1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/1113

tad-19 ta' Ġunju 2019

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/1/2019)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza, taħt id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610, lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUTM RCA, inklużi d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta' Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fid-19 ta' Diċembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2439 (2) biex ħatar lill-Brigadier Ġeneral Hermínio TEODORO MAIO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA.

(3)

Fil-15 ta' Mejju 2019, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea rrakkomanda li tiġi approvata n-nomina tal-Brigadier Ġeneral Éric PELTIER biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Hermínio TEODORO MAIO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA mit-8 ta' Lulju 2019.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Éric PELTIER huwa b'dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) mit-8 ta' Lulju 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMERSBERGER


(1)   ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/2439 tad-19 ta' Diċembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/4/2017) (ĠU L 344, 23.12.2017, p. 40).