|
13.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/963
tas-6 ta' Ġunju 2019
li taħtar membru supplenti wieħed tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal Franza
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta' min iħaddem,
Wara li kkunsidra l-listi tal-membri u membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tad-9 ta' April 2019 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2023. |
|
(2) |
L-organizzazzjoni ta' min iħaddem BusinessEurope ippreżentat nomina għal post li jrid jimtela għal Franza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej huwa b'dan maħtur membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fil-31 ta' Marzu 2023:
RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM
|
Pajjiż |
Membru |
Membru supplenti |
|
Franza |
|
Is-Sur Franck GAMBELLI |
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar membri u membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BIRCHALL
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' April 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) (ĠU C 135, 11.4.2019, p. 7).