-raggruppamenti mhux mibjugħa li jifdal
|
(350) |
L-assi ta' Oltchim inbiegħu jew huma ppjanati li jinbiegħu bil-prezz tas-suq tagħhom, kif stabbilit permezz ta' proċess ta' sejħa għal offerti miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u mhux kundizzjonali lill-offerenti li ssottomettew jew se jissottomettu l-akbar offerta għat-taħlita ta' raggruppamenti li jimmassimizzaw id-dħul mill-bejgħ. Ir-Rumanija informat lill-Kummissjoni li x-xerrej ewlieni approvat – Chimcomplex għar-raggruppamenti ta' assi 1-5 u parzjalment 7 – m'għandux rabta ekonomika jew korporattiva ma' Oltchim.. Bl-istess mod, bħalissa DSG topera r-raggruppament ta' assi 6 (impjant tal-proċessar tal-PVC meħud b'lokazzjoni) iżda m'għandha ebda rabta ta' sjieda jew korporattiva ma' Oltchim. Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni dwar il-bejgħ ittieħdet qabel id-deċiżjoni negattiva preżenti tal-Kummissjoni rigward il-proċedura ta' investigazzjoni formali. Finalment, kull wieħed mis-sidien il-ġodda u mix-xerrejja potenzjali se juża l-assi f'kundizzjonijiet differenti u skont mudelli kummerċjali differenti minn dawk ta' Oltchim. L-ambitu tal-attivitajiet tax-xerrejja ser ikun sa ċertu punt konsiderevoli differenti mill-attivitajiet ta' Oltchim. |
|
(351) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni hi tal-fehma li ma hemm ebda kontinwità ekonomika bejn Oltchim u Chimcomplex jew DSG, u x-xerrejja ta' ħafna mir-raggruppamenti ta' assi ta' Oltchim, li, għalhekk, mhumiex responsabbli għal kwalunkwe għajnuna mill-Istat li għandha tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji. Bl-istess mod, il-Kummissjoni tqis li hu ferm improbabbli li ser ikun hemm kontinwità ekonomika bejn Oltchim u kwalunkwe xerrej potenzjali tal-assi li jifdal li huma ppjanati li jinbiegħu permezz ta' sejħa għal offerti ġdida kif deskritta fil-preżentazzjoni tar-Rumanija tal-20 ta' April 2018. |
7. KONKLUŻJONI
|
(352) |
Il-Kummissjoni ssib li l-miżuri numru 1, 2 (rigward CET Govora) u 3 (rigward AAAS, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma, Salrom, Electrica) ittieħdu flimkien jew jikkostitwixxu b'mod separat għajnuna mill-Istat lil Oltchim SA fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(353) |
Il-Kummissjoni ssib li l-miżuri numru 2 (rigward Salrom) u 3 (rigward CET Govora) ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat lil Oltchim SA fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(354) |
Il-Kummissjoni ssib ukoll li r-Rumanija implimentat b'mod illegali l-miżuri numru 1, 2 (rigward CET Govora) u 3 (rigward AAAS, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma, Salrom, Electrica) bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE. |
|
(355) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-elementi tal-għajnuna permezz tal-miżuri numru 1, 2 (rigward CET Govora) u 3 (rigward AAAS, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma, Salrom, Electrica) huma inkompatibbli mas-suq intern, minħabba li l-kundizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-R&R ma ġewx issodisfati u ma ġiet identifikata ebda bażi oħra tal-kompatibbiltà u dawn iridu jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarju, flimkien mal-imgħax tal-irkupru. |
|
(356) |
It-tali rkupru mhux se jikkonċerna lil Chimcomplex u lil DSG, minħabba n-nuqqas ta' kontinwità ekonomika bejn Oltchim u ż-żewġ xerrejja msemmija aktar 'il fuq Chimcomplex u DSG, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżuri li ġejjin soġġetti għal din id-Deċiżjoni mdaħħla fis-seħħ b'mod illegali mir-Rumanija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, flimkien u b'mod separat, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat:
|
(a) |
in-nuqqas ta' infurzar u l-akkumulazzjoni ulterjuri tad-djun bejn Settembru 2012 u Jannar 2013; |
|
(b) |
l-appoġġ għall-operazzjonijiet ta' Oltchim fil-forma ta' provvisti ssoktati mhux imħallsa u akkumulazzjoni ulterjuri tad-dejn minn Settembru 2012 minn CET Govora mingħajr miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-pretensjonijiet tagħha fl-ammont li għandu jiġi determinat flimkien mar-Rumanija matul il-fażi ta' rkupru; |
|
(c) |
it-tħassir tad-dejn skont il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni minn AAAS, mill-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma, minn Salrom u minn Electrica SA għal ammont aggregat, flimkien mal-Artikolu 1(a), ta' RON 1 516 598 405. |
Artikolu 2
Il-miżuri li ġejjin soġġetti għal din id-Deċiżjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE:
|
(a) |
Is-sostenn għall-operazzjonijiet ta' Oltchim fil-forma ta' provvisti ssoktati minn Settembru 2012; |
|
(b) |
It-tħassir tad-dejn tal-2015 skont il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni minn CET Govora. |
Artikolu 3
L-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 1(a) u (c), li tammonta għal total ta' RON 1 516 598 405 miljun, kif ukoll l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 1(b), mogħtija illegalment mir-Rumanija, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, favur Oltchim, hi inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 4
(1) Ir-Rumanija għandha tirkupra mingħand il-benefiċjarju l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1.
(2) Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandu jkollhom l-imgħax mid-data li fiha jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv tagħhom.
(3) L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta f'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (157).
Artikolu 5
(1) L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
(2) Ir-Rumanija għandha tassigura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien sitt xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
(1) Fi żmien ħames xhur wara n-notifika ta' din id-deċiżjoni, ir-Rumanija għandha tgħid t-tagħrif li ġej lill-Kummissjoni:
|
(a) |
l-ammont totali (il-prinċipal u l-imgħax tal-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati biex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna. |
(2) Ir-Rumanija għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħudin għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmi fl-Artikolu 1. Għandha tgħid minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u dawk ippjanati għal konformità ma' din id-Deċiżjoni. Għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħax ta' rkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.
Artikolu 7
(1) Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Rumanija.
(2) Il-Kummissjoni tista' tippubblika l-ammonti tal-għajnuna u tal-imgħax ta' rkupru rkuprati fl-applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni, mingħajr ħsara għall-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2015/1589.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/246/UE tas-7 ta' Marzu 2012 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.29041 (C 28/2009, ex N 433/2009) Miżuri ta' appoġġ favur Oltchim SA Râmnicu Vâlcea (notifikata bid-dokument C(2012) 1369) (ĠU L 148, 1.6.2013, p. 33).
(3) Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġna.
(4) Kien hemm 7 Rapporti lid-DĠ Kompetizzjoni dwar l-Istruttura u l-Proċess ta' Bejgħ tal-Assi ta' Oltchim, b'kull wieħed li kopra perjodu differenti tal-proċess ta' bejgħ kif ġej: “l-1ew Rapport” (Lulju 2016 – it-23 ta' Jannar 2017), “it-2ni Rapport” (it-23 Jannar – it-30 ta' Marzu 2017), “it-3et Rapport” (it-30 ta' Marzu – il-21 Lulju 2017), ir-“4a Rapport” (il-21 ta' Lulju – il-15 ta' Settembru 2017), “il-5es Rapport” (is-16 ta' Settembru - is-17 ta' Novembru 2017), “is-6t Rapport” (is-17 ta' Novembru 2017 – it-18 ta' Jannar 2018), u s-“7a Rapport” (it-18 ta' Jannar 2018 – is-16 ta' Lulju 2018).
(5) Data mill-preżentazzjoni tar-Rumanija tat-23 ta' Ottubru 2015.
(6) Dak iż-żmien, id-dejn ġie ttrasferit lill-aġenzija Rumena “AVAB”) (Autoritatea pentru Valorificarea Activelor Bancare – l-Awtorità għall-Irkupru tal-Assi Bankarji), li f'Mejju 2004 ġiet fuża mal-aġenzija tal-privatizzazzjoni APAPS (l-Awtorità għall-Privatizzazzjoni u għall-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-Istat) u ngħatat l-isem il-ġdid AVAS (Autoritatea pentru Valorificarea Activelor Statului - l-Awtorità għall-Kapitalizzazzjoni tal-Assi tal-Istat) u mbagħad ingħatat l-isem il-ġdid AAAS (l-Awtorità li Tamministra l-Assi tal-Istat) f'Diċembru 2012.
(7) Ir-rata medja tal-kampjun bejn EUR u USD fl-2001 kienet ta' 1 EUR = 0,89 USD.
(8) Ara l-Artiklu disponibbli fuq: http://www.zf.ro/companii/inca-o-privatizare-esuata-2994230.
(9) Ara l-Artiklu disponibbli fuq: http://www.zf.ro/companii/apaps-o-ia-de-la-capat-in-povestea-de-privatizare-a-oltchim-2969252.
(10) Ara l-premessi 28 u segwenti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2009 li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' appoġġ favur Oltchim SA Râmnicu Vâlcea disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/233028/233028_1337483_956_3.pdf.
(11) RON 538 miljun f'dejn u RON 511-il miljun f'interessi mitluba mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2011.
(12) Permezz ta' ittra tal-21 ta' Ottubru 2011, il-Prim Ministru Rumen Emil Boc wassal l-impenn sod tal-Gvern Rumen li jipprivatizza lil Oltchim bis-sħiħ, inkluża l-parteċipazzjoni sħiħa dovuta lill-awtoritajiet pubbliċi wara l-konverżjoni tad-dejn. It-tħabbira tal-privatizzazzjoni kellha ssir fi tmiem Marzu 2012, u l-privatizzazzjoni kellha tiġi konkluża sa tmiem Mejju 2012. Il-Prim Ministru Rumen il-ġdid Mihai-Răzvan Ungureanu reġa' afferma dawn l-impenji permezz ta' ittra tas-16 ta' Frar 2012.
(13) Ir-rapport ta' Raiffeisen dwar il-likwidazzjoni minn Frar 2011 (aġġornat f'Ottubru 2011) (“ir-rapport tal-2011 ta' Raiffeisen”) u r-rapport ta' evalwazzjoni ta' Romcontrol Bucharest SA minn Marzu 2011.
(14) Ir-rapport tal-2011 ta' Raiffeisen (Frar), it-tabella fil-paġni 16 u 17.
(15) Ara t-Tabella 7 fid-deċiżjoni tal-2012 tal-Kummissjoni.
(16) Id-deċiżjoni tal-2012 tal-Kummissjoni, punt 153.
(17) Ara pereżempju l-artikli fl-istampa tad-19 ta' Settembru 2012 disponibbli fuq http://economie.hotnews.ro/stiri-companii-13255610-ministrul-economiei-daniel-chitoiu-din-informatiile-noastre-deja-mai-multi-investitori-interesati-depuna-ofertele-pentru-combinat-firme-din-vest.htm?nomobile=.
(18) Ara t-Tweġiba tar-Rumanija għall-Ftuħ tal-Investigazzjoni mill-Kummissjoni, sottomissjoni tal-15 ta' Ġunju 2016, paragrafu 64.
(19) Ara pereżempju: http://www.bursa.ro/oltchim-a-incheiat-cu-pierderi-de-396-milioane-lei-195247&s=companii_afaceri&articol=195247.html; http://www.bursa.ro/memorandum-pentru-finantarea-oltchim-190490&s=piata_de_capital&articol=190490.html; http://www.sitevechi.impactreal.ro/2012111813712/Ministerul-Economiei-va-aplica-un-program-de-restructurare-a-Oltchim-in-vederea-privatizarii.html; http://www.ziare.com/social/angajati/salariatii-de-la-oltchim-au-renuntat-la-pichetarea-ministerului-economiei-1201772.
(20) Ara l-artiklu fl-istampa tal-1 ta' Ottubru 2012 disponibbli fuq: https://www1.agerpres.ro/politica/2012/10/01/victor-ponta-am-cerut-ca-abordarea-fata-de-oltchim-sa-fie-complet-schimbata-joi-vom-prezenta-planul-de-relansare-21-19-23
(21) Ara l-artiklu fl-istampa tal-1 ta' Ottubru 2012 disponibbli fuq: https://www1.agerpres.ro/politica/2012/10/01/victor-ponta-am-cerut-ca-abordarea-fata-de-oltchim-sa-fie-complet-schimbata-joi-vom-prezenta-planul-de-relansare-21-19-23.
(22) Ara pereżempju l-artiklu tas-17 ta' Ottubru 2012 disponibbli fuq: http://economie.hotnews.ro/stiri-companii-13431372-daniel-chitoiu-spune-luni-reporni-productia-una-dintre-sectiile-oltchim.htm.
(23) Il-preżentazzjonijiet tar-Rumanija tal-11 ta' Marzu 2013 u tas-7 ta' Frar 2013.
(24) Deċiżjoni Nru 27 tal-31 ta' Awwissu 2012, Deċiżjoni Nru 58 tal-31 ta' Ottubru 2012, Deċiżjoni Nru 61 tas-16 ta' Novembru 2012, Deċiżjoni Nru 86 tat-28 ta' Diċembru 2012.
(25) Ara artiklu fl-istampa disponibbli fuq: http://economie.hotnews.ro/stiri-companii-13622312-exclusiv-daniel-chitoiu-compania-oltchim-pregatita-pentru-noua-privatizare-urma-aplicarii-unui-plan-restructurare-care-presupune-externalizarea-unor-activitati-servicii-conexe.htm.
(26) L-Uffiċċju għall-Parteċipazzjoni Statali fil-Privatizzazzjoni tal-Industrija (Oficiului Participatorilor Statului si Privatizării in Industrie).
(27) L-Artikolu 18 tal-liġi dwar l-insolvenza.
(28) L-Artikolu 59 tal-liġi dwar l-insolvenza.
(29) L-Artikolu 36 tal-liġi dwar l-insolvenza.
(30) L-Artikolu 38 tal-liġi dwar l-insolvenza.
(31) L-Artikolu 73 tal-liġi dwar l-insolvenza.
(32) L-Artikolu 100(3) tal-liġi dwar l-insolvenza.
(33) L-Artikolu 3(21) tal-liġi dwar l-insolvenza.
(34) Ir-rapport jagħmel distinzjoni bejn il-klassijiet ta' assi li ġejjin: (i) assi fissi – l-art, (ii) assi fissi – il-bini u l-binjiet speċjali, (iii) assi fissi – l-impjanti, it-tagħmir, il-makkinarju, (iv) inventarji, (v) assi finanzjarji, (vi) assi intanġibbli – ditta, fama, trademarks, privattivi, u (vii) investimenti kurrenti.
(35) Għall-valur tas-suq, ara l-Anness 1C tar-Rapport. Għall-valur tal-likwidazzjoni, ara l-Anness 1D tar-Rapport.
(36) Kif intqal fis-sentenza tal-Qorti tat-22 ta' April 2015 li tapprova l-Pjan ta' Riorganizzazzjoni ta' Oltchim, Kawża Nru 887/90/2013, paġni 21 u 32.
(37) Dawn li ġejjin jiġu trasferiti lil Oltchim SPV: l-assi ta' Oltchim SA li jinsabu fil-pjattaforma industrijali ta' Râmnicu Vâlcea u/jew id-Diviżjoni Petrokimika ta' Bradu, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, id-ditta, il-klijenti, il-kuntratti ffirmati mal-fornituri u mal-klijenti, u l-impjegati kollha ta' Oltchim SA li jkunu jeżistu fiż-żmien tat-trasferiment f'kull sit industrijali, kif ukoll l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi kollha li huma meħtieġa għall-operazzjoni u għan-negozju tal-kumpanija.
(38) Skont il-liġi Rumena, il-prezz tal-bidu tan-negozjar għandu jkun ogħla mill-MV stmat tal-assi.
(*1) Rata tal-kambju użata (1 RON = 0,22 EUR)
(*2) Il-kredituri pubbliċi jew l-Intrapriżi tal-Istat (SoEs) immarkati b'tipa skura
(39) Wara li daħlet fil-proċedimenti ta' insolvenza, bħala riżultat tal-operazzjonijiet issoktati, Oltchim kompliet takkumula aktar djun, l-aktar ma' intrapriżi tal-istat bħal CET Govora, il-Kumpanija Nazzjonali tal-Ilma u DGFP Craiova. Id-data għat-30 ta' Novembru 2014 ippreżentata lill-Qorti flimkien mal-Pjan, tindika li l-obbligazzjonijiet kurrenti ta' Oltchim kienu jammontaw għal RON 221 495 571 (madwar EUR 50 miljun) li minnhom id-djun pubbliċi kienu jammontaw għal madwar EUR 8,8 miljun.
(40) DGFP ma kinitx firmatarja tal-Memorandum u l-pretensjonijiet tagħha kienu żgħar ħafna meta mqabbla ma' dawk ta' AAAS jew ta' Electrica.
(41) Electrica Furnizare hi kumpanija privata mill-2014 'l hawn u ma kinitx firmatarja għall-Memorandum fl-2012 (ara l-premessa 235 aktar 'il quddiem). Il-pretensjonijiet tagħha għal Oltchim kienu żgħar ħafna meta mqabbla ma' dawk dovuti minn Electrica stess.
(42) Il-Konsorzju qies il-kategoriji kollha tad-dejn bħala żvantaġġati skont it-tifsira tal-liġi dwar l-insolvenza, peress li d-djun kollha taħt il-Pjan ta' Riorganizzazzjoni jitħallsu f'anqas minn proporzjon ta' 100 % jew fi żmien aktar minn 30 jum wara l-konferma tal-Pjan mill-imħallef tal-insolvenza (ara l-Pjan ta' Riorganizzazzjoni, taqsima 1.2.1 u t-taqsima 5.1.1).
(43) Sottomissjoni tar-Rumanija tat-22 ta' Ottubru 2015.
(44) Il-preżentazzjoni tar-Rumanija tat-22 ta' Ottubru 2015, paġna 2.
(45) Din il-miżura oriġinarjament ġiet ippreżentata bħala l-Miżura 3 fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Madankollu, peress li hi kronoloġikament simultanja għall-Miżura 1, billi t-tnejn li huma ġew qabel it-tielet miżura (oriġinarjament enumerata 2 fid-Deċiżjoni tal-ftuħ), għall-fini ta' din id-Deċiżjoni din se tissejjaħ il-Miżura 2.
(46) Kif spjegat fin-nota f'qiegħ il-paġna aktar 'il fuq, din il-miżura oriġinarjament ġiet ippreżentata bħala l-Miżura 2 fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(47) B'mod partikolari, Electrica, Salrom, CET Govora u l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma.
(48) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).
(49) Il-Bank ta' Transilvania, il-Bank Kummerċjali Rumen, MFC Commodities GmbH Austria, Chemimpex LTD Turkija, Tricon DRY LTD – Stati Uniti, Alum SA – Rumanija, Arelco Power SRL – Rumanija, SC Bulrom Gas SA, Uzinele Sodice Govora – Ciech Chemical Group SA.
(50) Polcheme Societe Anonime u Bulrom Gas Impex SRL.
(51) Il-liġi tar-Rumanija dwar l-insolvenza teħtieġ li l-pjan ta' riorganizzazzjoni jipprovdi għar-ristrutturar operazzjonali tad-debitur, ir-ristrutturar korporattiv (permezz tal-modifika tal-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja), u għal-limitazzjoni tal-attività tad-debitur permezz tal-likwidazzjoni ta' wħud mill-assi tad-debitur. Il-pjan għandu jinkludi wkoll il-perspettivi għar-ritorn tal-vijabbiltà tad-debitur. Il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq mhumiex osservati mill-Pjan ta' Riorganizzazzjoni approvat mill-kredituri.
(52) PCC issottometta studju separat minn […] li xeħet f'dubju l-prezz tal-bejgħ mistenni ta' Oltchim. Dan jikkuntrasta mal-valur tal-bejgħ stmat għal EUR 306 miljun fil-Pjan.
(53) Ara l-preżentazzjoni tar-Rumanija tat-28 ta' Novembru 2016.
(54) https://top100.seenews.com/wp-content/uploads/2012/07/SEE_top_100_2016_1.pdf.
(55) Ara l-paragrafu 35 tat-tweġiba tar-Rumanija għall-osservazzjonijiet ta' partijiet terzi dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(56) Ara t-tweġiba tar-Rumanija tas-16 ta' Mejju 2018 – anness I punt R7.
(57) Dawn id-9 raggruppamenti ta' assi kienu: (1) Ir-raggruppament ta' assi tal-klor-alkali, li primarjament jikkonsisti f'faċilitajiet tal-elettroliżi tal-membrana u tal-proċess kawstiku ta' Oltchim; (2) Ir-raggruppament ta' assi tal-osso-alkoħol, li primarjament jikkonsisti fl-installazzjonijiet ta' Oltchim għall-produzzjoni ta' osso-alkoħols u l-eks impjant tad-DOP, li seta' jiġi kkonvertit għall-produzzjoni tad-DOTP, plastifikant aċċettat fis-suq Ewropew; (3) Ir-raggruppament ta' assi tal-PO/tal-poljoli, primarjament bl-installazzjonijiet tal-proċess tal-ġir, tal-ossidu tal-propilen u tal-poljoli ta' Oltchim fil-qalba tiegħu; (4) Ir-raggruppament ta' assi tas-servizzi tas-siti, li primarjament fih l-infrastruttura industrijali u l-artijiet ewlenin fis-sit ta' Vâlcea u pożizzjonat bħal maniġer tal-faċilitajiet industrijali għal raggruppamenti ta' assi oħra fis-sit; (5) Ir-raggruppament ta' assi tar-railcar, li primarjament jinkludi flotta sinifikanti ta' diversi karozzi bir-rail tank speċjalizzati għat-trasport ta' provvisti u ta' prodotti manifatturati fis-sit ta' Vâlcea u/jew f'siti tal-produzzjoni simili f'postijiet oħra; (6) Il-faċilità tal-proċessar tal-PVC ta' Ramplast għall-produzzjoni ta' profili tal-PVC għat-twieqi u għall-bibien. (7) Ir-raggruppament ta' assi tal-VCM/PVC, li primarjament jinkludi installazzjonijiet sospiżi għall-produzzjoni ta' monomer tal-klorur tal-vinil u għas-sinteżi tal-PVC; (8) Ir-raggruppament ta' assi ta' Bradu, li primarjament jikkonssiti fl-eks sit u faċilitajiet petrokimiċi li jinsabu f'Pitesti-bradu, li jinkludu installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-kreker, tal-idroġenazzjoni u tal-polimeru (PE/PP); u (9) Ir-raggruppament ta' assi tal-anidride ftaliku, li primarjament jikkonsisti fl-impjant tal-Anidride Ftaliku fis-Sit ta' Vâlcea.
(58) Kif spjegat mill-Bejjiegħ, White Tiger Wealth Management ma setgħatx tipprovdi prova suffiċjenti ta' ċertezza tat-tranżazzjoni u fit-23 ta' Ottubru 2017 finalment ġie deċiż b'mod unilaterali l-irtirar mit-tranżazzjoni.
(59) Skont it-Tweġiba tar-Rumanija tas-16 ta' Mejju 2018, dawn ilkoll huma assi mhux funzjonali.
(60) Ara l-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust Marine), ECLI:EU:C:2002:294.
(61) Il-Kawża C-248/84, Il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1987:437, il-paragrafu 17.
(62) Il-kunċett ta' impriżi pubbliċi jista' jiġi definit b'referenza għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f'ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17). L-Artikolu 2(b) ta' din id-Direttiva jsostni li “impriżi pubbliċi” tfisser kull impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tas-sjieda li għandhom tagħha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha”.
(63) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust Marine), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 52.
(64) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust Marine), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Ġunju 2008, SIC vs Il-Kummissjoni, T-442/03, ECLI:EU:T:2008:228, il-paragrafi 93 sa 100.
(65) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Ottubru 2014, Commerz Nederland, C-242/13, ECLI:EU:C:2014:2224, il-paragrafu 35.
(66) Ara l-Ordinanza tal-Gvern Nru 1005/2002, kif imsemmi fuq is-sit web tal-kumpanija: www.cetgovora.ro.
(67) Deċiżjoni Nru 27 tal-31 ta' Awwissu 2012, Deċiżjoni Nru 58 tal-31 ta' Ottubru 2012, Deċiżjoni Nru 61 tas-16 ta' Novembru 2012, Deċiżjoni Nru 86 tat-28 ta' Diċembru 2012.
(68) https://romanialibera.ro/actualitate/eveniment/directorul-oltchim-a-demisionat-la-presiunea-angajatilor-combinatului-292711.
(69) https://www.digi24.ro/stiri/actualitate/justitie/dan-sova-condamnat-la-3-ani-de-inchisoare-cu-executare-950309.
(70) Tliet ministeri, AAAS, l-Uffiċċju għall-Parteċipazzjoni tal-Istat fil-Privatizzazzjoni tal-Industrija, Electrica, CFR Marfă, Salrom SA, Oltchim, CEC Bank. Minn Lulju 2014, il-maġġoranza tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji ta' Electrica saret ta' sjieda privata.
(71) Banca Transilvania SA u Banca Comercială Română.
(72) Il-mexxejja tas-Sindakat saħqu biex il-Prim Ministru Ponta jwaqqaf kummissjoni għall-valutazzjoni u għat-teħid ta' deċiżjonijiet, filwaqt li lmentaw li l-amministraturi ġudizzjarji jkunu “ jwasslu biex Oltchim tfalli permezz ta' sensji kollettivi, qgħad tekniku u jżommu l-installazzjonijiet magħluqin ” u talbu “ deċiżjoni politika biex tiġi stabbilita l-istrateġija tal-funzjonament u l-privatizzazzjoni ta' Oltchim u l-kapitalizzazzjoni ta' din ” kif ukoll miżuri oħra biex tiġi salvata l-kumpanija. Ara l-artikli fl-istampa tas-26 ta' Lulju 2013 disponibbli fuq: http://romanialibera.ro/economie/finante-banci/ce-ii-cer-sindicalistii-oltchim-lui-ponta-308646 u tal-4 ta' Diċembru 2013 disponibbli fuq: https://www.voceavalcii.ro/18598-francu-il-cheama-pe-ponta-in-mijlocul-sindicalistilor-de-la-oltchim.html.
(73) Ara l-artiklu tas-26 ta' Jannar 2013 disponibbli fuq: https://www1.agerpres.ro/economie/2013/01/26/vosganian-fmi-are-o-viziune-pesimista-privind-oltchim-19-59-47.
(74) Ara l-artiklu tad-29 ta' Marzu 2013 disponibbli fuq: http://www.mediafax.ro/social/ponta-comisia-europeana-nu-permite-ajutor-de-stat-la-oltchim-si-nu-avem-cumparatori-sunt-necesare-disponibilizari-10700467, u l-artiklu tat-30 ta' Marzu 2013, disponibbli fuq: https://revista22.ro/24001/html.
(75) Ara l-artiklu tas-17 ta' Diċembru 2013 disponibbli fuq: https://www1.agerpres.ro/economie/2013/12/17/retrospective-2013-oltchim-ramnicu-valcea-tinut-pe-aparatele-insolventei--12-13-21; http://economie.hotnews.ro/stiri-finante_banci-16227528-oltchim-ramnicu-valcea-tinut-aparatele-insolventei-retrospectiva.htm.
(76) Ara l-artiklu tal-10 ta' April, aġġornat fit-13 ta' April 2013, disponibbli fuq: http://stirileprotv.ro/stiri/financiar/vosganian-mari-companii-au-exprimat-in-scris-interesul-pentru-oltchim-ponta-atentie-la-escroci.html.
(77) Ara l-artiklu tat-30 ta' Mejju 2013 disponibbli fuq: http://romanialibera.ro/economie/companii/vosganian--despre-oltchim--vorbim-despre-distrugerea-unui-tezaur-de-proprietate-industriala-303367.
(78) Ara l-artiklu tad-9 ta' Lulju 2013 disponibbli fuq: https://www1.agerpres.ro/economie/2013/9/17/Varujan-Vosganian-Oltchim-va-deveni-bancabil17-09-2013-17-14-49.
(79) Ara l-artiklu tas-17 ta' Settembru 2013 imniżżel minn fuq: https://www.agerpres.ro/economie/2013/9/17/Varujan-Vosganian-Oltchim-va-deveni-bancabil17-09-2013-17-14-49.
(80) Ara l-artiklu tad-19 ta' Frar 2014 disponibbli fuq: http://www.economica.net/ponta-despre-situatia-de-la-oltchim-n-as-vrea-sa-explodeze-din-lipsa-noastra-de-capacitate-politica_73937.html#n.
(81) Ara l-artiklu fl-istampa tal-1 ta' April 2014 disponibbli fuq: http://www.economica.net/constantin-nita-exclude-varianta-falimentului-in-cazul-oltchim_76820.html.
(82) Ara l-artiklu tat-3 ta' Ġunju 2014 disponibbli fuq: http://adevarul.ro/economie/afaceri/constantin-nita-guvernul-nu-inchide-oltchim-niciodata-1_538d9c800d133766a84153d9/index.html, u l-artiklu tas-6 ta' Ġunju 2014 disponibbli fuq: https://www.wall-street.ro/articol/Companii/167170/ponta-oltchim-nu-mai-are-pierderi-si-este-eligibil-pentru-credite.html.
(83) Il-punt 82 tal-preżentazzjoni tar-Rumanija datata s-16 ta' Mejju 2018.
(84) CFR Marfă, parti mill-Memorandum, ivvotat kontra l-Pjan, iżda l-vot tagħha ma ħalliex impatt fuq il-maġġoranza miżmuma mill-firmatarji tal-Memorandum f'kull kategorija ta' kredituri. Il-valur tal-pretensjonijiet tad-differenti.
(85) Skont l-aħħar informazzjoni fuq is-sit web tagħha (disponibbli fuq http://www.rowater.ro/default.aspx), l-Amministrazzjoni Nazzjonali Rumena tal-Ilma twaqqfet permezz tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 107/2002, emendata u kompletata mill-Ordinanza ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 73/2005 (disponibbli fuq http://legislatie.just.ro/Public/DetaliiDocumentAfis/153726). L-istatut dwar il-funzjonament u l-organizzazzjoni tagħha ġie approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1176 tad-29 ta' Settembru 2005 (disponibbli fuq http://legislatie.just.ro/Public/DetaliiDocument/31843).
(86) Ara l-Artikolu 1 tal-istatut dwar l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma.
(87) Ara l-Artikoli 3 u 6 tal-istatut dwar l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma.
(88) Ara l-Artikoli 19 u 24 tal-istatut dwar l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma.
(89) Ara l-Artikolu 16 tal-istatut dwar l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma.
(90) Sentenza tal-Qorti tas-17 ta' Settembru 1980 fil-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1980:209.
(91) Ara l-punti A.2.b) u t-taqsima B tat-Tweġiba tar-Rumanija tas-16 ta' Mejju 2018 għat-Talba ta' Informazzjoni tal-Kummissjoni.
(92) Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (EDF) ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafi 79-82 u 87.
(93) Ara s-Sentenza tas-16 ta' Jannar 2018 fil-Kawża T-747/15, EDF vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2018:6.
(94) Dwar dan, ara l-Kawżi C-342/96 Spanja vs Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-2459, il-punt 46, u C-256/97 DM Transport [1999] Ġabra 1-3913, il-paragrafu 24.
(95) Ara l-Ordinanza Nru 29/2002 u l-Ordinanza ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 54/1998 u l-Ordinanza ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 51/1998 (li tirregola r-realizzazzjoni tal-assi statali - il-verżjoni tal-2012).
(96) Ara l-Artikolu 16 tal-Liġi 137/2002.
(97) Ara l-Artikolu 16 paragrafu 5(c) tal-Liġi 137/2002 kif applikabbli f'Settembru 2012.
(98) Ara r-Rapport ta' Raiffeisen ta' Ottubru 2011.
(99) Ara l-premessi 86 sa 88 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna 2016/C 262/01.
(100) Tliet ministeri, AAAS, l-Uffiċċju tal-Parteċipazzjoni tal-Istat fil-Privatizzazzjoni tal-Industrija, Electrica, CFR Marfă, Salrom SA, Oltchim, CEC Bank. Kun af li hu biss wara Lulju 2014 li l-maġġoranza tal-parteċipazzjoni azzjonarja ta' Electrica saret ta' sjieda privata, bl-Istat li hu s-sid ta' 48,78 % u tal-ishma.
(101) Banca Transilvania SA u Banca Comercială Română (aktar tard imsemmi “Erste Bank”).
(102) Ara l-artiklu minn Criterii Nationale tat-23 ta' Diċembru 2013 bit-titlu Combinatul Oltchim în agonie. Pagini pentru o istorie neagră disponibbli fuq: http://www.criterii.ro/index.php/en/valcea/8291-combinatul-oltchim-in-agonie-pagini-pentru-o-istorie-neagra.
(103) L-Artikolu 33(4) tal-liġi dwar l-insolvenza.
(104) Id-differenza bejn il-pretensjoni ta' AAAS fi tmiem il-perjodu investigat għall-Miżura 1 (RON 1 201 miljun) u fil-bidu (RON 1 049 miljun).
(105) Jidher kredibbli li CET Govora ma kinitx tkun tiflaħ iġġarrab il-kost biex tiddiversifika l-provvista tagħha ta' ilma industrijali u li t-tali xogħlijiet kienu possibbli f'perjodu ta' żmien raġonevoli.
(106) It-Tweġiba tar-Rumanija tas-16 ta' Mejju 2018, R15 u dawk sussegwenti.
(107) It-Tweġiba tar-Rumanija tas-16 ta' Mejju 2018, R14 u dawk sussegwenti.
(108) It-trustee ta' CET Govora saħaq ukoll li “CET Govora kienet l-unika kumpanija li kompliet tforni enerġija elettrika u fwar tal-proċessar lil Oltchim, u b'hekk mhux biss ħadet taħtha r-riskju ta' inadempjenza, iżda l-periklu akbar li tispiċċa insolventi hi stess […]. Il-maniġment ta' [CET Govora] naqas milli jieħu kwalunkwe azzjoni soda biex jara li l-pretensjonijiet jiġu rkuprati jew miżuri ta' prevenzjoni, pereżempju […] billi jwissi lid-debituri inadempjenti dwar ir-riskju ta' tqassim skont porzjonijiet jew saħansitra ta' sospensjoni sħiħa tal-konsenji tal-fwar u tal-enerġija elettrika […] jew kwalunkwe azzjoni tal-aħħar mument li tkun xierqa kull meta jkun hemm sinjal li t-tali pretensjonijiet qed jissograw li jintilfu: ir-rinegozjar tat-termini u tal-prezzijiet tal-konsenja u l-irbit ta' tali konsenja mal-kundizzjoni ta' ħlas tad-dejn pendenti”.
(109) Deċiżjoni Nru 27 tal-31 ta' Awwissu 2012, Deċiżjoni nru 58 tal-31 ta' Ottubru 2012, Deċiżjoni Nru 61 tas-16 ta' Novembru 2012, Deċiżjoni Nru 86 tat-28 ta' Diċembru 2012.
(110) Pereżempju, in-Noti Spjegattivi Nru 15976 tal-24 ta' Diċembru 2012, li jispjegaw ir-raġunijiet wara d-Deċiżjoni Nru 86 tat-28 ta' Diċembru 2012 tal-Kunsill tal-Kontea ta' Vâlcea, juru biċ-ċar l-għan reali tal-isforzi tal-Kunsill tal-Kontea ta' Vâlcea, jiġifieri biex isalva l-ekonomija tal-kontea u, finalment, tar-reġjun ukoll, billi japprova l-kontinwazzjoni tal-konsenja tal-elettriku u tal-fwar minn CET Govora lill-impjanti fuq il-pjattaforma kimika, għad li dawn tal-aħħar ma kinux ħallsu d-djun li kellhom ma' CET Govora (minkejja li ħadu impenn li jagħmlu dan, fil-mument li fih Oltchim reġgħet bdiet l-attività tagħha). L-istess Noti Spjegattivi jimmotivaw l-assenjament tal-pretensjonijiet ta' CET Govora kontra Oltchim għal Complexul Energetic Oltenia, fid-dawl ta' salvagwardja tal-postijiet tax-xogħol, bl-għan li jiġi żgurat il-funzjonament normali ta' Oltchim u ta' atturi ekonomiċi involuti oħra, kif ukoll bl-għan li tiġi żgurata l-provvista tal-enerġija termali lill-popolazzjoni. Dawn ir-raġunijiet kollha jirrappreżentaw motivazzjonijiet li MEO ma kienx iqis meta jiddeċiedi dwar tranżazzjoni http://www.cjvalcea.ro/images/sedinte/2012/12-28/ordinea/pct1.pdf.
(111) Ara l-avviż għall-istampa disponibbli fuq http://ziaruldevalcea.ro/2016/07/01/remus-borza-invingator-in-negocierea-cu-oltchimul-a-obtinut-tarife-crescute-la-energie-electrica-si-abur/.
(112) Ara l-Anness 18 u l-Anness 19 tal-preżentazzjoni tal-PCC tat-2 ta' Settembru 2016.
(113) Skont in-nota f'qiegħ il-paġna35, Oltchim SPV setgħet kienet imsawra mill-assi tal-pjattaforma ta' Vâlcea u/jew mis-sit ta' Bradu. Fid-dawl tal-attività storika fit-tul li kienet qed tagħmel it-telf u li kienet tikkaratterizza s-sit ta' Bradu, xorta waħda l-ebda xerrej ma kien jixtrih separatament (ħlief fi proċedura ta' likwidazzjoni). Barra minn hekk, ma kien hemm ebda pjan li dawn iż-żewġ siti jinqasmu f'raggruppamenti differenti. B'hekk, xenarju tal-SPV bħal dan aktarx li kien jirriżulta f'bejgħ fi blokka waħda de facto, jekk kien fil-fatt jirnexxi.
(114) L-Artikoli 33(4) u 94(1)(c) tal-liġi dwar l-insolvenza.
(115) Skont is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafu 85. “ il-konstatazzjoni retrospettiva tal-profittabbiltà effettiva tal-investiment imwettqa mill-Istat Membru kkonċernat jew ġustifikazzjonijiet ulterjuri tal-għażla tal-proċess effettivament użat ma jistgħux ikunu biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan l-Istat Membru ħa, qabel jew fl-istess waqt ta' dan l-għoti, tali deċiżjoni fil-kwalità tiegħu ta' azzjonist ”.
(116) http://people.stern.nyu.edu/adamodar/pdfiles/country/fairvalue.pdf - paġna 3 - “[L-ewwel punt] Approaches to estimating fair value - Discounted cash flow valuation, relates the value of an asset to the present value of expected future cash flows on that asset” (“Approċċi għall-istima tal-valur ġust - Il-valwazzjoni tal-fluss tal-flus skontat tirrelata l-valur ta' assi mal-valur preżenti tal-flussi tal-flus futuri mistennija fuq dak l-assi.”).
(117) Ir-rapport tal-Pjan ta' Riorganizzazzjoni mħejji minn R/BDO jsemmi dejn kurrenti ta' EUR 50,3 miljun fit-30 ta' Novembru 2014, li jiddevja sa EUR 58 miljun fix-xenarju A tal-Pjan u sa EUR 65 miljun fix-xenarju B (paġni 86 u 90), f'perjodu ta' 3 snin li fih il-bejgħ fi blokka waħda kien mistenni jseħħ minn R/BDO, mingħajr preġudizzju għal devjazzjoni ulterjuri f'każ ta' proċess tal-bejgħ itwal li kellu probabbiltà għolja li jseħħ fid-dawl tad-diversi tentattivi li fallew fil-passat ta' privatizzazzjoni fi blokka waħda.
(118) Sors: Kummenti ta' R/BDO dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafi 11, 16 u 18. Skont R/BDO, “ rigward il-valur tal-Pjattaforma ta' Arpechim, f'Diċembru 2009, il-bejjiegħ privat, OMV Petrom, ikkunsidra li l-prezz ta' EUR 1 mitlub mix-xerrej Oltchim SA kien biżżejjed biex jissodisfa l-interessi tiegħu. Bħala parti mit-tranżazzjoni tiegħu, skont il-Ftehim ta' Bejgħ u ta' Xiri tal-Proprjetà Immobbli awtentikat fid-29 ta' Jannar 2010, Oltchim SA ħallset RON 1 għall-art u RON 0,50 għall-bini. ” Barra minn hekk, skont l-istess R/BDO “[ir-]riżultat tar-rieżami ta' dawn id-dokumenti juri li SC OMV Petrom SA kellha ċ-ċertezza li l-valur tal-pjattaforma ta' Arpechim, aġġustat għall-kostijiet assoċjati li jakkumpanjaw lil dawn l-assi (l-obbligazzjonijiet ambjentali), kien żero għall-kredituri u possibilment negattiv għas-sid ”.
(119) https://www.ziaruldeiasi.ro/stiri/un-iesean-vrea-sa-cumpere-oltchim--137339.html.
(120) Id-dħul mil-likwidazzjoni ġew determinati mir-riċeventi mqabbda mill-Qorti fir-rapport tagħhom għall-kredituri fuq il-bażi ta' valutazzjoni “ex situ” minn Winterhill li pprevediet il-bejgħ tal-assi ta' Oltchim bil-valur tar-rottamazzjoni tagħhom, wara t-tnaqqis tal-kostijiet taż-żarmar u tat-tneħħija tagħhom. Winterhill hu konsulent li nħatar fit-3 ta' Ġunju 2013 minn R/BDO biex jivvaluta l-valuri tal-likwidazzjoni/tas-suq ta' Oltchim. R/BDO argumentaw li l-valur tal-likwidazzjoni kien negattiv minħabba l-obbligazzjonijiet ambjentali li kienu jammontaw għal EUR 464 miljun fuq il-bażi ta' stima ta' Oltchim.
(121) EUR 108 miljun għal assi garantiti u EUR 32 miljun għall-assi ħielsa minn gravami skont l-istudju tal-2013 ta' Winterhill.
(122) Sottomissjoni datata s-16 ta' Mejju 2018, punt R13(i).
(123) http://romanialibera.ro/economie/companii/petrom-a-fost-dat-gratis-in-contul-poluarii-istorice-236881.
(124) AAAS b'mod partikolari qabblet l-istima ta' Oltchim li kienet tammonta għal EUR 464 miljun ma' dawk speċifikati fir-rapport ta' Romcontrol, jiġifieri 91,4 miljun u qieset dik imsemmija l-ewwel bħala esaġerata.
(125) Il-punt 104 tal-preżentazzjoni tagħha datata l-1 ta' Settembru 2016.
(126) Pereżempju, dan hu l-każ tal-kredituri mhux garantiti li ġejjin: Herbing Srl, Kronos Worldwide Limited, Tricon energy ltd Houston, Cooperative Centrale Raiffeisen - Rabobank International, Tesatoria Euro Tehnica Textil S.r.l., Electrica Furnizare S.A. jew CFR Marfă. Barra minn hekk, fost il-kredituri privati li kellhom maġġoranza ta' dejn mhux garantit/baġitarju u minoranza ta' dejn garantit, tnejn ivvotaw kontra l-Pjan (Electrica Furnizare, DGFP Craiova), tnejn astjenew (b'mod partikolari l-bank Olandiż ING), iżda wieħed biss (MFC Commodities GmbH) ivvota favur il-Pjan.
(127) Fuq il-bażi tar-rata tal-kambju ta' 1 EUR = 0,22 RON użata fil-mument tal-votazzjoni (ara t-Tabella 4).
(128) Fuq il-bażi tar-rata tal-kambju ta' 1 EUR = 0,22 RON użata fil-mument tal-votazzjoni (ara t-Tabella 4).
(129) Ara, pereżempju, is-sentenzi f'T-11/95 BP Chemicals vs Il-Kummissjoni u l-paragrafu 81 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat 2016/C 262/01.
(130) L-ammont aggregat għall-Miżuri 1 u 3 flimkien hu iżgħar mis-somma tal-vantaġġi kkalkolati taħt il-Miżura 1 (EUR 33 miljun) u l-Miżura 3 (EUR 327) b'tali mod li ma jingħaddx darbtejn is-sehem tal-vantaġġ mogħti minn AAAS taħt il-Miżura 1 li jitħassar bħala parti mill-Miżura 3. Il-vantaġġ mogħti minn AAAS permezz tal-Miżuri 1 u 3 flimkien ġie kkalkolat billi żdied mat-tħassir mogħti minn AAAS bħala parti mill-Miżura 3 (EUR 211-il miljun) is-sehem mit-EUR 33 miljun ta' dejn addizzjonali mogħti permezz tal-Miżura 1 mhux imħassar permezz tal-Miżura 3; madwar 20 % mit-EUR 33 miljun mill-vantaġġ relatat man-nuqqas ta' azzjoni minn AAAS bejn Settembru 2012 u Jannar 2013 (Miżura 1) ma tħassarx fl-2015 (Miżura 3) u, b'hekk, irid jiżdied fir-rigward tal-Miżura 1 biex jiġi kkalkolat il-vantaġġ mogħti minn AAAS fir-rigward tal-Miżuri 1 u 3 flimkien.
(131) Ara n-nota 130 f'qiegħ il-paġna.
(132) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Marzu 2005 Heiser, C-172/03, ECLI:EU:C:2005:130, il-paragrafu 55.
(133) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015, Eventech v The Parking Adjudicator, C-518/13, ECLI:EU:C:2015:9, il-paragrafu 65; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Mejju 2013, Libert and others, Kawżi Konġunti C-197/11 u C-203/11, ECLI:EU:C:2013:288, il-paragrafu 76.
(134) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015, Eventech v The Parking Adjudicator, C-518/13, ECLI:EU:C:2015:9, il-paragrafu 66; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Mejju 2013, Libert and others, Kawżi Konġunti C-197/11 u C-203/11, ECLI:EU:C:2013:288, il-paragrafu 77; Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' April 2001, Friulia Venezia Giulia, T-288/97, ECLI:EU:T:2001:115, il-paragrafu 41.
(135) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2015, Eventech v The Parking Adjudicator, C-518/13, ECLI:EU:C:2015:9, il-paragrafu 67; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Mejju 2013, Libert and others, Kawżi Konġunti C-197/11 u C-203/11, ECLI:EU:C:2013:288, il-paragrafu 78; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003 Altmark Trans, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415, il-paragrafu 78.
(136) Ara l-Kawża C-364/90, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:C:1993:157, il-punt 20.
(137) Ara d-deċiżjoni tal-ftuħ f'SA.36086 (2016/NN)(ex2013/CP) – Għajnuna Potenzjali mir-Rumanija lil Oltchim SA, il-paragrafu 148, http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/263778/263778_1773690_109_2.pdf.
(138) Ara t-Tweġiba tar-Rumanija ta' Mejju 2018 għall-REQ datata t-30 ta' Jannar 2018, Taqsima IV, Punt A, paġna 31.
(139) Għad li l-Miżuri 1 u 2 ġew implimentati qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-R&R, l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2004 dwar l-R&R tibqa' l-istess fir-rigward tal-prinċipju tal-kontribuzzjoni proprja (punt 44).
(140) Ara l-Kawża C-70/72, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, [1973] ECLI:EU:C:1973:87, il-paragrafu 13
(141) Ara l-Kawżi magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Spanja vs Il-Kummissjoni, [1994] ECLI:EU:C:1994:325, il-paragrafu 75.
(142) Ara l-Kawża C-75/97, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, [1999] ECLI:EU:C:1999:31, il-paragrafi 64 u 65.
(143) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(144) Oltchim kisbet: (i) vantaġġ ekonomiku ta' RON 152 miljun (EUR 33 miljun) mogħti minn AAAS li jikkorrispondi għall-akkumulazzjoni tad-dejn ta' Oltchim ma' AAAS fil-perjodu bejn il-21 ta' Settembru 2012 u t-30 ta' Jannar 2013 taħt il-Miżura 1, li jirrappreżenta l-valur taż-żmien marbut mad-differiment tat-talba għall-eżekuzzjoni tal-pretensjonijiet ta' AAAS li jimplika skopertura akbar għal din tal-aħħar għal Oltchim sal-21 ta' April 2015, minn dak il-perjodu sal-approvazzjoni tal-Pjan mill-Qorti fit-22 ta' April 2015; (ii) vantaġġ ekonomiku ta' RON 1 516 598 405 mogħti minn AAAS, minn Salrom, mill-Amministrazzjoni Nazzjonali Rumena tal-Ilma u minn Electrica li jikkorrispondi għall-Miżuri 1 u 3 flimkien (mingħajr għadd doppju) mill-approvazzjoni tal-Pjan mill-Qorti fit-22 ta' April 2015; (iii) vantaġġ ekonomiku skont il-Miżura 2 mogħti minn CET Govora fil-perjodu bejn il-21 ta' Settembru 2012 u t-30 ta' Jannar 2013 fil-forma ta' akkumulazzjoni ulterjuri tad-dejn dovut minn Oltchim għall-provvista kontinwa tagħha matul dak il-perjodu, minn dak il-perjodu.
(145) L-informazzjoni f'din it-taqsima hi primarjament ibbażata fuq it-3et Rapport (punt 3.2.3), ir-4a Rapport (punti 2.2 u 3.1), il-5es Rapport (taqsima 4) u s-6tt Rapport dwar il-Proċess tal-Bejgħ tar-raggruppamenti ta' assi ta' Oltchim (punt 3.1) imħejjija mill-konsulenti ta' Oltchim.
(146) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Marzu 2012, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea; Il-Kawża T-123/09, ECLI:EU:T:2012:164, il-punt 155.
(147) Is-sentenza tal-Qorti tat-8 ta' Mejju 2003, Ir-Repubblika Taljana u SIM 2 Multimedia SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Il-kawżi magħquda C-328/99 u C-399/00, Ġabra 2003 I-4035.
(148) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2008, l-għajnuna mill-Istat N 321/2008, N 322/2008 u N 323/2008 – Greece – Vente de certains actifs d'Olympic Airlines/Olympic Airways Services; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 l-għajnuna mill-Istat N 510/2008 – Italy – Sale of assets of Alitalia; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2012 SA.34547 – France – Reprise des actifs du groupe SERNAM dans le cadre de son redressement judiciaire.
(149) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Marzu 2012 fil-Kawża T-123/09, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2012:164.
(150) Sors: Ir-4a Rapport dwar il-bejgħ ta' Oltchim.
(151) Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/151 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġemanja għal Nürburgring (ĠU L 34, 10.2.2016, p. 1).
(152) Sentenza tal-Qorti tas-16 ta' Diċembru 2010 fil-kawża C-239/09 Saydaland, il-paragrafu 34.
(153) Ara l-paġna 23 tar-Rapport għall-Assemblea tal-Kredituri li jinsab fl-Anness 1 għall-5es Rapport dwar il-bejgħ ta' Oltchim.
(154) Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar għajnuna mill-Istat SA.33797 — (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2011/CP) implimentat mis-Slovakkja għall-NCHZ (ĠU L 269, 15.10.2015, p. 71), il-premessa 159.
(155) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1826, il-premessa 164.
(156) Ara l-preżentazzjonijiet ta' Chimcomplex tal-24 ta' Novembru 2017 u tas-16 ta' Jannar 2018.
(157) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS TEKNIKU
TEST TAL-KREDITUR F'EKONOMIJA TAS-SUQ MARBUT MAL-GĦAŻLA BEJN IL-PJAN TA' RIORGANIZZAZZJONI PROPOST U L-PROĊEDURA TA' LIKWIDAZZJONI
1. Rikavati gross u spejjeż assoċjati fil-pjan ta' Riorganizzazzjoni u fil-proċedura ta' likwidazzjoni
|
(1) |
Il-Kummissjoni rrevediet bir-reqqa r-rapporti, id-data u l-istudji differenti disponibbli fir-rigward ta' Oltchim li kreditur prudenti f'ekonomija tas-suq – fis-sitwazzjoni ta' AAAS, Electrica, Salrom, CET Govora u rispettivament l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ilma – kien iqis b'mod raġonevoli sabiex jivvaluta l-merti tal-pjan ta' riorganizzazzjoni propost lill-kredituri fid-9 ta' Marzu 2015 u tar-rotta alternattiva tal-iskattar tal-falliment ta' Oltchim. |
|
(2) |
Abbażi ta' dik id-data ex-ante, il-Kummissjoni stabbiliet xenarju ċentrali u ta' referenza li kreditur f'ekonomija tas-suq kien iqis bħala l-aktar wieħed probabbli kemm għall-pjan ta' Riorganizzazzjoni kif ukoll għall-proċedura ta' likwidazzjoni. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni mbagħad analizzat ir-robustezza tar-riżultati li nkisbu f'dak ix-xenarju ċentrali billi vvalutat ir-rikavati li nkisbu mill-kredituri f'xenarju pessimist u f'xenarju ottomist. |
1.1. Rikavati gross mil-likwidazzjoni u mill-pjan ta' riorganizzazzjoni
|
(4) |
Fir-rapport tagħha li ġie ffinalizzat fit-30 ta' April 2013, Winterhill wettqet valutazzjoni tal-assi ta' Oltchim f'xenarju in situ li jikkorrispondi għas-sitwazzjoni meta akkwirent jixtri diversi assi ta' Oltchim bl-ingrossa. |
|
(5) |
Dak il-valur intuża biex jiġi stabbilit il-prezz tal-bejgħ tal-bidu ta' Oltchim SPV ta' EUR 306 miljun fil-pjan ta' Riorganizzazzjoni (ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-punt 47) (1). |
|
(6) |
Il-valur in situ ta' Oltchim SA ġie kkalkolat minn Winterhill permezz ta' metodoloġija tal-kost nett tas-sostituzzjoni. Tali metodoloġija hija indikatur aċċettabbli tal-valur tal-likwidazzjoni ta' kumpanija li tinxtara bl-ingrossa minn akkwirent: kif ġie sottolinjat minn Winterhill fir-rapport tagħha tal-2013, tali valur fil-fatt jirrappreżenta kemm il-kost biex jinkisbu l-artijiet, it-tagħmir u l-makkinarji, l-istabbiliment tal-bini assoċjat u l-ħlas tal-kostijiet tal-installazzjoni tagħhom, kif ukoll id-deprezzament li jirriżulta biż-żmien għal kull ass li jkun inxtara. |
|
(7) |
Bl-oppost ta' dan, għall-kuntrarju ta' dak li ġie previst fil-pjan ta' Riorganizzazzjoni, il-valur in situ ma kienx jirrappreżenta l-prezz tas-suq relatat mal-bejgħ ta' Oltchim SA bħala negozju avvjat permezz ta' Oltchim SPV: akkwirent tal-ishma ta' Oltchim SPV kien jippreferi bil-qawwi li jiddependi fuq id-dħul u l-profitt mistennija li jkun jista' jikseb mill-investiment tiegħu f'Oltchim SPV li ġiet akkwistata bħala kumpanija sħiħa (pereżempju fejn l-obbligi jirriżultaw mit-trasferiment tal-kuntratti tal-impjegati minn Oltchim SA) minflok fuq kost nett tas-sostituzzjoni tal-assi ta' Oltchim SA li jinjora l-obbligazzjonijiet marbutin mal-akkwiżizzjoni tal-SPV u li għandu t-tendenza li jinjora l-livell ta' profitabbiltà tan-negozju li jista' jitwettaq bis-saħħa tal-assi li jkunu qegħdin għall-bejgħ. |
|
(8) |
Għalhekk, b'mod konsistenti mal-istess approċċ li ttieħed minn Raiffesen fl-2009 (ir-rapport konsultattiv li twettaq ta' Raiffesen, p. 71), il-valur tal-intrapriża ta' Oltchim SPV jista' jiġi kkalkolat permezz ta' metodu ta' valutazzjoni tal-intrapriża li jiddependi fuq il-multipli ta' EBITDA: filwaqt li tqis id-disponibbiltà tal-previżjonijiet dettaljati ta' EBITDA fil-mument tal-votazzjoni fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni li tħejja mill-amministraturi li nħatru mill-Qorti, il-metodoloġija tal-multipli ta' EBITDA fil-fatt hija mod xieraq kif jiġi ddeterminat il-valur tal-intrapriża ta' Oltchim SPV, li huwa ekwivalenti għall-valur tal-ishma ta' Oltchim SPV meta jitqies in-nuqqas ta' dejn finanzjarju. |
1.1.1. Rikavati gross u durata tal-proċedura tal-likwidazzjoni
|
(9) |
Winterhill (li R/BDO jirreferu għaliha fir-rapport ta' Riorganizzazzjoni tagħhom), ikkalkolat valur ex situ li jikkorrispondi għall-valur tal-likwidazzjoni ta' Oltchim SA f'każ li l-assi tagħha kienu jinbiegħu b'mod individwali, bl-applikazzjoni ta' proporzjonijiet notevolment standardizzati fuq il-valur in situ tal-biċċa l-kbira tal-oġġetti li jiffurmaw Oltchim SA. Pereżempju, sabiex tikkalkula l-valur ex situ tal-apparat u tal-installazzjonijiet (stmati għal EUR 99,1 miljun), Winterhill qasmet fi tnejn l-istima in situ ta' EUR 198,2 marbuta mal-apparat u mal-installazzjonijiet ta' Oltchim (li jirrappreżenta parti sinifikanti tal-valur in situ totali tal-assi ta' Oltchim, li huma stmati għal EUR 297 miljun). |
|
(10) |
Dan jappoġġja l-fehma li kien hemm kontinwità ta' possibbiltajiet intermedjarji bejn il-likwidazzjoni tal-assi ta' Oltchim bl-ingrossa jew b'mod individwali, kif jissaħħaħ aktar mill-preżentazzjoni ta' R/BDO (punt 100): “il-kredituri jistgħu jagħżlu bejn riorganizzazzjoni […] u l-falliment”, fil-każ ta' dan tal-aħħar, huma jirreferu għal żewġ tipi possibbli ta' bejgħ: “in situ, ex situ”. Bejgħ ex situ jirrappreżenta xenarju pessimist fejn l-ebda ass ma jinxtara bħala grupp funzjonali. Bejgħ in situ jirrappreżenta sitwazzjoni ottimistika fejn akkwirent wieħed jixtri l-assi kollha bl-ingrossa. Xenarju ċentrali jkun jiddependi fuq ix-xenarju probabbli u medju fejn madwar nofs il-valur tal-ass jinbiegħ bħala grupp funzjonali filwaqt li l-bqija jinbiegħ biss f'valur tar-ruttam. Din hija r-raġuni għaliex huwa xieraq li tittieħed il-medja bejn il-valur ex situ u in situ ta' Winterhill biex jitfassal il-valur tal-likwidazzjoni ċentrali li MEO seta' stenna (2), filwaqt li l-valur ex situ ta' Winterhill (3) jirrappreżenta l-eżitu pessimist tal-proċedura tal-likwidazzjoni u l-valur in situ ta' Winterhill (4) jirrappreżenta l-eżitu ottimist tal-proċedura tal-likwidazzjoni. |
|
(11) |
Barra minn hekk, il-likwidazzjoni kienet raġonevolment mistennija li tkun finalizzata fi żmien 18-il xahar, abbażi tal-preżentazzjoni ta' R/BDO fil-pjan tar-Riorganizzazzjoni (paġna 110). |
1.1.2. Rikavati gross mill-pjan tar-riorganizzazzjoni
Xenarju ta' referenza
|
(12) |
Fir-rigward tal-pjan tar-riorganizzazzjoni, ix-“xenarju A” tal-pjan tar-Riorganizzazzjoni ppreveda l-bejgħ ta' Oltchim SPV lil akkwirent li kien interessat iħaddem l-assi bl-impjant tal-ossoalkoħols li nfetaħ mill-ġdid u mingħajr il-ħtieġa ta' finanzjament addizzjonali u estern. Tali xenarju kien jirrappreżenta dehra ta' referenza tal-prospett potenzjali tal-bejgħ ta' Oltchim SPV. |
|
(13) |
F'dan ix-xenarju, l-amministraturi maħtura mill-Qorti assumew li l-bejgħ ta' Oltchim SPV iseħħ fi żmien perjodu ta' 36 xahar (5). Għalhekk, bħala medja, wieħed jista' jqis li kellha tittieħed opinjoni ċentrali fi żmien 18-il xahar. |
|
(14) |
Kreditur f'ekonomija tas-suq kien jivvaluta l-prezz tal-bejgħ ta' Oltchim SPV assoċjat ma' dak ix-xenarju, f'konformità mal-metodoloġija multipla ta' EBITDA deskritta fil-premessa 8, billi jimmultiplika l-medja tal-previżjonijiet ta' EBITDA matul il-perjodu ta' 3 snin ikkalkolati minn R/BDO (6) fil-pjan tar-Riorganizzazzjoni mal-multiplu 5,0× għall-produtturi ta' sustanzi kimiċi ta' komodità, li ġie rakkomandat minn Raiffesen fir-rapport tiegħu tal-2009. Għall-kuntrarju tas-suppożizzjoni tal-awtoritajiet Rumeni fil-preżentazzjoni tagħhom tas-16 ta' Mejju 2018 (it-taqsima E, il-kapitolu II, il-punti 13-14), MEO ma kellu l-ebda raġuni li jassumi previżjonijiet ogħla ta' EBITDA minn dawk li ġew proposti minn R/BDO fix-“xenarju B” tal-pjan tagħhom. MEO lanqas ma kien ikkunsidra l-istima ta' Raiffesen bħala żbaljata u jikkunsidra multipli ta' EBITDA alternattivi, bħal dak li ġie propost mill-awtoritajiet Rumeni, li jkunu parzjalment ibbażati fuq data ex-post li ma tkunx disponibbli fil-mument tal-votazzjoni tal-kredituri. |
Xenarju pessimist
|
(15) |
F'xenarju pessimist, wieħed jista' jqis li l-akkwirenti potenzjali ta' Oltchim SPV kienu jipprovaw jiddependu fuq il-prestazzjoni finanzjarja storika ta' Oltchim SA biex jiffissaw il-prezz għall-offerti tagħhom. Il-medja storika ta' EBITDA ta' 10 snin ta' Oltchim SA ammontat għal telf ta' EUR 7,4 miljun. Madankollu, din il-prestazzjoni f'diffikultà hija biss ir-riżultat mid-diffikultajiet ta' Oltchim b'mod partikolari mill-2012; MEO għalhekk kien jenfasizza l-EBITDA preżunta minn R/BDO fix-xenarju ta' referenza billi japplika, pereżempju, skont ta' 50 % fuq il-medja tal-previżjonijiet ta' 3 snin ta' EBITDA mill-BDO fix-xenarju ta' referenza (jiġifieri EUR 3,4 miljun). Il-multiplu ta' 5.0× ta' EBITDA mbagħad kien xieraq ukoll biex jiġi stabbilit il-prezz għall-ishma ta' Oltchim SPV f'dan ix-xenarju pessimist. |
|
(16) |
F'xenarju pessimist, kien jagħmel sens li dak li jkun jassumi li jkun meħtieġ il-perjodu massimu ta' 36 xahar sabiex jinkiseb il-bejgħ ta' Oltchim SPV. |
|
(17) |
Fid-dawl tat-tqabbil tar-rikavati minn proċedura tal-likwidazzjoni li ddum 18-il xahar u minn pjan tar-Riorganizzazzjoni fix-xenarju pessimist li jdum 36 xahar, għal din id-differenza ta' 18-il xahar, għandu jiġi applikat fattur ta' skont ibbażat fuq id-WACC settorjali (7) għar-rikavati u għall-kostijiet assoċjati mal-bejgħ ta' Oltchim SPV. |
Xenarju ottimist
|
(18) |
Kreditur f'ekonomija tas-suq kien iqis ukoll ix-“xenarju B” tal-pjan tar-Riorganizzazzjoni (8) bħala xenarju ottimist, li assuma li n-negozju ta' Oltchim jissaħħaħ mill-akkwirent tiegħu permezz ta' ftuħ mill-ġdid tal-impjant tal-Anidride ftalika-DOF bl-użu ta' sorsi ta' finanzjament esterni. Għall-kuntrarju ta' dan, MEO ma kienx iqis bħala realistika s-suppożizzjoni ta' ftuħ mill-ġdid estiż tal-operazzjonijiet ta' Bradu (inkluż l-impjant PVC/CVM u tal-Petrokimika) kif ġie propost mill-awtoritajiet Rumeni fil-preżentazzjoni tagħhom fis-16 ta' Mejju 2018 (it-taqsima E, il-kapitolu II, il-punt 19): MEO ma kellu l-ebda raġuni biex jassumi previżjonijiet ogħla ta' EBITDA minn dawk li ġew proposti minn R/BDO fix-“xenarju B” tal-pjan tagħhom. |
|
(19) |
Ġie preżunt perjodu ristrett ta' 18-il xahar (bħal fil-każ tax-xenarju tal-likwidazzjoni): perjodu iqsar kien ikun wisq diffiċli biex Oltchim tikseb il-finanzjament estern meħtieġ sabiex tiskatta l-ftuħ mill-ġdid preliminari tal-impjant tal-anidride ftalika-DOF. L-implimentazzjoni ta' dak l-aspett pożittiv fil-fatt kienet prerekwiżit biex jiġi garantit il-prezz ogħla marbut max-xenarju ottimist “B” minn akkwirent ta' Oltchim SPV. |
|
(20) |
Fir-rigward tal-multiplu ta' EBITDA, xenarju ottomist seta' laħaq il-medja tal-multiplu 5,0× propost minn Raiffesen, filwaqt li kien hemm multipli ogħla minn sorsi oħra bħall-multiplu 8,46× iddikjarat fil-bażi tad-data speċjalizzata mis-Stern School of Business (9), għall-grupp ta' kumpaniji kimiċi diversifikati li Oltchim tissemma' li tappartjeni għalihom (għalhekk, 6,73×). |
2. Kostijiet li għandhom jitnaqqsu mir-rikavati tal-bejgħ ta' Oltchim SPV jew tal-proċedura tal-likwidazzjoni ta' Oltchim SA
|
(21) |
Fiż-żewġ proċeduri, ġie preżunt li tnaqqsu l-kostijiet ta' 2 % tar-rikavati ta' UNPIR, f'konformità mad-dikjarazzjoni ta' R/BDO fir-rapport dwar il-pjan tar-Riorganizzazzjoni (paġna 96). Tnaqqsu wkoll 4 % tal-ispejjeż tal-amministraturi mir-rikavati abbażi tal-preżentazzjoni tar-Rumanija fis-16 ta' Mejju 2018. Barra minn hekk, ġew allokati wkoll EUR 12-il miljun f'kostijiet ta' sigurtà (ikkalkolati abbażi tal-preżentazzjoni ta' R/BDO fuq bażi pro rata għall-perjodu ta' 18-il xahar mistennija tal-likwidazzjoni) – li huma meħtieġa għall-preservazzjoni tal-assi – bejn l-assi garantiti u mhux mirhuna abbażi tal-Artikoli 121 u 123 tal-liġi tal-insolvenza fir-rigward tal-proċedura tal-likwidazzjoni. |
|
(22) |
L-ammont ta' dejn attwali (ta' wara l-insolvenza) ikkalkolat minn R/BDO (10) ġie rtirat mir-rikavati tal-likwidazzjoni fit-tliet xenarji kollha. |
|
(23) |
L-ammont medju ta' dejn attwali (inkluża l-previżjoni ta' ammont ta' dejn aggregat relatat mas-salarji ta' wara l-insolvenza fil-mument tal-bejgħ ta' Oltchim SPV) matul il-pjan tar-riorganizzazzjoni ta' 3 snin li ġie kkalkolat minn R/BDO ġie preżunt kemm għax-xenarju ċentrali (ix-xenarju A) (11) kif ukoll għax-xenarju ottomist (ix-xenarju B). Sabiex jitqiesu l-konsegwenzi ta' żieda fid-dejn attwali f'każ li l-pjan tar-riorganizzazzjoni jirriżulta f'kontinwazzjoni tal-prestazzjoni finanzjarja fqira ta' Oltchim, l-ammont ta' dejn attwali stmat minn R/BDO fix-xenarju A fit-tmiem tal-ewwel sena (12) nżamm bħala l-ammont ta' dejn attwali li għandu jitħallas lura fix-xenarju pessimist marbut mal-pjan tar-Riorganizzazzjoni. |
|
(24) |
Bl-istess mod, it-taxxa medja kkalkolata għal kull sena possibbli tal-bejgħ ta' Oltchim SPV matul il-perjodu ta' 3 snin minn R/BDO għax-xenarju A u B inżammet rispettivament għax-xenarju ta' referenza u għax-xenarju ottimist tal-pjan tar-Riorganizzazzjoni (ara t-tabella t'hawn taħt), b'konsistenza mal-preżentazzjonijiet tar-Rumanija (13). |
|
(25) |
Skont R/BDO, il-ftuħ mill-ġdid ta' Oltchim fil-każ ta' likwidazzjoni li tinvolvi l-bejgħ in situ tal-assi kienet timplika EUR 2,5 miljun ta' kostijiet tal-istabbiliment; għalhekk, dawk il-kostijiet tnaqqsu mill-prezz li jiġi offrut minn akkwirent potenzjali fil-każ ta' likwidazzjoni in situ (14). Minn dawn 50 % ġew immudellati fix-xenarju ta' referenza peress li nofs il-valur tal-assi biss huwa preżunt li jinbiegħ bħala grupp funzjonali u jibqa' jitħaddem bħala impjant, li għalhekk jeħtieġ li jinfetaħ mill-ġdid, filwaqt li huwa preżunt li l-bqija jinbiegħu f'valur tar-ruttam. |
|
(26) |
L-obbligazzjonijiet ambjentali kienu jiġu newtralizzati minn kreditur f'ekonomija tas-suq meta jitqabblu r-rikavati mistennija minn proċedura ta' likwidazzjoni u dawk mill-pjan tar-Riorganizzazzjoni propost, kif appoġġjat mir-raġunament deskritt fil-premessa (269) fil-korp ta' din id-deċiżjoni. |
|
(27) |
Id-dekummissjonar tal-impjant tal-elettroliżi tal-merkurju u tar-reklamazzjoni tal-art (EUR 26,6 miljun) – kif ukoll l-aġġornament tal-impjanti li t-tnejn huma meħtieġa skont R/BDO fil-każ ta' likwidazzjoni (EUR 24,6 miljun) u “b'mod ġenerali dovuti jekk Oltchim tinżamm operazzjonali” – tqiesu bħala newtrali fit-tqabbil bejn ix-xenarju tal-likwidazzjoni u l-pjan tar-Riorganizzazzjoni. Tali approċċ huwa konsistenti mal-approċċ li jiġi applikat għall-obbligazzjonijiet ambjentali (ara l-premessa (26)) f'dan li ġej: dawk il-kostijiet eċċezzjonali fil-fatt kellhom jitqiesu, minn naħa waħda, mill-kredituri ta' Oltchim SA fix-xenarju tal-likwidazzjoni, u min-naħa l-oħra, minn akkwirent potenzjali meta jressaq offerta għal Oltchim SPV. L-awtoritajiet Rumeni ma esprimewx nuqqas ta' qbil mal-fatt li l-offerenti kienu jqisu dawk il-kostijiet bħala ugwali kemm fix-xenarju tal-likwidazzjoni kif ukoll fix-xenarju tar-riorganizzazzjoni fil-każ li jinxtraw dawn il-faċilitajiet, bl-għan li dawn jitħaddmu fil-punt 10 tal-preżentazzjoni tagħhom fis-16 ta' Mejju 2018; ta' min jinnota li din hija suppożizzjoni li tħalli impatt pożittiv fuq ir-rikavati mill-Pjan meta mqabbla ma' dawk mil-likwidazzjoni peress li fix-xenarju pessimist u fix-xenarju ta' referenza tal-likwidazzjoni, dawk il-kostijiet ta' aġġornament ma kinux ikunu meħtieġa bis-sħiħ. |
|
(28) |
Fl-aħħar nett, il-proċedura tal-likwidazzjoni kienet tirrikjedi lil Oltchim SA ġġarrab pagamenti ta' kumpens minħabba t-tkeċċija tal-impjegati li jifdal f'Marzu 2015 fix-xenarju tal-likwidazzjoni. Fix-xenarju ta' referenza u fix-xenarju pessimist, dawk il-pagamenti jiġu stmati abbażi tal-preżentazzjoni ta' R/BDO (EUR 24,6 miljun), filwaqt li jiġu preżunti ugwali għal EUR 9,6 miljun abbażi tal-istima ta' Raiffesen fix-xenarju ottimist (15). |
|
(29) |
Fix-xenarju tar-riorganizzazzjoni, tqiesu spejjeż ta' EUR 1,5 miljun marbutin mat-trasferimenti tal-assi abbażi tar-rapport ta' R/BDO li jappoġġjaw il-pjan tar-Riorganizzazzjoni. |
3. Kalkolu tar-rikavati netti għal kull kreditur fil-pjan tar-Riorganizzazzjoni u fil-proċedura tal-likwidazzjoni
|
(30) |
Abbażi tas-suppożizzjonijiet preċedenti, ir-rikavati gross u netti aggregati fil-proċedura tal-likwidazzjoni u fil-pjan tar-Riorganizzazzjoni jiġu kkalkolati fis-sottotaqsimiet li ġejjin. |
Proċedura tal-likwidazzjoni
|
(31) |
Filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-insolvenza, b'mod partikolari l-Artikoli 121 u 123 tagħha, il-kaskata tal-flus li ġejja ġiet immudellata fix-xenarju tal-likwidazzjoni: ir-rikavati mill-assi garantiti (ara l-oġġett [A] fit-tabella li ġejja) jitqassmu bħala prijorità lill-kredituri garantiti, wara l-pagament tal-kostijiet proċedurali relatati ([C]). |
|
(32) |
Ir-rikavati minn assi mhux mirhuna għall-ewwel jiġu allokati għall-pagament tal-kostijiet proċedurali/ta' preservazzjoni kif ukoll għas-salarji. |
|
(33) |
Fit-tliet xenarji kollha, ir-rikavati minn assi mhux mirhuna wara l-kostijiet proċedurali u tal-impjegati mhumiex biżżejjed biex jiġu koperti bis-sħiħ il-kostijiet attwali tad-dejn ta' wara l-insolvenza, tat-tkeċċija jew tal-istabbiliment. Għalhekk, l-eċċess minn rikavati minn assi garantiti li jirriżulta fix-xenarju ottimist jiġi allokat biex ikopri dawk il-kostijiet. Jekk ikun fadal xi ammont ta' rikavati, dan imbagħad jinqasam bejn il-kredituri baġitarji, f'konformità mal-klassifikazzjoni tal-kredituri prevista fl-Artikolu 123 tal-liġi tal-insolvenza. Fit-tliet xenarji kollha, l-ebda rikavat ma jinkiseb mill-kredituri mhux garantiti li jkunu klassifikati wara s-salarji u l-kredituri baġitarji fil-klassifikazzjoni tal-kredituri.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(34) |
Fil-preżentazzjoni tagħhom fis-16 ta' Mejju 2018, l-awtoritajiet Rumeni ma naqqsux id-dejn attwali mir-rikavati mil-likwidazzjoni fis-simulazzjoni tagħhom (meta mqabbel mar-rikavati mill-bejgħ ta' Oltchim SPV). Filwaqt li jidher li din l-ommissjoni mill-awtoritajiet Rumeni saret bi żball, f'każ li MEO kien ikkunsidra dik is-suppożizzjoni, huwa kien isib li r-rikavati għall-kredituri differenti ta' qabel l-insolvenza f'każ ta' likwidazzjoni kienu jkunu saħansitra ogħla minn dawk fit-tabella t'hawn fuq, kif jidher hawn taħt:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pjan tar-Riorganizzazzjoni
|
(35) |
Ir-rikavati mill-bejgħ ta' Oltchim SPV ġew allokati fl-ordni li ġejja fil-pjan tar-Riorganizzazzjoni: l-ewwel nett jintużaw sabiex jiġi onorat il-ħlas lura tad-dejn attwali li jinkludi l-pagament tal-kost tat-trasferimenti tal-assi u tal-kostijiet proċedurali (UNPIR), u t-taxxa fuq il-profitt li saret skont l-Artikolu 102(1) tal-liġi tal-insolvenza, |
|
(36) |
Fix-xenarji li tqiesu, ir-rikavat gross tal-pjan kellu jkun inqas mill-minimu previst ta' EUR 295 miljun fil-pjan tar-Riorganizzazzjoni, Skont il-pjan tar-Riorganizzazzjoni (ara b'mod partikolari l-paġna 101 tar-rapport tal-BDO) u abbażi tal-ispjegazzjonijiet li ġew ippreżentati mill-awtoritajiet Rumeni fis-16 ta' Mejju 2018, l-ammont residwu nett potenzjali (wara l-kostijiet proċedurali u d-djun attwali) jitqassam bil-mod li ġej: 70 % tal-ammont nett għall-kredituri garantiti, 100 % tal-pretensjonijiet tagħhom jitħallas lill-impjegati biex dawn jiġu mħallsa tad-dejn ta' qabel l-insolvenza, l-ammont residwu ta' dak iż-żmien għall-fornituri essenzjali fi ħdan il-limitu ta' 30 % tal-pretensjoni inizjali tagħhom, filwaqt li l-ammont potenzjali li jifdal imbagħad jitħallas lill-kredituri baġitarji, Fix-xenarju li ġej, m'hemm l-ebda ammont residwu disponibbli peress li d-detenturi ta' dejn attwali biss jirkupraw parti mill-pretensjonijiet tagħhom permezz ta' rikavati mill-bejgħ ta' Oltchim SPV,
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Valutazzjoni alternattiva tar-rikavati fil-pjan tar-Riorganizzazzjoni - Mudell ta' Skont fuq id-Dividendi
|
(37) |
MEO kien ikun lest iwettaq verifika doppja ta' dawk ir-riżultati billi jiddependi fuq il-Mudell ta' Skont fuq id-Dividendi (minn hawn 'il quddiem, “DDM”), għodda ta' valutazzjoni oħra li tintuża b'mod frekwenti minn investituri privati. Il-prezz tal-ishma ta' Oltchim SPV jista' jiġi vvalutat billi l-fluss tal-flus mistenni tad-dividendi jiġi eżaminat mill-perspettiva ta' investitur. |
|
(38) |
Il-valur tal-intrapriża jista' jiġi kkalkolat bħal kif ġej:
Fejn:
|
|
(39) |
Bl-istess mod għall-valutazzjoni tal-valur tal-intrapriża bbażata fuq multiplu ta' EBITDA, MEO kien jassumi:
|
|
(40) |
Fit-tliet xenarji kollha, ġie preżunt li r-rata tat-tkabbir g kienet ugwali għal 4,0 % (17) (f'termini ta' valur), ir-rata tad-distribuzzjoni għal 46,56 % (18) u l-WACC (ara n-nota f'qiegħ il-paġna 162) ugwali għal 11,58 %. Ir-rata tad-distribuzzjoni preżunta hija relattivament ottimista għax-xenarji kollha, meta jitqiesu l-ħtiġijiet ta' investimenti għolja li Oltchim kienet qed tirrikjedi f'dak iż-żmien. |
|
(41) |
Il-formula msemmija hawn fuq tista' tiġi ssimplifikata kif ġej:
|
|
(42) |
Abbażi tad-DDM, kreditur f'ekonomija tas-suq kien jikkalkula l-istimi li ġejjin tal-valur tal-intrapriżi ta' Oltchim SPV:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(43) |
Din il-valutazzjoni bbażata fuq id-DDM tikkonferma li fix-xenarju tar-Riorganizzazzjoni, MEO kien iqis li ma kien hemm l-ebda ammont residwu disponibbli li jippermetti xi rkupru mill-bejgħ ta' Oltchim SPV, li kieku dan kien iseħħ, peress li d-detenturi ta' dejn attwali biss jirkupraw parti mill-pretensjonijiet tagħhom mill-bejgħ ta' Oltchim SPV. |
4. Riżultati tat-test tal-MEO għal kull kategorija ta' kredituri u analiżi tas-sensittività
Kredituri garantiti
|
(44) |
Fl-aħħar nett, abbażi tal-kalkoli msemmija hawn fuq, fit-tliet xenarji relatati mal-proċedura tal-likwidazzjoni, il-kredituri garantiti jiksbu rkupri pożittivi bejn l-EUR 94,8 u l-EUR 195,8 miljun, filwaqt li fir-rikavati tal-pjan tar-riorganizzazzjoni, l-ebda eċċess mhuwa disponibbli għaliex ir-rikavati mhumiex biżżejjed biex jitħallas l-ammont sħiħ ta' dejn attwali u kostijiet proċedurali, abbażi ta' kemm il-metodoloġija tal-multipli ta' EBITDA kif ukoll il-metodoloġija tal-iskont fuq id-Dividendi. Għalhekk, il-kredituri garantiti li jaġixxu bħala kredituri f'ekonomija tas-suq kienu jippreferu l-proċedura tal-likwidazzjoni mill-perspettiva tal-pretensjoni garantita tagħhom fuq bażi awtonoma. |
|
(45) |
Din il-konklużjoni tiġi kkonfermata mill-analiżi tas-sensittività li ġejja: anki b'multiplu ta' EBITDA pożittiv ta' 6,7× (ara l-premessa (20)), kien ikun meħtieġ EBIDTA minimu f'ekwilibriju ta' madwar EUR 32,5 miljun (jiġifieri madwar tliet darbiet daqs l-EBIDTDA relatat max-xenarju ottimist tal-pjan tar-Riorganizzazzjoni) biex il-valur ta' Oltchim SPV jilħaq ammont (EUR 219-il miljun) li jippermetti lill-kredituri garantiti jiksbu rikavati ogħla fil-pjan tar-Riorganizzazzjoni meta mqabbel max-xenarju pessimist marbut mal-proċedura tal-likwidazzjoni (jiġifieri rikavati ta' EUR 94,8 miljun għall-kredituri garantiti). |
|
(46) |
Kreditur f'ekonomija tas-suq kien jinnota li anki din l-EBITDA mingħajr telf ta' EUR 32,5 miljun (li jiżgura rikavati mill-Pjan ogħla milli mil-likwidazzjoni) ma kinitx realistika għaliex din kienet ferm ogħla minn dik mix-xenarju ottimist imsemmi hawn fuq (EUR 10,9 miljun), li nbniet abbażi ta' valutazzjoni tan-negozju ta' Oltchim. Barra minn dan, l-istima ta' rikavati tar-riċevitur maħtur mill-Qorti mill-Pjan li tammonta għal EUR 295/306 miljun implikat li akkwirent kien ikun lest li jqis li Oltchim setgħet tilħaq EBITDA saħansitra ogħla (madwar EUR 44 miljun fis-sena tal-EBITDA, abbażi ta' multiplu ottimist tal-EBITDA ta' 6,7x) li saħansitra kienet inqas realistika. |
|
(47) |
Għalhekk, kreditur garantit li jkun lest li jimmassimizza r-rikavati tiegħu kien jippreferi jiskatta l-proċedura tal-likwidazzjoni. |
Kredituri baġitarji
|
(48) |
Fi tnejn mit-tliet xenarji, ir-rikavati mill-proċedura tal-likwidazzjoni mhumiex biżżejjed biex titħallas lura, anki parzjalment, xi pretensjoni minħabba l-kredituri baġitarji. Madankollu, EUR 10 miljun jiġu rkuprati minn kredituri baġitarji fix-xenarju ottimist tal-proċedura tal-likwidazzjoni. B'kuntrast ma' dan, l-ebda wieħed mit-tliet xenarji tal-pjan tar-riorganizzazzjoni ma jirriżulta f'distribuzzjonijiet għall-kredituri baġitarji, u dan, flimkien mar-riskju sostanzjali ta' falliment tal-bejgħ ta' Oltchim SPV, kien ibbażat fuq falliment tal-passat tal-privatizzazzjoni u żieda fid-djun attwali ta' wara l-insolvenza (ara l-premessa 52). |
|
(49) |
Barra minn hekk, anki fil-każ ta' rikavati baxxi ħafna kif jidher fix-xenarju pessimist u ta' referenza fil-proċedura tal-likwidazzjoni, il-kredituri baġitarji jieħdu preċedenza fuq id-dejn ta' qabel l-insolvenza minn fornituri essenzjali skont l-Artikolu 96 tal-liġi tal-insolvenza fil-proċedura tal-likwidazzjoni, filwaqt li kellhom jitħallsu wara dan tal-aħħar fil-pjan tar-Riorganizzazzjoni. |
|
(50) |
Għalhekk, il-kredituri baġitarji li jaġixxu bħala kredituri f'ekonomija tas-suq kienu jiffavorixxu l-proċedura tal-likwidazzjoni mill-perspettiva tal-pretensjoni baġitarja tagħhom fuq bażi individwali. |
Kredituri mhux garantiti
|
(51) |
Il-kredituri kummerċjali mhux garantiti, inklużi l-fornituri essenzjali, ma jirkupraw l-ebda waħda mill-pretensjonijiet tagħhom irreġistrati f'dawn iż-żewġ kategoriji la f'xi wieħed mix-xenarji relatati mal-proċedura tal-likwidazzjoni, u lanqas f'xi wieħed mix-xenarji relatati mal-pjan tar-riorganizzazzjoni. |
|
(52) |
Anki meta jitqabblu x-xenarji fejn ir-rikavati mistennija kienu ugwali għal żero kemm fil-likwidazzjoni kif ukoll fir-riorganizzazzjoni, MEO kien jiffavorixxi l-likwidazzjoni fuq ir-riorganizzazzjoni sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ulterjuri speċifika tad-dejn attwali f'kuntest tal-ġenerazzjoni inċerta ta' biżżejjed dħul ġdid fil-Pjan. Tali mġiba kienet tkun konsistenti ma' dik ta' DGFP Craiova matul l-assemblea tal-kredituri f'Awwissu 2016, li ssemmiet l-oppożizzjoni tagħha għall-estensjoni tal-perjodu tar-riorganizzazzjoni f'dak iż-żmien biex tiġi evitata żieda fid-djun attwali, skont il-preżentazzjoni tal-PCC, li wriet li irrispettivament mill-fatt li DGFP Craiova kienet tappartjeni kemm għall-kredituri garantiti kif ukoll għall-kredituri baġitarji, ir-riskju ta' devjazzjoni tad-dejn attwali matul il-perjodu tar-Riorganizzazzjoni ġie vvalutat bħala reali. |
|
(53) |
Barra minn hekk, il-kostijiet amministrattivi u legali mġarrba mill-kredituri biex jiġi segwit il-monitoraġġ tal-esponiment tagħhom fil-pjan tar-riorganizzazzjoni kellhom ikunu ogħla milli fil-proċedura tal-likwidazzjoni, li d-dewmien tagħha kien mistenni li jkun iqsar. |
|
(54) |
Għalhekk, il-kredituri mhux garantiti li jaġixxu bħala kredituri f'ekonomija tas-suq kienu jiffavorixxu l-proċedura tal-likwidazzjoni mill-perspettiva ta' dawn il-pretensjonijiet fuq bażi awtonoma sabiex jevitaw akkumulazzjoni ulterjuri tad-dejn attwali. |
5. Konklużjoni tat-test tal-kredituri f'ekonomija tas-suq
|
(55) |
Bħala konklużjoni ta' dan it-test tal-kreditur f'ekonomija tas-suq, b'mod partikolari abbażi tal-premessi 47 u 50 ta' dan l-Anness Tekniku, AAAS, li kellha pretensjonijiet garantiti u baġitarji, kellha tiffavorixxi l-likwidazzjoni (kif għamel kreditur ieħor li kellu kemm pretensjonijiet garantiti kif ukoll baġitarji, jiġifieri DGFP Craiova) jekk kienet aġixxiet bħala MEO u għalhekk tat vantaġġ lil Oltchim skont il-Miżura 3 li jammonta għat-tħassir parzjali miftiehem tal-pretensjoni tagħha (EUR 211 sa EUR 216 miljun). |
|
(56) |
Abbażi tal-premessi 47 u 54 ta' dan l-Anness Tekniku, Electrica, li kellha kemm pretensjonijiet garantiti kif ukoll mhux garantiti tal-kredituri, kellha tiffavorixxi l-likwidazzjoni jekk kienet aġixxiet bħala MEO u għalhekk tat vantaġġ lil Oltchim skont il-Miżura 3 li jammonta għat-tħassir parzjali miftiehem tal-pretensjoni tagħha (EUR 110 sa 112-il miljun). |
|
(57) |
Abbażi tal-premessi 50 u 54 ta' dan l-Anness Tekniku, l-Amministrazzjoni Rumena tal-Ilma li kellha biss pretensjonijiet baġitarji u pretensjonijiet ta' kreditur mhux garantit skont l-Artikolu 96 tal-liġi tal-insolvenza kellha tiffavorixxi l-likwidazzjoni jekk kienet aġixxiet bħala MEO u għalhekk tat vantaġġ lil Oltchim skont il-Miżura 3 li jammonta għat-tħassir parzjali miftiehem tal-pretensjoni tagħha (EUR 2 miljun). |
|
(58) |
Barra minn hekk, il-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom it-tendenza li jindikaw li Salrom kellha tiffavorixxi wkoll il-likwidazzjoni sabiex timmassimizza r-rikavati tagħha. Dan japplika wkoll fil-każ ta' CET Govora, strettament abbażi ta' dawk il-kunsiderazzjonijiet. |
|
(59) |
F'dak li għandu x'jaqsam ma' CET Govora u Salrom, minbarra l-pretensjonijiet mhux żgurati tagħhom, dawn kienu esposti wkoll għal Oltchim bħala detenturi ta' dejn attwali u ta' wara l-insolvenza. Għalhekk dawn setgħu qiesu wkoll l-irkupru potenzjali tagħhom permezz tal-pretensjonijiet tagħhom li rriżultaw mid-dejn attwali. Il-kalkoli (ara t-tabelli msemmija hawn fuq) juru li l-proporzjonijiet tal-kopertura tad-dejn attwali bħala medja kienu ogħla fix-xenarju tal-likwidazzjoni (71 %) meta mqabbla mal-pjan tar-Riorganizzazzjoni (57 %). |
|
(60) |
Fir-rigward ta' Salrom, abbażi tal-premessi 54 u 59 ta' dan l-Anness Tekniku, il-konklużjoni ta' dan it-test tal-MEO huwa li din kellha tiffavorixxi l-likwidazzjoni jekk kienet aġixxiet bħala MEO u għalhekk tat vantaġġ lil Oltchim li jammonta għat-tħassir parzjali miftiehem tal-pretensjoni tagħha (EUR 4 miljuni). |
|
(61) |
F'dak li għandu x'jaqsam ma' CET Govora, jeħtieġ li jitqiesu l-limitazzjonijiet speċifiċi tal-kreditur: MEO li jaġixxi fis-sitwazzjoni ta' CET Govora kien iqis in-nuqqas ta' rikavati kemm fil-likwidazzjoni kif ukoll fil-pjan tar-Riorganizzazzjoni; dan kien jibbilanċja r-riskju li jżid l-esponiment tiegħu fuq Oltchim SA fil-pjan tar-Riorganizzazzjoni biċ-ċirkostanzi speċjali ħafna involuti għas-sopravivenza tagħha stess minħabba l-interdipendenza kbira tagħha ma' Oltchim (akbar minn dik ta' Salrom). Għalhekk, dak l-MEO seta' ffavorixxa l-pjan tar-Riorganizzazzjoni. |
|
(62) |
Fid-dawl ta' dan tal-aħħar, il-konklużjoni ta' dan it-test tal-MEO huwa li l-imġiba ta' CET Govora kienet konformi mal-prinċipju tal-kreditur f'ekonomija tas-suq fir-rigward tal-vot tagħha favur il-Pjan. |
(1) R/BDO ċċaraw il-fatt li l-prezz ta' EUR 306 miljun għall-ishma ta' Oltchim SPV li ssemma' fir-rapport tal-2013 ta' Winterhill kien żbaljat iżda ġie korrett għal EUR 294 miljun fid-dawl tal-laqgħa tal-kredituri fl-4 ta' Diċembru 2014.
(2) Madwar EUR 217 miljun, li minnhom EUR 171 miljun minn assi garantiti.
(3) Madwar EUR 140 miljun, li minnhom EUR 108 miljun minn assi garantiti.
(4) Madwar EUR 294 miljun, li minnhom EUR 234 miljun minn assi garantiti.
(5) Deċiżjoni tal-ftuħ, premessa 47.
(6) EUR 6,85 miljun.
(7) WACC medju ta' 11,58 % għall-industrija tal-kimika, skont Bażi tad-data mill-Professur Aswath Damodaran, speċjalist fil-finanzi korporattivi u fil-valutazzjoni tal-ekwità fis-Stern School of Business (New York), proporzjoni ta' EV/EBITDA, Jannar 2015 (http://people.stern.nyu.edu/adamodar/)
(8) Medja ta' EUR 10,9 miljun matul il-perjodu ta' 3 snin li ġiet ivvalutata minn R/BDO.
(9) Ibid bħan-nota f'qiegħ il-paġna 7 (Multipli tal-valur tal-intrapriżi globali, Jannar 2015).
(10) EUR 50,34 miljun fid-data tat-30 ta' Novembru 2014.
(11) EUR 66,36 miljun għax-xenarju A (xenarju ta' referenza għal dan it-test ta' MEO) u EUR 69,52 miljun għax-xenarju B (xenarju ottimist għal dan it-test ta' MEO) (Ir-Rapport tal-BDO dwar il-pjan tar-Riorganizzazzjoni, paġna 97).
(12) EUR 70,43 miljun.
(13) It-Taqsima E, il-kapitolu II, il-punt 35 tal-preżentazzjoni tagħhom fis-16 ta' Mejju 2018.
(14) 50 % ta' dawk il-kostijiet tqiesu fix-xenarju ta' referenza li jassumi li parti biss mill-assi ta' Oltchim jiġu akkwistati f'ingrossa waħda bil-għan li dawn jitħaddmu, filwaqt li l-bqija jinbiegħu b'mod individwali.
(15) Fl-2009, Raiffesen stima f'RON 58 miljun pagamenti ta' kumpens dovuti f'każ li jitkeċċew l-impjegati fuq il-lista ta' Oltchim fit-tmiem tal-2008. Dan ifisser pagament ta' kumpens ta' RON 74,3 miljun dovut f'każ li jitkeċċew l-impjegati sat-tmiem tal-2014, billi l-ammont preċedenti jiġi aġġustat (i) bl-inflazzjoni ta' 4,22 % fil-CAGR bejn l-2008 u l-2014 (ikkalkolata mid-data dwar l-inflazzjoni ta' kull sena tal-Eurostat) (ii) bit-tnaqqis fin-numru ta' persunal ta' Oltchim minn 4 204 impjegat fit-tmiem tal-2008 għal 2 345 fit-tmiem tal-2014 (sors: Bloomberg).
(16) Preżunt bħala 50 % tat-taxxa fuq l-introjtu fix-xenarju ta' referenza meta jitqies li r-rikavati jinqasmu fi tnejn bejn ix-xenarju ta' referenza u x-xenarju pessimist.
(17) Il-CAGR ibbażat fuq il-bażi tad-data tal-Professur Damodaran tal-5 ta' Jannar 2015, il-medja, it-tkabbir aggregat fl-introjtu nett għall-kumpaniji kimiċi diversifikati matul il-5 snin ta' qabel kienu 21,49 %.
Sors: http://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/New_Home_Page/dataarchived.html
(18) Ibid, l-iżborż medju għall-azzjonisti tal-kumpaniji kimiċi diversifikati. Studju tal-5 ta' Jannar 2015.