|
3.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 179/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2019/1136
tat-2 ta' Lulju 2019
li tipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għal President tal-Kummissjoni Ewropea
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi li, waqt li jitqiesu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u wara konsultazzjonijiet xierqa, il-Kunsill Ewropew jipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għal President tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
(2) |
L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew saru bejn it-23 u s-26 ta' Mejju 2019, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/767 (1). |
|
(3) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Nru 11 annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adotta t-Trattat ta' Lisbona, ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew għamlu l-konsultazzjonijiet meħtieġa. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġi propost kandidat lill-Parlament Ewropew għal President tal-Kummissjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Ursula von der Leyen hija b'dan proposta lill-Parlament Ewropew bħala kandidat għal President tal-Kummissjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2019.
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
D. TUSK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/767 tat-22 ta' Mejju 2018 li tiffissa l-perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 76).