|
24.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/835
tat-8 ta' April 2019
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1)
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2001. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2004. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim għandha tiġi maqbula permezz ta' protokoll mal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu. |
|
(4) |
Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika Għarbija tal-EġittuIn-negozjati ġew konklużi b'suċċess. |
|
(5) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/768 (3), il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fi Brussell fl-10 ta' April 2017. |
|
(6) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Protokoll, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jkunu marbuta bil-Protokoll (5).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' April 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Kunsens tat-12 ta' Marzu 2019 (għadu mhux ippubblikat gil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.
(4) It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 115, 4.5.2017, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.