|
11.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/72 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/948
tad-29 ta' Mejju 2019
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1791 (EUTM Mali/1/2019)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUTM Mali, inklużi deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta' Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal EUTM Mali. |
|
(2) |
Fis-6 ta' Novembru 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1791 (2), li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Peter MIROW bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE EUTM Mali. |
|
(3) |
Fl-24 ta' April 2019, l-Awstrija pproponiet il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Christian HABERSATTER biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Peter MIROW bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE EUTM Mali mit-12 ta' Ġunju 2019. |
|
(4) |
Fl-24 ta' April 2019, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Christian HABERSATTER. |
|
(6) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1791 titħassar. |
|
(7) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Christian HABERSATTER huwa b'dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) mit-12 ta' Ġunju 2019.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1791 hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2019.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2019.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/1791 tas-6 ta' Novembru 2018 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (EUTM Mali/2/2018) (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 34).