5.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/106


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/919

tal-4 ta' Ġunju 2019

dwar l-istandards armonizzati għall-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni u għall-inġenji tal-ilma personali abbozzati b'appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma' standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE u fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)8736 (3), il-Kummissjoni talbet lis-CEN/Cenelec għall-abbozzar, għar-reviżjoni u għat-tlestija tax-xogħol fuq l-istandards armonizzati b'appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE li tindirizza rekwiżiti essenzjali aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE u fl-Anness I ta' dik id-Direttiva meta mqabbla mad-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li ġiet imħassra.

(3)

B'mod speċifiku, is-CEN/Cenelec ġew mitluba jadottaw standards ġodda għas-sistemi elettriċi, għall-protezzjoni mill-waqgħat minn fuq l-inġenji fl-ilma, għall-prevenzjoni tal-iskariki, għall-plakka tal-bennej, għall-manwal tas-sid, għall-viżibbiltà mill-pożizzjoni tal-ikkwartjar prinċipali, għall-kapaċità ta' żamma f'wiċċ l-ilma u l-mezzi ta' kif wieħed jista' jaħrab mill-periklu għall-inġenji b'iktar minn buq wieħed, għas-sistemi tal-gass, għall-emissjonijiet tal-egżost u għall-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma u jirrevedu l-istandards eżistenti u l-abbozzi tal-istandards li qed jiġu żviluppati.

(4)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2015) 8736, is-CEN/Cenelec irrevedew bosta standards armonizzati għall-inġenji żgħar u għad-dgħajjes li jintefħu.

(5)

Is-CEN/Cenelec irrevedew l-Annessi tal-istandards armonizzati biex jikkwotaw it-titolu sħiħ tad-Direttiva 2013/53/UE kif ukoll biex jindikaw b'mod ċar u dettaljat il-korrelazzjoni bejn il-klawżoli tal-istandards u r-rekwiżiti essenzjali rilevanti.

(6)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2015) 8736, is-CEN/Cenelec abbozzaw l-istandard EN ISO 8666:2018. L-istandard huwa l-istandard ta' referenza f'termini tad-dimensjonijiet ewlenin tad-dgħajjes u d-data relatata kif ukoll f'termini tal-ispeċifikazzjonijiet tal-massa u l-kundizzjonijiet varji għat-tagħbija. Dak l-istandard jipprovdi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi b'rabta mad-definizzjoni tat-tul tal-buq stabbilita fl-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 2013/53/UE.

(7)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN/Cenelec, ivvalutat jekk l-istandards għall-inġenji żgħar u għad-dgħajjes li jintefħu abbozzati mis-CEN/Cenelec jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2015) 8736.

(8)

L-istandards għall-inġenji żgħar u għad-dgħajjes li jintefħu jissodisfaw ir-rekwiżiti, li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/53/UE u fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. Għalhekk huwa xieraq li jiġu ppubblikati r-referenzi għal dawk l-istandards f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Għalhekk huwa neċessarju li jiġu rtirati r-referenzi għal dawk l-istandards li huma sostitwiti bl-istandards il-ġodda abbozzati mis-CEN/Cenelec.

(10)

Il-konformità ma' standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta' tali standard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'hekk, ir-referenzi għall-istandards armonizzati għall-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni u għall-inġenji tal-ilma personali abbozzati b'appoġġ għad-Direttiva, 2013/53/UE elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni, huma ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

B'hekk, ir-referenzi għall-istandards armonizzati għall-inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni u għall-inġenji tal-ilma personali abbozzati b'appoġġ għad-Direttiva 2013/53/UE, elenkati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni, huma rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12

(2)  Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90).

(3)  Commission Implementing Decision C(2015) 8736 of 15 December 2015 on a standardisation request to the European Committee for Standardisation and the European Committee for Electro-technical Standardisation as regards recreational craft and personal watercraft in support of Directive 2013/53/EU of the European Parliament and of the Council of 20 November 2013 on recreational craft and personal watercraft and repealing Directive 94/25/EC.

(4)  Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15).


ANNESS I

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN ISO 6185-1:2018

 

Dgħajjes li jintefħu - Parti 1: Dgħajjes b'rata ta' potenza tal-mutur li ma taqbiżx l-4,5 kW (ISO 6185-1:2001)

2.

EN ISO 6185-2:2018

 

Dgħajjes li jintefħu - Parti 2: Dgħajjes b'rata ta' potenza tal-mutur li ma taqbiżx l-4,5 kW sa 15-il kW inkluż (ISO 6185-2:2001)

3.

EN ISO 6185-3:2018

 

Dgħajjes li jintefħu - Parti 3: Dgħajjes b'tul tal-buq inqas minn 8 m b'rata ta' potenza tal-mutur ta' 15-il kW u akbar (ISO 6185-3:2014)

4.

EN ISO 6185-4:2018

 

Dgħajjes li jintefħu - Parti 4: Dgħajjes b'tul tal-buq ta' bejn 8 m u 24 m b'rata ta' potenza tal-mutur ta' 15-il kW u akbar (ISO 6185-4:2011, Verżjoni kkoreġuta 2014-08-01)

5.

EN ISO 7840:2018

 

Inġenji żgħar - Pajpijiet flessibbli tal-fjuwil li jirreżistu n-nar (ISO 7840:2013)

6.

EN ISO 8469:2018

 

Inġenji żgħar - Pajpijiet flessibbli tal-fjuwil li ma jirreżistux in-nar (ISO 8469:2013)

7.

EN ISO 8666:2018

 

Inġenji żgħar - Data prinċipali (ISO 8666:2016)

8.

EN ISO 8849:2018

 

Inġenji żgħar - Pompi tas-sentina li jaħdmu bl-elettriku b'kurrent dirett (ISO 8849:2003)

9.

EN ISO 9093-1:2018

 

Inġenji żgħar - Valvs u tagħmir fil-buq li minnhom jgħaddi likwidu li jkun fuq il-ġewwa tal-inġenju - Parti 1: Metalliċi (ISO 9093-1:1994)

10.

EN ISO 9093-2:2018

 

Inġenji żgħar - Valvs u tagħmir fil-buq li minnhom jgħaddi likwidu li jkun fuq il-ġewwa tal-inġenju - Parti 2: Mhux metalliċi (ISO 9093-2:2002)

11.

EN ISO 11192:2018

 

Inġenji żgħar - Simboli grafiċi (ISO 11192:2005)

12.

EN ISO 11547:2018

 

Inġenji żgħar - Protezzjoni biex inġenju ma jistartjax waqt li jkun ingranat (ISO 11547:1994)

13.

EN ISO 11812:2018

 

Inġenji żgħar - Kabini ssiġillati biex ma jidħolx ilma u kabini li jarmu l-ilma malajr (ISO 11812:2001)

14.

EN ISO 12215-1:2018

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 1: Materjali: Reżini termosolidifikati, rinforzi tal-fibra tal-ħġieġ, laminat ta' referenza (ISO 12215-1:2000)

15.

EN ISO 12215-2:2018

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 2: Materjali: Materjali ewlenin għall-kostruzzjoni saff saff, materjali intrinsiċi (ISO 12215-2:2002)

16.

EN ISO 12215-3:2018

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 3: Materjali: Azzar, ligi tal-aluminju, injam, materjali oħra (ISO 12215-3:2002)

17.

EN ISO 12215-4:2018

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 4: Ħanut tax-xogħol u manifattura (ISO 12215-4:2002)

18.

EN ISO 12215-5:2018

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 5: Pressjonijiet tad-disinn għall-inġenji b'buq wieħed, Stress tad-disinn, determinazzjoni ta' serratizzi qosra (ISO 12215-5:2008, inkluż Amd 1:2014)

19.

EN ISO 12215-6:2018

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 6: Arranġamenti u dettalji strutturali (ISO 12215-6:2008)

20.

EN ISO 12215-8:2018

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 8: Tmien (ISO 12215-8:2009,inkluż Cor 1:2010)

21.

EN ISO 12215-9:2018

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 9: Appendiċijiet tal-inġenji bil-qlugħ (ISO 12215-9:2012)

22.

EN ISO 12216:2018

 

Inġenji żgħar - Twieqi, twieqi żgħar tal-ġnub (portlights), bokkaporti, kontropurtelli u bibien - Rekwiżiti ta' saħħa u reżistenza għad-dħul tal-ilma (ISO 12216:2002)

23.

EN ISO 13297:2018

 

Inġenji żgħar - Sistemi elettriċi - Installazzjonijiet ta' kurrent alternat (ISO 13297:2014)

24.

EN ISO 13590:2018

 

Inġenji żgħar - Inġenji tal-ilma personali - Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u għall-installazzjoni tas-sistemi (ISO 13590:2003)

25.

EN ISO 14509-1:2018

 

Inġenji żgħar - Ħoss trażmess bl-arja li joħroġ mill-inġenji motorizzati li jintużaw għar-rikreazzjoni - Parti 1: Proċeduri tal-kejl tal-ħoss waqt it-tranżitu (ISO 14509-1:2008)

26.

EN ISO 14509-3:2018

 

Inġenji żgħar - Ħoss trażmess bl-arja li joħroġ mill-inġenji motorizzati li jintużaw għar-rikreazzjoni - Parti 3: Valutazzjoni tal-ħoss bl-użu ta' proċeduri tal-kalkolu u tal-kejl (ISO 14509-3:2009)

27.

EN ISO 15083:2018

 

Inġenji żgħar - Sistemi tal-pompi tas-sentina (ISO 15083:2003)

28.

EN ISO 15084:2018

 

Inġenji żgħar - Ankraġġ, irmiġġar u rmunkar - Punti b'saħħithom (ISO 15084:2003)

29.

EN ISO 16180:2018

 

Inġenji żgħar - Dwal tan-navigazzjoni - Installazzjoni, tqegħid fil-post u viżibbiltà (ISO 16180:2013)

30.

EN ISO 21487:2018

 

Inġenji żgħar - Tankijiet tal-petrol u tad-diżil installati b'mod permanenti (ISO 21487:2012,inkluż Amd 1:2014 u Amd 2:2015)

31.

EN ISO 25197:2018

 

Inġenji żgħar - Sistemi elettriċi/elettroniċi għall-kontroll tal-istering, tat-tibdil tal-gerijiet u tal-aċċeleratur (ISO 25197:2012, inkluż Amd 1:2014)


ANNESS II

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN ISO 6185-1:2001

 

Dgħajjes li jintefħu - Parti 1: Dgħajjes b'rata ta' potenza tal-mutur li ma taqbiżx l-4,5 kW (ISO 6185-1:2001)

2.

EN ISO 6185-2:2001

 

Dgħajjes li jintefħu - Parti 2: Dgħajjes b'rata ta' potenza tal-mutur li ma taqbiżx l-4,5 kW sa 15-il kW inkluż (ISO 6185-2:2001)

3.

EN ISO 6185-3:2014

 

Dgħajjes li jintefħu - Parti 3: Dgħajjes b'tul tal-buq inqas minn 8 m b'rata ta' potenza tal-mutur ta' 15-il kW u akbar (ISO 6185-3:2014)

4.

EN ISO 6185-4:2011

 

Dgħajjes li jintefħu - Parti 4: Dgħajjes b'tul tal-buq ta' bejn 8 m u 24 m b'rata ta' potenza tal-mutur ta' 15-il kW u akbar (ISO 6185-4:2011, Verżjoni kkoreġuta 2014-08-01)

5.

EN ISO 7840:2013

 

Inġenji żgħar - Pajpijiet flessibbli tal-fjuwil li jirreżistu n-nar (ISO 7840:2013)

6.

EN ISO 8469:2013

 

Inġenji żgħar - Pajpijiet flessibbli tal-fjuwil li ma jirreżistux in-nar (ISO 8469:2013)

7.

EN ISO 8849:2003

 

Inġenji żgħar - Pompi tas-sentina li jaħdmu bl-elettriku b'kurrent dirett (ISO 8849:2003)

8.

EN ISO 9093-1:1997

 

Inġenji żgħar - Valvs u tagħmir fil-buq li minnhom jgħaddi likwidu li jkun fuq il-ġewwa tal-inġenju - Parti 1: Metalliċi (ISO 9093-1:1994)

9.

EN ISO 9093-2:2002

 

Inġenji żgħar - Valvs u tagħmir fil-buq li minnhom jgħaddi likwidu li jkun fuq il-ġewwa tal-inġenju - Parti 2: Mhux metalliċi (ISO 9093-2:2002)

10.

EN ISO 11192:2005

 

Inġenji żgħar - Simboli grafiċi (ISO 11192:2005)

11.

EN ISO 11547:1995

 

Inġenji żgħar - Protezzjoni biex inġenju ma jistartjax waqt li jkun ingranat (ISO 11547:1994)

 

EN ISO 11547:1995/A1:2000

12.

EN ISO 11812:2001

 

Inġenji żgħar - Kabini ssiġillati biex ma jidħolx ilma u kabini li jarmu l-ilma malajr (ISO 11812:2001)

13.

EN ISO 12215-1:2000

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 1: Materjali: Reżini termosolidifikati, rinforzi tal-fibra tal-ħġieġ, laminat ta' referenza (ISO 12215-1:2000)

14.

EN ISO 12215-2:2002

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 2: Materjali: Materjali ewlenin għall-kostruzzjoni saff saff, materjali intrinsiċi (ISO 12215-2:2002)

15.

EN ISO 12215-3:2002

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 3: Materjali: Azzar, ligi tal-aluminju, injam, materjali oħra (ISO 12215-3:2002)

16.

EN ISO 12215-4:2002

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 4: Ħanut tax-xogħol u manifattura (ISO 12215-4:2002)

17.

EN ISO 12215-5:2008

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 5: Pressjonijiet tad-disinn għall-inġenji b'buq wieħed, stresses tad-disinn, determinazzjoni ta' serratizzi qosra (ISO 12215-5:2008)

 

EN ISO 12215-5:2008/A1:2014

18.

EN ISO 12215-6:2008

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 6: Arranġamenti u dettalji strutturali (ISO 12215-6:2008)

19.

EN ISO 12215-8:2009

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 8: Tmien (ISO 12215-8:2009)

 

EN ISO 12215-8:2009/AC:2010

20.

EN ISO 12215-9:2012

 

Inġenji żgħar - Kostruzzjoni tal-buq u partijiet oħra- Parti 9: Appendiċijiet tal-inġenji bil-qlugħ (ISO 12215-9:2012)

21.

EN ISO 12216:2002

 

Inġenji żgħar - Twieqi, twieqi żgħar tal-ġnub (portlights), bokkaporti, kontropurtelli u bibien - Rekwiżiti ta' saħħa u reżistenza għad-dħul tal-ilma (ISO 12216:2002)

22.

EN ISO 13297:2014

 

Inġenji żgħar - Sistemi elettriċi - Installazzjonijiet ta' kurrent alternat (ISO 13297:2014)

23.

EN ISO 13590:2003

 

Inġenji żgħar - Inġenji tal-ilma personali - Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u għall-installazzjoni tas-sistemi (ISO 13590:2003)

 

EN ISO 13590:2003/AC:2004

24.

EN ISO 14509-1:2008

 

Inġenji żgħar - Ħoss trażmess bl-arja li joħroġ mill-inġenji motorizzati li jintużaw għar-rikreazzjoni - Parti 1: Proċeduri tal-kejl tal-ħoss waqt it-tranżitu (ISO 14509-1:2008)

25.

EN ISO 14509-3:2009

 

Inġenji żgħar - Ħoss trażmess bl-arja li joħroġ mill-inġenji motorizzati li jintużaw għar-rikreazzjoni - Parti 3: Valutazzjoni tal-ħoss bl-użu ta' proċeduri tal-kalkolu u tal-kejl (ISO 14509-3:2009)

26.

EN ISO 15083:2003

 

Inġenji żgħar - Sistemi tal-pompi tas-sentina (ISO 15083:2003)

27.

EN ISO 15084:2003

 

Inġenji żgħar - Ankraġġ, irmiġġar u rmunkar - Punti b'saħħithom (ISO 15084:2003)

28.

EN ISO 16180:2013

 

Inġenji żgħar - Dwal tan-navigazzjoni - Installazzjoni, tqegħid fil-post u viżibbiltà (ISO 16180:2013)

29.

EN ISO 21487:2012

 

Inġenji żgħar - Tankijiet tal-petrol u tad-diżil installati b'mod permanenti (ISO 21487:2012)

 

EN ISO 21487:2012/A1:2014

 

EN ISO 21487:2012/A2:2015

30.

EN ISO 25197:2012

 

Inġenji żgħar – Sistemi elettriċi/elettroniċi għall-kontroll tal-istering, tat-tibdil tal-gerijiet u tal-aċċeleratur (ISO 25197:2012)

 

EN ISO 25197:2012/A1:2014