|
2.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/2 |
DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ Ġunju 2019
dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni relatati mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istituzzjonijiet, Korpi, Uffiċċji u Aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE
(2019/C 259/02)
IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u, b’mod partikolari, l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u, b’mod partikolari, l-Artikoli 25 u 45(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 25(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-2 ta’ Mejju 2019, li ġie kkonsultat skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 dwar il-Kapitolu V ta’ din id-Deċiżjoni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1725 jistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli li japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni u jipprevedi n-nomina ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data minn kull istituzzjoni u korp tal-Unjoni. |
|
(2) |
L-iskop ta’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Parlament Ewropew relatati mar-Regolament (UE) 2018/1725 (ir-“regoli ta’ implimentazzjoni”) huwa li jispeċifikaw il-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew (l-“Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data”). |
|
(3) |
L-għan tar-regoli ta’ implimentazzjoni huwa, barra minn hekk, li jistabbilixxu proċeduri li jippermettu lil dawk li huma s-suġġetti tad-data jeżerċitaw drittijiethom u li l-persuni kollha fi ħdan il-Parlament Ewropew involuti fl-ipproċessar tad-data personali jaqdu l-obbligi tagħhom. |
|
(4) |
Jenħtieġ li r-regoli ta’ implimentazzjoni jiżguraw li l-Parlament Ewropew jirrispetta b’mod debitu l-obbligi tiegħu fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2018/1725 mingħajr ma dan jimpedilu milli jwettaq l-attivitajiet leġiżlattivi, baġitarji, politiċi, analitiċi, ta’ skrutinju u ta’ komunikazzjoni tiegħu. |
|
(5) |
Jenħtieġ għaldaqstant li r-Regolament (UE) 2018/1725, u b’mod partikolari l-eċċezzjonijiet għad-drittijiet tas-suġġett tad-data li jipprevedi, jiġi interpretat b’tali mod li jiżgura l-kapaċità tal-Parlament Ewropew li jeżerċita bis-sħiħ is-setgħat tiegħu, b’mod partikolari l-funzjonijiet leġiżlattivi u baġitarji kif ukoll il-funzjonijiet ta’ kontroll politiku u ta’ konsultazzjoni skont kif stabbilit fit-Trattati. |
|
(6) |
Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-eżerċizzju tad-dritt għal tħassir imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jiġi interpretat b’tali mod li jkun evitat li l-applikazzjoni tiegħu tevita kull interferenza indebita mal-obbligu tal-Parlament Ewropew li jiddokumenta u jagħmel viżibbli u traċċabbli b’mod debitu għall-pubbliku l-attivitajiet parlamentari tiegħu, partikolarment fir-rigward tas-seduti plenarji u tal-proċeduri tal-korpi parlamentari, f’konformità mal-prinċipju ta’ trasparenza u ta’ ftuħ u mar-regoli applikabbli fil-qasam tal-arkivjazzjoni. |
|
(7) |
Barra minn hekk, id-dritt għall-portabbiltà tad-data msemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1725 japplika biss jekk l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens jew fuq in-neċessità ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt u jsir b’mezzi awtomatizzati. L-eżerċizzju ta’ dan id-dritt huwa limitat għall-eċċezzjoni stabbilita mit-tieni sentenza tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament inkwistjoni, li jenħtieġ li tinftiehem b’tali mod li teżenta lill-Parlament Ewropew mill-obbligu li jipprovdi data personali skont l-Artikolu 22(1) u (2) tar-Regolament inkwistjoni, għajr jekk ikunu kkonċernati l-attivitajiet amministrattivi tal-Parlament Ewropew. |
|
(8) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-kontroll konġunt tad-Direttorati Ġenerali tal-Parlament Ewropew flimkien ma’ korpi jew istituzzjonijiet oħra jew bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Parlament Ewropew, jenħtieġ li dan il-kontroll konġunt jeżisti biss jekk u sa fejn ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-istess operazzjonijiet ta’ pproċessar individwali u mhux meta jintervjenu sempliċement b’mod sekwenzjali b’operazzjonijiet ta’ pproċessar tematikament viċini iżda distinti. |
|
(9) |
L-Artikolu 13 ta’ din id-Deċiżjoni għandu jinftiehem fis-sens li lill-gruppi politiċi u lill-Membri tal-Parlament Ewropew tingħatalhom il-possibbiltà li jitolbu, fuq bażi strettament volontarja, il-parir tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data dwar kwistjonijiet marbuta mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari fid-dawl tal-interazzjoni bejn ir-rekwiżiti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u l-eżerċizzju tal-mandat liberu. Tali parir mhuwiex vinkolanti. |
|
(10) |
Huwa wkoll neċessarju li jiġu adottati regoli interni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom il-Parlament Ewropew huwa awtorizzat jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21 u tal-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni u skont l-Artikolu 25 tal-istess, bl-għan li jkun żgurat li l-Parlament Ewropew ikun jista’ jwettaq l-attivitajiet u l-proċeduri tiegħu. |
|
(11) |
F’dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew, huwa u japplika r-restrizzjonijiet skont il-Kapitolu V ta’ din id-Deċiżjoni, huwa marbut li jirrispetta d-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data kkonċernati, kif minqux fl-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fir-Regolament (UE) 2018/1725. |
|
(12) |
Għal dan l-għan, il-Parlament Ewropew, qabel ma japplika kwalunkwe restrizzjoni partikolari, jeħtieġlu jwettaq, fuq bażi ta’ każ b’każ, valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tar-restrizzjonijiet rispettivi, filwaqt li jqis ir-riskji għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data. |
|
(13) |
Il-Parlament Ewropew jeħtieġlu jiġġustifika għala r-restrizzjonijiet huma strettament neċessarji u proporzjonati f’soċjetà demokratika u li jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Skop
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 fil-Parlament Ewropew, u b’mod partikolari:
|
(a) |
timplimenta d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725 li huma relatati mal-kompiti, mad-dmirijiet u mas-setgħat tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data; |
|
(b) |
tistabbilixxi r-regoli dettaljati skont liema suġġett tad-data jista’ jeżerċita drittijietu; |
|
(c) |
tistabbilixxi r-regoli interni skont liema l-Parlament Ewropew jista’ japplika eċċezzjonijiet, derogi jew restrizzjonijiet fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data f’konformità, b’mod partikolari, mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725. |
Artikolu 2
Kontrollur
1. L-Unità jew is-servizz tal-Parlament Ewropew li jiddeterminaw il-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali jaġixxu bħala kontrollur fir-rigward ta’ din id-data fis-sens tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. Meta l-operazzjoni ta’ pproċessar teċċedi l-kompetenzi ta’ Unità jew ta’ servizz tal-Parlament Ewropew, id-Direttorat kompetenti għandu jkun il-kontrollur fis-sens tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725 sakemm l-kontroll konġunt ma jkunx miftiehem skont l-Artikolu 28 tar-Regolament inkwistjoni.
3. Meta l-operazzjoni ta’ pproċessar teċċedi l-kompetenzi ta’ Direttorat tal-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali kompetenti tal-Parlament Ewropew għandu jkun il-kontrollur fis-sens tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725 sakemm l-kontroll konġunt ma jkunx miftiehem skont l-Artikolu 28 tar-Regolament inkwistjoni.
4. Meta aktar minn Direttorat Ġenerali wieħed tal-Parlament Ewropew jiddetermina l-finijiet u l-mezzi l-iskopijiet u l-mezzi ta’ operazzjoni ta’ pproċessar partikolari jew meta waħda mill-entitajiet organizzattivi skont il-paragrafi 1 sa 3 u tal-anqas entità oħra għajr l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jiddeterminaw l-iskopijiet u l-mezzi ta’ operazzjoni ta’ pproċessar partikolari, l-atturi kompetenti għandhom jitqiesu bħala kontrolluri konġunti skont is-sens tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
5. Il-Parlament Ewropew għandu jitqies li huwa l-kontrollur għall-finijiet tal-Artikolu 44(3) u (6) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
6. Il-kontrollur għandu jkun responsabbli għall-iżgurar li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jitwettqu skont ir-Regolament (UE) 2017/1725 u jeħtieġlu jkun kapaċi juri l-konformità mar-Regolament inkwistjoni.
B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jkun responsabbli għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-implimentazzjoni ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa fid-dawl tal-applikazzjoni tal-prinċipji tal-protezzjoni ta’ data mid-disinn u b’mod awtomatiku; |
|
(b) |
l-għoti ta’ istruzzjonijiet xierqa lill-persunal taħt l-awtorità tiegħu sabiex dan jiżgura li l-ipproċessar ikun legali, ġust, trasparenti u kunfidenzjali u sabiex jipprovdi livell xieraq ta’ sigurtà fid-dawl tar-riskji li jinvolvi l-ipproċessar; |
|
(c) |
il-kooperazzjoni mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fil-qadi tad-dmirijiet rispettivi tagħhom, b’mod partikolari billi jibgħatilhom informazzjoni bi tweġiba għat-talbiet tagħhom; |
|
(d) |
l-informazzjoni lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-involviment tiegħu b’mod tempestiv b’mod partikolari fi proġetti li jikkonċernaw operazzjonijiet ġodda ta’ pproċessar tad-data jew modifiki sinifikanti f’operazzjonijiet eżistenti. |
KAPITOLU II
L-UFFIĊJAL TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA
Artikolu 3
Ħatra, statut u indipendenza
1. Is-Segretarju Ġenerali għandu jaħtar lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data minn fost il-membri tal-persunal tal-Parlament Ewropew f’konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 44(8) u (9) tar-Regolament (UE) 2018/1725. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jinħatar skont il-proċedura applikabbli fir-Regolamenti tal-Persunal (“ir-Regolamenti tal-Persunal”) jew, fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (“il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg”) stabbiliti fir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) (2), skont il-każ. L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data għandu jinħatar għal perjodu ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded.
2. Għall-finijiet ta’ qadi tal-kompiti tiegħu skont din id-Deċiżjoni, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun eżonerat minn kwalunkwe kompitu ieħor fi ħdan il-Parlament Ewropew. Is-Segretarju Ġenerali xorta jista’ jiddeċiedi li jassenja kompiti addizzjonali speċifiċi lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, dment li dawn ma jwasslux għal kunflitt ta’ interessi mar-rwol tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, b’mod partikolari b’rabta mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725.
3. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jastjeni milli jwettaq kwalunkwe azzjoni li tkun inkompatibbli man-natura ta’ dmirijietu.
4. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data huwa marbut b’segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 44(5) tar-Regolament (UE) 2018/1725, anki wara li jieqaf minn dmirijietu.
5. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’ jitkeċċa biss f’konformità mal-Artikolu 44(3) u (8) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Għall-finijiet ta’ ksib tal-kunsens tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar tkeċċija bħal din skont l-Artikolu 44(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi kkonsultat bil-miktub. Kopja ta’ dan il-kunsens għandha tintbagħat lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.
6. Il-Parlament Ewropew għandu jiżgura li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ma jirċievi l-ebda istruzzjoni dwar l-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu, kif definit fl-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) 2018/1725. F’dan ir-rigward, b’mod partikolari, dan ma għandu jirċievi l-ebda istruzzjoni mingħand is-Segretarju Ġenerali anki rigward il-kooperazzjoni tiegħu mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.
7. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirrapporta direttament lis-Segretarju Ġenerali.
Artikolu 4
Kompiti, dmirijiet u setgħat
1. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 mis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew u għandu jissorvelja l-konformità mal-qafas ġuridiku applikabbli dwar il-protezzjoni ta’ data personali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 ta’ din id-Deċiżjoni, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, fil-prinċipju, ma għandux ikun kompetenti għas-sorveljanza tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 minn Membri individwali tal-Parlament Ewropew jew mill-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew.
2. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkonsultat jew għandu jagħti pariri skont l-Artikolu 44(4) u (7) u l-Artikolu 45(1), punti (d), (e) u (f) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u għandu jeżerċita l-kompiti ulterjuri kollha stabbiliti fl-Artikolu 45 tar-Regolament inkwistjoni.
3. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirrapporta lis-Segretarju Ġenerali kwalunkwe ksur jew riskju serju ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725.
4. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu joħroġ, fuq talba, opinjoni indirizzata lill-kontrollur rilevanti dwar l-operazzjonijiet effettivi jew proposti ta’ pproċessar u dwar il-proporzjonalità u l-adegwatezza tal-ipproċessar ta’ ċerta data jew dwar il-miżuri ta’ sigurtà. L-opinjoni tista’ tkun relatata b’mod partikolari ma’ kwalunkwe kwistjoni li tirrigwarda l-analiżi tar-riskji għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data.
5. Is-servizz kompetenti tal-Parlament Ewropew għandu jikkonsulta lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data qabel l-approvazzjoni tar-regoli interni li jistabbilixxu l-qafas għall-ipproċessar tad-data personali.
6. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jwettaq il-kompiti tiegħu f’kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandu jkun il-punt ta’ kuntatt bejn il-Parlament Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u għandu jkun informat dwar kull komunikazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet rigward materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu.
7. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jattendi b’mod regolari għal-laqgħat organizzati mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew mill-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data tal-istituzzjonijiet u tal-korpi l-oħra bl-għan li tkun ffaċilitata l-kooperazzjoni tajba.
8. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu dejjem ikun suġġett għar-regoli u għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, skont il-każ.
Artikolu 5
Ksur tad-data personali u sigurtà tad-data
1. Meta jseħħ ksur tad-data personali, il-kontrollur għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data bl-inċident.
2. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jistabbilixxi u jżomm reġistru ċentrali għall-finijiet ta’ dokumentazzjoni ta’ dan il-ksur rrappurtat tad-data personali, f’konformità mal-Artikolu 34(6) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-kontrollur li ltaqa’ mal-ksur tad-data għandu jimla r-reġistru bl-informazzjoni mitluba mill-Artikolu inkwistjoni.
3. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jorganizza laqgħat regolari mal-Uffiċjal Kap tas-Sigurtà tas-Sistemi tal-Informazzjoni u mal-amministratur tar-riskji tal-Parlament Ewropew sabiex jiżgura li tinżamm konformità mal-Artikoli 33 sa 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’ jistieden parteċipanti oħra meta jkun xieraq.
4. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-laqgħat imsemmija fil-paragrafu 3, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu:
|
(a) |
jippreżenta lis-Segretarju Ġenerali, fuq bażi annwali, analiżi tar-riskji għall-protezzjoni tad-data, li għandha tkun aġġornata fid-dawl tal-fatturi ta’ riskju li jevolvu; |
|
(b) |
jipproponi lis-Segretarju Ġenerali politiki dwar il-protezzjoni tad-data, li jindirizzaw b’mod partikolari r-riskji ta’ serq, żvelar jew tbagħbis mhux awtorizzati ta’ data b’mezzi elettroniċi; |
|
(c) |
jipproponi lis-Segretarju Ġenerali miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ sigurtà tad-data personali meta mqabbel mar-riskji għall-protezzjoni ta’ data. |
Artikolu 6
Rekords tal-attivitajiet ta’ pproċessar u reġistru ċentrali
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jistabbilixxi u jżomm ir-reġistru ċentrali skont is-sens tal-Artikolu 31(5) tar-Regolament (UE) 2018/1725, li fih għandhom jinżammu r-rekords dwar l-attivitajiet ta’ pproċessar. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li r-reġistru jkun aċċessibbli għall-pubbliku, anki b’mod elettroniku. Fuq talba, l-aċċess għandu jkun possibbli wkoll permezz tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Fuq talba, ir-rekords dwar l-attivitajiet ta’ pproċessar tal-Parlament Ewropew għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Artikolu 7
Informazzjoni u aċċess
1. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi informat minnufih mill-kontrollur meta jkunu kkonċernati t-twaqqif ta’ proċedura amministrattiva ġdida, jew il-modifika ta’ proċedura amministrattiva eżistenti li taffettwa l-operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data personali.
2. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu aċċess f’kull mument għad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata, għall-installazzjonijiet tal-ipproċessar ta’ data u għall-portaturi tad-data.
Artikolu 8
Awditjar intern
Meta mitlub mill-Awditur Intern, li jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi tiegħu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jikkollabora mal-Awditur Intern, b’mod partikolari biex jiffaċilita l-iżvolġiment ta’ awditi interni li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew.
Artikolu 9
Approċċ ibbażat fuq ir-riskju
1. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, meta mitlub jew fuq inizjattiva tiegħu, għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar il-proċeduri amministrattivi ġodda jew modifikati jew dwar il-miżuri tekniċi jew organizzattivi li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali u jassisti lill-kontrollur fil-valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data.
2. Wara l-iżvolġiment tal-valutazzjoni tar-riskji hawn fuq imsemmija, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jagħti parir lill-kontrollur dwar l-eventwali neċessità li ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data.
Artikolu 10
Miżuri tekniċi u organizzattivi
1. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jagħti pariri lill-kontrollur fil-valutazzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi u organizzattivi għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.
2. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’ jirrakkomanda lis-Segretarju Ġenerali miżuri tekniċi jew organizzattivi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2018/1725 meta dan jikkonkludi abbażi ta’ evalwazzjoni li operazzjoni ta’ pproċessar ma tiggarantix konformità sħiħa mal-Artikolu inkwistjoni.
Artikolu 11
Kontrolluri konġunti u proċessuri
1. Fuq talba, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jipprovdi opinjoni lill-kontrollur dwar id-determinazzjoni tar-responsabbiltajiet rilevanti fil-kuntest ta’ arranġament bejn kontrolluri konġunti skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. Fuq talba, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’ jipprovdi opinjoni lill-kontrollur rigward il-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa li għandhom jiġu ggarantiti mill-proċessur jew mis-subproċessur skont l-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 12
Rapport annwali
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jfassal rapport ta’ attività annwali għas-Segretarju Ġenerali u għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fir-rigward tal-attivitajiet relatati mal-protezzjoni tad-data personali fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew. Għandu jagħmel ir-rapport aċċessibbli għall-persunal tal-Parlament.
Artikolu 13
Membri tal-Parlament Ewropew u gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew
1. B’deroga mill-Artikolu 4(1) ta’ din id-Deċiżjoni, il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew jistgħu jitolbu pariri mingħand l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data rigward kwistjoni li tkun relatata mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà individwali tal-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew li japplikaw ir-Regolament (UE) 2018/1725 bħala kontrolluri fis-sens tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’, fuq talba ta’ Membru tal-Parlament Ewropew jew ta’ grupp politiku tal-Parlament Ewropew, jagħti l-parir tiegħu b’applikazzjoni, mutatis mutandis, tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jaqbel fuq bażi ta’ każ b’każ dwar l-arranġamenti fid-dettall tal-assistenza msemmija fil-paragrafu 1, f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. L-eżekuzzjoni ta’ tali funzjoni ta’ konsulenza ma tridx twassal għal kunflitt mal-kompiti l-oħra tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.
KAPITOLU III
PERSUNAL TA’ SOSTENN U NETWERKS
Artikolu 14
Persunal għall-protezzjoni tad-data u riżorsi
1. Is-Segretarju Ġenerali jista’ jaħtar persunal tas-Servizz ta’ Protezzjoni tad-Data bil-kompitu li jassisti lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fil-qadi ta’ dmirijietu.
2. Il-membri tal-persunal maħtura skont il-paragrafu 1 jistgħu jirrappreżentaw l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fl-assenza tiegħu. Għal dan l-għan, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’ joħroġ delegi ta’ awtorità interni lil membri speċifiċi tal-persunal tiegħu. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Segretarju Ġenerali għandhom jiġu notifikati b’kopja bi kwalunkwe delega ta’ awtorità bħal din.
Artikolu 15
Netwerk ta’ koordinaturi tal-protezzjoni tad-data
1. Fi ħdan il-Parlament Ewropew għandu jiġi stabbilit netwerk ta’ koordinaturi għall-protezzjoni tad-data, magħmul minn tal-anqas membru ta’ kull Direttorat Ġenerali, minn rappreżentant tal-koordinament tal-gruppi politiċi u minn rappreżentant tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.
2. Is-Segretarju Ġenerali jista’ jispeċifika l-arranġamenti fid-dettall fir-rigward tal-ħatra, tad-dmirijiet u tal-kompiti tal-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data.
3. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jorganizza b’mod regolari laqgħat mal-koordinaturi tal-protezzjoni tad-data.
KAPITOLU IV
EŻERĊIZZJU TAD-DRITTIJIET TAS-SUĠĠETTI TAD-DATA
Artikolu 16
Regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 14 sa 24 tar-Regolament (UE) 2018/1725
1. Id-dritt li tkun informat, id-dritt ta’ aċċess, id-dritt ta’ rettifika, id-dritt għal tħassir, id-dritt għal restrizzjoni tal-ipproċessar, id-drittijiet marbuta man-notifika lid-destinatarji, id-dritt għall-portabbiltà tad-data, id-dritt għal oġġezzjoni u d-drittijiet marbuta mat-teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati, inkluż it-tfassil ta’ profili, kif jissemma fl-Artikoli 14 sa 24 tar-Regolament (UE) 2018/1725, jistgħu jkunu eżerċitati esklużivament mis-suġġett tad-data jew mir-rappreżentant tiegħu debitament awtorizzat.
2. Is-suġġett tad-data għandu jindirizza lill-kontrollur it-talbiet biex jeżerċita wieħed mid-drittijiet tiegħu msemmija fil-paragrafu 1. Formola mhux obbligatorja għal dan l-għan għandha tkun disponibbli f’forma elettronika fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew. It-talba għandha tinkludi:
|
(a) |
l-isem, il-kunjom u d-dettalji ta’ kif jista’ jiġi kkuntattjat is-suġġett tad-data; |
|
(b) |
indikazzjoni tad-dritt li għandu jiġi eżerċitat; |
|
(c) |
jekk ikun il-każ, id-dokumenti ġustifikattivi relatati mat-talba; |
|
(d) |
il-kategorija jew il-kategoriji tad-data personali kkonċernata; |
|
(e) |
il-firma tas-suġġett tad-data u d-data tat-talba. |
3. It-talba tista’ tiġi ppreżentata bil-posta interna jew esterna jew bil-posta elettronika jew bi kwalunkwe mezz bil-miktub ieħor.
4. Il-kontrollur għandu jitlob il-kjarifiki neċessarji f’każ ta’ talbiet mhux ċari jew inkompluti. Sakemm jiġu ċċarati definittivament dawn il-kwistjonijiet, ma għandux jibda jiddekorri ż-żmien sal-iskadenza applikabbli skont l-Artikolu 14(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
5. Il-kontrollur għandu jivverifika l-identità tas-suġġett tad-data skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (UE) 2018/1725. L-identità tas-suġġett tad-data għandha tiġi vverifikata bl-anqas mod invadenti possibbli. Matul il-perjodu ta’ verifika tal-identità, ma għandux jibda jiddekorri ż-żmien sal-iskadenza applikabbli skont l-Artikolu 14(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
6. Il-kontrollur għandu jwieġeb għal kwalunkwe talba mressqa mis-suġġetti tad-data sabiex jeżerċitaw drittijiethom, anki f’każijiet li fihom il-Parlament Ewropew ma jkollu l-ebda data personali rilevanti. Għandha tintbagħat konferma tar-riċevuta lis-suġġett tad-data fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha tasal it-talba. Madankollu, il-kontrollur ma għandux ikun meħtieġ jibgħat konferma tar-riċevuta f’każ li tkun fornuta tweġiba sostanzjali għat-talba fl-istess limitu ta’ żmien ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol.
7. It-tweġiba għandha tintbagħat lis-suġġett tad-data, sal-iskadenzi previsti fl-Artikolu 14(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2018/1725, bl-istess mezz ta’ komunikazzjoni bil-miktub u bl-istess lingwa uffiċjali tal-Unjoni użati mis-suġġett tad-data għajr jekk jintalab mod ieħor minn dan tal-aħħar.
8. Fl-ipproċessar ta’ talba skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-kontrollur għandu jieħu kont tal-eventwali bżonn li tiġi applikata eċċezzjoni, deroga jew restrizzjoni skont il-Kapitolu V ta’ din id-Deċiżjoni.
9. F’każ li talba tkun ferm kumplessa jew l-ipproċessar opportun tagħha jinvolvi riskju probabbli għad-drittijiet u għal-libertajiet ta’ suġġett tad-data oħrajn, il-kontrollur għandu jikkonsulta lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.
Artikolu 17
Dritt li tkun informat
(Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725)
1. Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament inkwistjoni, anki meta jkun biħsiebu jipproċedi bi pproċessar ulterjuri, permezz tal-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni ġeneralizzata fuq l-Internet jew fil-intranet.
2. Meta jkun possibbli u mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni alternattivi previsti fl-Artikolu 14(1) u (7) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament inkwistjoni għandha tingħata lis-suġġetti tad-data kkonċernati b’mod individwalizzat, bil-miktub jew b’mezzi elettroniċi.
Artikolu 18
Dritt ta’ aċċess
(Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725)
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, meta s-suġġett tad-data jagħmel talba għal aċċess għad-data personali tiegħu, il-kontrollur għandu jagħmel estrazzjoni tad-data rilevanti mill-post fejn tkun maħżuna, inklużi dokumenti elettroniċi jew stampati, u jagħmilha disponibbli għas-suġġett tad-data bi kwalunkwe wieħed mill-mezzi li ġejjin:
|
(a) |
kumpilazzjoni mfassla mill-kontrollur; |
|
(b) |
kopja fiżika jew elettronika; |
|
(c) |
mezzi disponibbli oħra għall-kontrollur u adattati għall-konfigurazzjoni tal-fajl. |
2. Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725, meta s-suġġett tad-data jagħmel talba għall-aċċess b’mezzi elettroniċi, u sakemm ma jintalabx mod ieħor, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-kontrollur f’format elettroniku ta’ użu komuni.
Artikolu 19
Dritt ta’ rettifika
(Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2018/1725)
1. It-talbiet għal rettifika għandhom jispeċifikaw id-data personali li trid tkun rettifikata u jew kompletata, filwaqt li juru l-impreċiżjoni jew l-inkompletezza tad-data u l-korrezzjoni li trid issir. Fejn xieraq, talba tista’ tkun akkumpanjata minn dokumenti ġustifikattivi.
2. Is-suġġett tad-data għandu jkun notifikat dwar it-tlestija b’suċċess tar-rettifika. F’każ li t-talba tiġi rifjutat, is-suġġett tad-data għandu jkun informat bil-miktub dwar ir-raġunijiet għal dan.
Artikolu 20
Dritt għal tħassir
(Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/1725)
1. It-talbiet għal tħassir għandhom jispeċifikaw id-data personali li għandha titħassar u jindikaw ir-raġuni għat-tħassir skont it-tifsira tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. Is-suġġett tad-data għandu jkun notifikat dwar it-tlestija b’suċċess tat-tħassir. F’każ li t-talba tiġi rifjutat, is-suġġett tad-data għandu jkun informat bil-miktub dwar ir-raġunijiet għal dan.
3. It-tħassir jinkludi t-tneħħija fiżika tad-data personali mingħajr il-ħtieġa li din tkun sostitwita b’kodiċi, jew il-ħolqien ta’ fajl alternattiv li jinkludi d-data personali mħassra.
Artikolu 21
Dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar
(Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725)
1. It-talbiet għar-restrizzjoni tal-ipproċessar għandhom jispeċifikaw id-data personali kkonċernata u r-raġuni għar-restrizzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. Is-suġġett tad-data għandu jkun notifikat dwar it-tlestija b’suċċess tar-restrizzjoni tal-ipproċessar. F’każ li t-talba tiġi rifjutat, is-suġġett tad-data għandu jkun informat bil-miktub dwar ir-raġunijiet għal dan.
Artikolu 22
Notifika lid-destinatarji
(Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2018/1725)
1. Wara li tiġi ffinalizzata waħda mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 21 ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur għandu jniedi, mingħajr dewmien, il-proċedura skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. F’każ li n-notifika lid-destinatarji tkun impossibbli jew tkun tinvolvi sforz sproporzjonat, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub dwar ir-raġunijiet għar-rifjut.
Artikolu 23
Dritt għall-portabbiltà tad-data
(Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1725)
1. It-talbiet skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandhom jispeċifikaw id-data personali kkonċernata.
2. F’każ li t-talba tiġi rifjutata, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub dwar ir-raġunijiet għal dan.
Artikolu 24
Dritt għal oġġezzjoni
(Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2018/1725)
1. L-oġġezzjonijiet għandhom jispeċifikaw id-data personali kkonċernata u r-raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni personali li tiġġustifika l-oġġezzjoni.
2. F’każ li l-oġġezzjoni tiġi rifjutata, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub dwar ir-raġunijiet għal dan.
KAPITOLU V
EĊĊEZZJONIJIET, DEROGI U RESTRIZZJONIJIET
TAQSIMA 1
Eċċezzjonijiet u derogi
Artikolu 25
Eċċezzjonijiet
1. Qabel ma japplika restrizzjoni skont it-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, il-kontrollur għandu jikkunsidra jekk tapplikax xi waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari dawk skont l-Artikoli 15(4), 16(5), 19(3) u 35(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. Għall-ipproċessar għall-finijiet ta’ arkivjazzjoni fl-interess pubbliku kif ukoll għall-ipproċessar għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet statistiċi, il-kontrollur għandu jikkunsidra jekk japplikawx l-eċċezzjonijiet skont l-Artikolu 16(5), punt (b), u 19(3), punt (d), tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 26
Derogi
1. Għall-ipproċessar għall-finijiet ta’ arkivjazzjoni fl-interess pubbliku, il-kontrollur jista’ japplika derogi skont l-Artikolu 25(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Għal dan l-għan, il-kontrollur jista’ jidderoga mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20, 21, 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2018/1725 skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. Għall-ipproċessar għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għall-finijiet statistiċi, il-kontrollur jista’ japplika derogi skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Għal dan l-għan, il-kontrollur jista’ jidderoga mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20 u 23 tar-Regolament (UE) 2018/1725 skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament inkwistjoni.
3. Tali derogi għandhom ikunu suġġetti għal salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikolu 28(1) u (2) ta’ din id-Deċiżjoni. Għandu jkun hemm miżuri tekniċi u organizzattivi fis-seħħ skont l-Artikolu 2(6), punt (a), u l-Artikolu 10 ta’ din id-Deċiżjoni b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-minimizzazzjoni tad-data u, meta jkun il-każ, tal-psewdonimizzazzjoni.
TAQSIMA 2
Restrizzjonijiet
Artikolu 27
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din it-Taqsima tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali li fihom il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 ta’ dak ir-Regolament, skont l-Artikolu 25 tiegħu.
Il-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 huma kkomplementati mid-dispożizzjonijiet tal-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni, li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li fihom il-Parlament Ewropew jista’ jirrestrinġi d-drittijiet tas-suġġetti tad-data f’kull waħda mill-attivitajiet u mill-proċeduri tiegħu meta tkun qed tiġi pproċessata data personali u jistgħu jsiru neċessarji restrizzjonijiet.
2. Din it-Taqsima tapplika għall-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet tal-attivitajiet u tal-proċeduri mwettqa mill-Parlament Ewropew, kif speċifikat fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.
3. Għall-finijiet ta’ kull ipproċessar u restrizzjoni, il-kontrollur kompetenti għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 28
Salvagwardji
1. Id-data personali suġġett għal restrizzjoni għandha tinħażen f’ambjent fiżiku jew elettroniku sikur li jipprevjeni l-aċċess jew it-trasferiment illegali tad-data lil persuni li ma għandhomx bżonn li jkunu jafu.
2. Wara li jintemm l-ipproċessar, id-dokumenti li jkun fihom id-data personali għandhom jinżammu skont ir-regoli applikabbli tal-Parlament Ewropew (3).
3. Qabel ma tapplika kwalunkwe restrizzjoni, valutazzjoni dwar in-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni u tar-riskji għas-suġġetti tad-data għandha ssir skont l-Artikolu 35 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 29
Restrizzjonijiet applikabbli
1. Suġġett għall-Artikoli 30 sa 36 u għall-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Annessi applikabbli ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur jista’ japplika restrizzjonijiet fir-rigward ta’ dawk id-drittijiet tas-suġġett tad-data msemmija b’mod espliċitu fl-Annessi applikabbli, meta l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ikun jikkomprometti l-iskop ta’ waħda mill-attivitajiet jew mill-proċeduri stabbiliti f’tali Annessi.
2. Il-kontrollur għandu jżomm rekord u jirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 35 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 30
Forniment ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data
1. Il-Parlament Ewropew għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu avviżi dwar il-protezzjoni tad-data li jinformaw lis-suġġetti tad-data kollha dwar l-attivitajiet tiegħu li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali tagħhom u dwar restrizzjoni potenzjali tad-drittijiet tagħhom f’dan il-kuntest. L-informazzjoni għandha tispeċifika d-drittijiet li jistgħu jkunu ristretti, ir-raġunijiet għal tali restrizzjoni, id-durata potenzjali tagħhom u r-rimedji legali possibbli.
2. Jekk ikun possibbli, il-kontrollur għandu jinforma direttament lil kull suġġett tad-data dwar id-drittijiet tiegħu li jikkonċernaw tali restrizzjonijiet mingħajr dewmien żejjed u fil-format l-aktar xieraq, u dan għandu jiġi ddeterminat fuq bażi ta’ każ b’każ. L-informazzjoni għandha tispeċifika d-drittijiet li jistgħu jkunu ristretti, ir-raġunijiet għal tali restrizzjonijiet, id-durata potenzjali tagħhom u r-rimedji legali possibbli.
Artikolu 31
Dritt li tkun informat
1. Meta l-kontrollur jirrestrinġi d-dritt għall-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, is-suġġetti tad-data għandhom jiġu informati, f’konformità mal-Artikolu 25(6) ta’ dak ir-Regolament, dwar ir-raġunijiet prinċipali li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni u dwar id-dritt tagħhom li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
2. Madankollu, tali forniment ta’ informazzjoni jista’ jiġi differit, jitħalla barra jew jiġi miċħud, f’konformità mal-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725, sakemm dan ikun iħassar l-effett tar-restrizzjoni.
3. Meta l-kontrollur jiddifferixxi, iħalli barra jew jiċħad, kompletament jew parzjalment, il-forniment ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data skont it-tifsira tal-paragrafu 2, għandu jżomm rekord u jirreġistra r-raġunijiet talli għamel dan skont l-Artikolu 35 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 32
Dritt ta’ aċċess mis-suġġetti tad-data, dritt ta’ rettifika, dritt għal tħassir, dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, obbligu ta’ notifika
1. Meta l-kontrollur jirrestrinġi, b’mod sħiħ jew parzjali, id-dritt ta’ aċċess għad-data personali mis-suġġetti tad-data, id-dritt ta’ rettifika, id-dritt għal tħassir jew id-dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar kif imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 19 u 20, rispettivament, tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll l-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 21 tar-Regolament inkwistjoni, dan għandu jinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba tiegħu għat-talba għal aċċess, għal rettifika, għal tħassir jew għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, dwar ir-restrizzjoni li ġiet applikata u dwar ir-raġunijiet ewlenin għar-restrizzjoni u dwar il-possibbiltà li jitressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jitfittex rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”).
2. Il-forniment ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jiġi differit, jitħalla barra jew jiġi miċħud sakemm dan ikun iħassar l-effett tar-restrizzjoni.
3. Il-kontrollur għandu jirreġistra r-raġunijiet għad-differiment, għall-ommissjoni jew għaċ-ċaħda skont l-Artikolu 35 ta’ din id-Deċiżjoni.
4. Meta d-dritt ta’ aċċess ikun ristrett b’mod sħiħ jew parzjali u s-suġġett tad-data jkun eżerċita d-dritt tiegħu li jressaq lment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, is-suġġett tad-data, u hu biss, għandu jkun informat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar jekk id-data ġietx ipproċessata korrettament u, jekk le, jekk saritx xi korrezzjoni skont l-Artikolu 25(7) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 33
Komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data
Meta l-kontrollur jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandu jżomm rekord u jirreġistra r-raġunijiet talli għamel dan f’konformità mal-Artikolu 35 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 34
Kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi
Meta l-kontrollur jirrestrinġi l-obbligu tal-Parlament Ewropew li jiżgura l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725, huwa għandu jżomm rekord u jirreġistra r-raġunijiet talli għamel dan f’konformità mal-Artikolu 35 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 35
Valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità, żamma ta’ rekords u reġistrazzjoni ta’ restrizzjonijiet
1. Qabel ma japplika kwalunkwe restrizzjoni partikolari, il-kontrollur għandu jivvaluta jekk ir-restrizzjonijiet humiex neċessarji u proporzjonati, filwaqt li jqis l-elementi rilevanti fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data kkonċernati, b’mod partikolari r-riskju li d-data personali tagħhom tista’ tiġi pproċessata ulterjorment mingħajr ma jkunu jafu u li jistgħu ma jitħallewx jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725. Dan għandu jiġi ddokumentat permezz ta’ nota ta’ valutazzjoni interna u għandu jitwettaq fuq bażi ta’ każ b’każ.
2. Il-kontrollur għandu jżomm rekord tar-raġunijiet għal kwalunkwe restrizzjoni applikata skont din id-Deċiżjoni, inkluża l-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1.
Għal dak l-għan, ir-rekord għandu jiddikjara kif l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data jikkomprometti l-iskop ta’ waħda mill-attivitajiet jew mill-proċeduri mwettqa mill-Parlament Ewropew, kif definit fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.
3. Meta, skont l-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-kontrollur jiddiferixxi, iħalli barra jew jiċħad il-forniment ta’ informazzjoni lil suġġett tad-data dwar l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni, il-kontrollur għandu wkoll iżomm rekord, fejn applikabbli, tar-raġunijiet talli għamel dan.
4. Ir-rekords u, fejn applikabbli, id-dokumenti li jkun fihom elementi fattwali u ġuridiċi sottostanti għandhom jinħażnu f’reġistru ċentrali. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.
Artikolu 36
Durata tar-restrizzjonijiet
1. Ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 29 u 31 sa 34 ta’ din id-Deċiżjoni, li jinqraw flimkien mal-Annessi applikabbli ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw dment li r-raġunijiet li jiġġustifikawhom jibqgħu applikabbli.
2. Meta r-raġunijiet għal restrizzjoni msemmija fl-Artikoli 29 u 31 sa 34 ta’ din id-Deċiżjoni, li jinqraw flimkien mal-Annessi applikabbli ta’ din id-Deċiżjoni, ma jibqgħux jeżistu, il-kontrollur għandu jneħħi r-restrizzjoni. Fl-istess waqt, il-kontrollur għandu jipprovdi lis-suġġett tad-data r-raġunijiet ewlenin għar-restrizzjoni u jinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin jew li jfittex rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
3. Il-kontrollur għandu jirrieżamina l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 29 u 31 sa 34 ta’ din id-Deċiżjoni, li jinqraw flimkien mal-Annessi applikabbli din id-Deċiżjoni, kull sitt xhur minn meta tiġi adottata u fl-għeluq tal-proċedura rilevanti. Wara, għall-finijiet tal-attivitajiet u tal-proċeduri stabbiliti fl-Annessi I, II, V, VI, VII, VIII, IX u X ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur għandu jimmonitorja l-ħtieġa li tinżamm kwalunkwe restrizzjoni fuq bażi annwali.
Artikolu 37
Rieżami mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
1. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi informat mingħajr dewmien żejjed kull meta d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jiġu ristretti f’konformità ma’ din it-Taqsima.
Fuq talba, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jingħata aċċess għar-rekord u għal kwalunkwe dokument li jkun fih elementi fattwali u ġuridiċi sottostanti.
2. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’ jitlob lill-kontrollur rieżami tar-restrizzjonijiet. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi informat bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.
3. L-iskambji kollha tal-informazzjoni mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data matul il-proċedura f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu reġistrati fil-forma xierqa.
Artikolu 38
Annessi
L-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni jifformaw parti integrali minn din id-Deċiżjoni.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 39
Rimedji
1. Kwalunkwe membru tal-persunal tal-Parlament Ewropew jista’ jressaq ilment, skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2018/1725, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. It-tressiq ta’ lment bħal dan ma għandux ikollu l-effett li jissospendi l-iskadenza għat-tressiq ta’ lment skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.
2. Kwalunkwe membru tal-persunal tal-Parlament Ewropew jista’ jressaq ilment lill-Awtorità tal-Ħatra, skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, fir-rigward ta’ kwistjoni relatata mal-ipproċessar tad-data personali, indipendentement mid-dritt imsemmi fil-paragrafu 1. Fl-ilment tiegħu, il-membru tal-persunal għandu jindika jekk ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tressaqx b’mod parallel mal-ilment fl-ambitu tar-Regolamenti tal-Persunal.
Fil-każ ta’ lment fl-ambitu tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi kkonsultat mid-dipartimenti kompetenti tal-Parlament Ewropew.
Artikolu 40
Atti revokati
1. Ir-Regoli Implimentattivi relatati mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi rigward l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ data bħal din, Deċiżjoni tal-Bureau tat-22 ta’ Ġunju 2005 (4), huma mħassra b’effett mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ April 2019 dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni dwar ir-restrizzjoni ta’ ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data b’rabta mat-trasferiment ta’ data personali mill-Parlament Ewropew lill-awtoritajiet nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kriminali jew finanzjarji (5) hija mħassra b’effett mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 41
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(2) Ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropew u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ĠU P 045 14.6.1962, p. 1385.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Bureau tat-2 ta’ Lulju 2012 dwar ir-regolamentazzjoni dwar l-amministrazzjoni tad-dokumenti fil-Parlament Ewropew.
ANNESS I
Miżuri interni ta’ prevenzjoni u investigazzjoni relatati ma’ inċidenti għas-sigurtà, inkjesti dwar sigurtà u investigazzjonijiet awżiljarji
(1) Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Dan l-Anness japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-kontrollur għall-finijiet tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 2. |
|
2. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, sabiex tiġi salvagwardata s-sigurtà interna tal-Parlament Ewropew, inkluża dik tan-netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 25(1), punt (d), tal-istess Regolament, meta jsiru valutazzjonijiet interni tar-riskji u kontroll tal-aċċess, inklużi verifiki ta’ sfond, jiġi implimentati miżuri ta’ prevenzjoni u investigazzjoni fir-rigward ta’ inċidenti għas-sigurtà, inklużi inċidenti relatati mat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) (1), u jsiru inkjesti dwar sigurtà u investigazzjonijiet awżiljarji fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta’ terzi (2). |
|
3. |
Dan l-Anness japplika għall-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
|
(2) Restrizzjonijiet applikabbli
Suġġett għall-Artikoli 30 sa 36 ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725, kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, meta l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ikun jikkomprometti l-valutazzjonijiet interni tar-riskji tal-Parlament Ewropew, il-kontrolli tal-aċċess li jinkludu l-verifiki ta’ sfond, il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ investigazzjoni tal-inċidenti għas-sigurtà, l-inkjesti dwar sigurtà u l-investigazzjonijiet awżiljarji, inkluż tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tiegħu, fost l-oħrajn billi jiġu żvelati l-istrumenti u l-metodi investigattivi tiegħu.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Bureau dwar il-Politika tas-Sigurtà tas-Sistemi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2015.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Bureau dwar regoli dwar is-sigurtà u s-sikurezza fil-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2018.
ANNESS II
Proċeduri dixxiplinari, inkjesti amministrattivi u investigazzjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet li jikkonċernaw lill-persunal
(1) Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Dan l-Anness japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-kontrollur għall-finijiet tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 2. |
|
2. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom, meta jsiru proċeduri dixxiplinari, inkjesti amministrattivi u investigazzjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet li jikkonċernaw lill-persunal skont l-Artikolu 86 u tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll investigazzjonijiet fl-ambitu ta’ talbiet għal assistenza ppreżentati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Persunal u fir-rigward ta’ allegati każijiet ta’ fastidju, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, bl-għan li jiġu salvagwardati:
|
|
3. |
Dan l-Anness japplika għall-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
|
(2) Restrizzjonijiet applikabbli
Suġġett għall-Artikoli 30 sa 36 ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725, kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, meta l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ikun jikkomprometti l-iskop u l-effikaċja tal-proċeduri dixxiplinari, l-inkjesti amministrattivi jew l-investigazzjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet li jikkonċernaw lill-persunal, inklużi l-investigazzjonijiet dwar allegati każijiet ta’ fastidju, jew ikun jaffettwa negattivament id-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħrajn.
ANNESS III
Proċeduri ta’ selezzjoni
(1) Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Dan l-Anness japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-kontrollur għall-finijiet tal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ selezzjoni. |
|
2. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom, waqt l-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ selezzjoni (1), il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, bl-għan li jiġu salvagwardati:
|
|
3. |
Dan l-Anness japplika għall-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
|
(2) Restrizzjonijiet applikabbli
Suġġett għall-Artikoli 30 sa 35 ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-dritt tas-suġġetti tad-data li jaċċedu għad-data personali tagħhom skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725 meta l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ikun jikkomprometti l-iskop u l-effikaċja ta’ tali proċeduri ta’ selezzjoni, partikolarment billi jiżvela l-valutazzjonijiet li jkunu saru mill-kumitati ta’ selezzjoni, jew ikunu jaffettwa negattivament id-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġett tad-data oħrajn, partikolarment billi jiżvela d-data personali ta’ kandidati oħrajn.
(3) Durata tar-restrizzjonijiet
B’deroga mill-Artikolu 36 ta’ din id-Deċiżjoni, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tad-durata tar-restrizzjonijiet:
|
— |
Ir-restrizzjonijiet applikati skont dan l-Anness għandhom jibqgħu japplikaw sakemm ir-raġunijiet li jiġġustifikawhom jibqgħu applikabbli; |
|
— |
Il-kontrollur għandu jneħħi r-restrizzjoni meta r-raġunijiet għal restrizzjoni ma jibqgħux jeżistu u s-suġġett tad-data jkun talab aċċess mill-ġdid għad-data personali kkonċernata. Fl-istess waqt, il-kontrollur għandu jipprovdi r-raġunijiet ewlenin għar-restrizzjoni lis-suġġett tad-data u jinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jitressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jintalab rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
(1) Dan jinkludi proċeduri ta’ selezzjoni ta’ persunal temporanju u kuntrattwali kif ukoll kompetizzjonijiet interni.
ANNESS IV
Fajls mediċi
(1) Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Dan l-Anness japplika għall-aċċess għad-data medika personali tal-membri tal-persunal u tal-Membri tal-Parlament Ewropew. |
|
2. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725 sabiex tiġi salvagwardata l-protezzjoni tas-suġġett tad-data waqt l-ipproċessar tad-data medika tal-membri tal-persunal skont ir-Regolamenti tal-Persunal u tal-Membri tal-Parlament Ewropew skont il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1), f’konformità mal-Artikolu 25(1), punt (h), tar-Regolament inkwistjoni. |
|
3. |
Dan l-Anness japplika għall-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
|
(2) Restrizzjonijiet applikabbli
|
1. |
Suġġett għall-Artikoli 30 sa 35 ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-dritt ta’ aċċess għal data medika personali b’mod dirett, inkluż ta’ natura psikoloġika jew psikjatrika li tikkonċerna s-suġġett tad-data, u li tiġi pproċessata mill-Parlament Ewropew, meta l-aċċess għat-tali data jkun probabbli li jirrappreżenta riskju għas-saħħa tas-suġġett tad-data. Din ir-restrizzjoni għandha tkun proporzjonata għal dak li huwa strettament neċessarju għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data. Għaldaqstant, l-aċċess għall-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandu jingħata, fuq talba, lil tabib tal-għażla tas-suġġett tad-data. |
|
2. |
Qabel ma japplika restrizzjoni skont il-paragrafu 1, jenħtieġ li uffiċjal mediku, li jaġixxi f’isem il-Parlament Ewropew, jagħti r-raġunijiet għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din u jenħtieġ li dawk ir-raġunijiet jiddaħħlu fil-fajl mediku tal-persuna kkonċernata. |
(3) Durata tar-restrizzjonijiet
B’deroga mill-Artikolu 36 ta’ din id-Deċiżjoni, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tad-durata tar-restrizzjonijiet:
|
— |
Ir-restrizzjonijiet applikati skont dan l-Anness għandhom jibqgħu japplikaw sakemm ir-raġunijiet li jiġġustifikawhom jibqgħu applikabbli; |
|
— |
Il-kontrollur għandu jneħħi r-restrizzjoni meta r-raġunijiet għal restrizzjoni ma jibqgħux jeżistu u s-suġġett tad-data jkun talab aċċess mill-ġdid għad-data medika personali kkonċernata. Fl-istess waqt, il-kontrollur għandu jipprovdi r-raġunijiet ewlenin għar-restrizzjoni lis-suġġett tad-data u jinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin jew li jfittex rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
(1) Id-Deċiżjoni tal-Bureau dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 kif emendata bid-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-11 ta’ Novembru 2009, tat-23 ta’ Novembru 2009, tal-14 ta’ Diċembru 2009, tad-19 ta’ April 2010, tal-5 ta’ Lulju 2010, tat-13 ta’ Diċembru 2010, tal-14 ta’ Frar 2011, tat-23 ta’ Marzu 2011, tal-14 ta’ Novembru 2011, tat-12 ta’ Diċembru 2012, tal-1 ta’ Lulju 2013, tas-16 ta’ Ġunju 2014, tal-15 ta’ Settembru 2014, tal-15 ta’ Diċembru 2014, tas-26 ta’ Ottubru 2015, tal-14 ta’ Diċembru 2015, tat-12 ta’ Diċembru 2016, tat-13 ta’ Diċembru 2017, tal-11 ta’ Ġunju 2018, tat-2 ta’ Lulju 2018 u tal-10 ta’ Diċembru 2018.
ANNESS V
Eżami tal-ilmenti tal-persunal
(1) Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Dan l-Anness japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-kontrollur għall-finijiet ta’ pproċessar tal-ilmenti skont ir-Regolamenti tal-Persunal. |
|
2. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom, waqt l-eżami tal-ilmenti tal-persunal skont l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Persunal (1), il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, bl-għan li jiġu salvagwardati:
|
|
3. |
Dan l-Anness japplika għall-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
|
(2) Restrizzjonijiet applikabbli
Suġġett għall-Artikoli 30 sa 36 ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, meta l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ikun jikkomprometti l-proċedura tal-ilment skont ir-Regolamenti tal-Persunal.
(1) Fl-ambitu tal-eżami tal-ilmenti tal-membri tal-persunal skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Parlament Ewropew jista’ jipproċessa d-data personali ta’ membri tal-persunal li ma jkunux l-ilmentatur għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mal-prinċipju ta’ trattament indaqs.
ANNESS VI
Awditi interni
(1) Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Dan l-Anness japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-kontrollur għall-finijiet tal-iżvolġiment tal-awditi interni. |
|
2. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom, waqt l-iżvolġiment tal-awditi interni għall-finijiet tal-Artikoli 118 u 119 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (ir-Regolament Finanzjarju) (1) u skont il-Karta tal-Awditur Intern adottata mill-Bureau fl-14 ta’ Jannar 2019, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, bl-għan li jiġu salvagwardati:
|
|
3. |
Dan l-Anness japplika għall-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
|
(2) Restrizzjonijiet applikabbli
Suġġett għall-Artikoli 30 sa 36 ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, meta l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ikun jikkomprometti l-iskop tal-iżvolġiment tal-awditi interni mill-Parlament Ewropew.
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
ANNESS VII
Proċedimenti ġudizzjarji
(1) Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Dan l-Anness japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-kontrollur għall-finijiet tal-proċedimenti ġudizzjarji. |
|
2. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, sabiex tiġi salvagwardata l-protezzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji, f’konformità mal-Artikolu 25(1), punt (e), tiegħu. |
|
3. |
Dan l-Anness japplika għall-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
|
(2) Restrizzjonijiet applikabbli
Suġġett għall-Artikoli 30 sa 36 ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, meta l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ikun jikkomprometti l-iżvolġiment tal-proċedimenti ġudizzjarji.
ANNESS VIII
Attivitajiet ta’ monitoraġġ u investigazzjonijiet fil-qasam finanzjarju
(1) Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Dan l-Anness japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-kontrollur għall-finijiet tal-iżvolġiment ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ u investigazzjonijiet fil-qasam finanzjarju fis-sens tal-paragrafu 2. |
|
2. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom, waqt l-iżvolġiment ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ u investigazzjonijiet dwar il-legalità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji li jsiru mill-Parlament Ewropew jew li jsiru fi ħdanu, ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ u investigazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-Membri (1), kif ukoll ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ u investigazzjonijiet dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej, tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u tal-gruppi politiċi Ewropej, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, bl-għan li jiġu salvagwardati:
|
|
3. |
Dan l-Anness japplika għall-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
|
(2) Restrizzjonijiet applikabbli
Suġġett għall-Artikoli 30 sa 36 ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, meta l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ikun jikkomprometti l-iskop u l-effikaċja tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ u investigazzjonijiet fil-qasam finanzjarju mwettqa mill-Parlament Ewropew.
(1) Dan jinkludi b’mod partikolari investigazzjonijiet dwar allowances għall-ispejjeż ġenerali, allowances personali għall-persunal, allowances tat-tagħmir u tal-faċilitajiet, u allowances tal-ivvjaġġar.
ANNESS IX
Kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (“OLAF”)
(1) Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Dan l-Anness japplika għall-ipproċessar tad-data personali, b’mod partikolari t-trasferiment ta’ data personali, mill-kontrollur bl-iskop li l-OLAF jingħata informazzjoni u dokumenti, jiġu notifikati l-każijiet lill-OLAF jew jiġu pproċessati informazzjoni u dokumenti li jkunu ġejjin mingħand l-OLAF. |
|
2. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom, meta l-OLAF jingħata l-informazzjoni u d-dokumenti fuq talba tal-OLAF jew fuq inizjattiva tiegħu, meta jiġu notifikati l-każijiet lill-OLAF jew meta jiġu pproċessati informazzjoni u dokumenti li jkunu ġejjin mill-OLAF, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, bl-għan li jiġu salvagwardati:
|
|
3. |
Dan l-Anness ma għandux japplika għall-ipproċessar tad-data personali meta l-OLAF jaġixxi bħala kontrollur, b’mod partikolari meta l-OLAF jipproċessa data personali miżmuma fil-bini tal-Parlament Ewropew skont l-Artikoli 4(2) u 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
4. |
Dan l-Anness japplika għall-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
|
(2) Restrizzjonijiet applikabbli
|
1. |
Suġġett għall-Artikoli 30 sa 36 ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, meta l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ikun jikkomprometti l-iskop tal-attivitajiet investigattivi tal-OLAF jew tal-attivitajiet investigattivi tal-Parlament Ewropew f’kooperazzjoni mal-OLAF, inkluż billi jiżvela l-istrumenti u l-metodi investigattivi tagħhom. |
|
2. |
Suġġett għall-Artikoli 30 sa 36 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Parlament Ewropew jista’ jirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi msemmija hawn fuq fir-rigward tad-data personali miksuba mill-OLAF meta l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun jista’ jiġi ristrett mill-OLAF fuq il-bażi tal-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1962 (2). |
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1962 tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi regoli interni dwar l-ipproċessar ta’ data personali mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data u r-restrizzjoni ta’ ċerti drittijiet tagħhom skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 12.12.2018, p. 41).
ANNESS X
Kooperazzjoni mal-Istati Membri fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kriminali jew finanzjarji
(1) Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Dan l-Anness japplika għall-ipproċessar mill-kontrollur ta’ data personali, b’mod partikolari t-trasferiment tad-data personali, bl-għan li jipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali l-informazzjoni u d-dokumenti li huma jitolbu fil-qafas tal-investigazzjonijiet kriminali jew finanzjarji. |
|
2. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom, meta l-awtoritajiet nazzjonali jingħataw informazzjoni u dokumenti li jitolbu fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kriminali jew finanzjarji (1), il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 ta’ dak ir-Regolament, bl-għan li jissalvagwarda:
|
|
3. |
Dan l-Anness japplika għall-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
|
(2) Restrizzjonijiet applikabbli
Suġġett għall-Artikoli 30 sa 36 ta’ din id-Deċiżjoni, il-kontrollur jista’ jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725 kif ukoll tal-Artikolu 4 relatat sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21 tar-Regolament inkwistjoni, meta l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet ikun jikkomprometti l-iskop tal-investigazzjonijiet kriminali u finanzjarji nazzjonali.
(1) Il-Parlament Ewropew huwa meħtieġ li jagħti lill-awtoritajiet nazzjonali l-informazzjoni u d-dokumenti mitluba skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali minqux fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.