14.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/28


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/974

tat-12 ta' Ġunju 2019

li tapprova l-programmi nazzjonali għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura ppreżentati mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2019) 4177)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri kollha bagħtu lill-Kummissjoni l-programmi trijennali nazzjonali tagħhom għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2020, 2021 u 2022.

(2)

It-28 programm jissodisfaw l-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u fihom l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1368 (2).

(3)

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lil kull programm nazzjonali għandha tiġi deċiża f'konformità mal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 (3).

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programmi nazzjonali għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2020, 2021 u 2022 ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun limitata għall-ammonti massimi kif stipulati fl-Anness għas-snin tal-apikultura 2020, 2021 u 2022.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1368 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-għajnuna lis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 9).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 tal-11 ta' Mejju 2015 l li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-għajnuna lis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 3).


ANNESS

Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi nazzjonali tal-apikultura għas-snin tal-apikultura 2020, 2021 u 2022

(f'EUR)

 

Is-sena tal-apikultura 2020

Is-sena tal-apikultura 2021

Is-sena tal-apikultura 2022

Il-Belġju

160 330

160 400

160 255

Il-Bulgarija

1 635 982

1 636 211

1 636 134

Iċ-Ċekja

1 266 168

1 266 168

1 266 168

Id-Danimarka

175 240

163 641

146 265

Il-Ġermanja

1 656 621

1 656 621

1 656 621

L-Estonja

100 000

100 000

100 000

L-Irlanda

45 000

45 000

45 000

Il-Greċja

3 235 867

3 237 292

3 234 354

Spanja

5 634 999

5 635 000

5 634 999

Franza

3 454 130

3 455 651

3 452 515

Il-Kroazja

1 000 850

1 001 291

1 000 382

L-Italja

3 544 718

3 546 279

3 543 060

Ċipru

100 000

100 000

100 000

Il-Latvja

207 500

207 500

248 398

Il-Litwanja

486 900

487 114

486 672

Il-Lussemburgu

15 337

15 344

15 330

L-Ungerija

3 120 330

3 121 704

3 118 871

Malta

8 333

8 333

8 333

In-Netherlands

190 000

190 000

190 000

L-Awstrija

880 301

880 688

879 889

Il-Polonja

3 937 807

3 939 541

3 935 966

Il-Portugall

1 750 000

1 750 000

1 750 000

Ir-Rumanija

5 248 731

5 251 043

5 246 276

Is-Slovenja

380 000

380 000

380 000

Is-Slovakkja

734 909

735 232

734 565

Il-Finlandja

140 500

140 500

140 500

L-Iżvezja

330 857

330 857

330 857

Ir-Renju Unit

558 590

558 590

558 590

EU-28

40 000 000

40 000 000

40 000 000