24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/89


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2019/846

tal-21 ta' Mejju 2019

li taħtar żewġ membri tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rumanija u r-Repubblika tal-Kroazja,

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandat tas-Sur George PUFAN ser jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2019.

(2)

Il-mandat tas-Sur Neven MATES ser jiskadi fl-14 ta' Lulju 2019.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li jinħatru żewġ membri ġodda għall-Qorti tal-Awdituri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin membri tal-Qorti tal-Awdituri:

(a)

Is-Sur Viorel ȘTEFAN għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2025;

(b)

Is-Sa Ivana MALETIĆ għall-perijodu mill-15 ta' Lulju 2019 sal-14 ta' Lulju 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Opinjonijiet tas-16 ta' April 2019 (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).