14.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/761

tat-13 ta' Mejju 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine).

(2)

Fl-20 ta' Novembru 2017 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2161 (2), li estendiet il-mandat tal-EUAM Ukraine sal-31 ta' Mejju 2019 u pprovdiet ammont ta' referenza finanzjarja għall-istess perijodu. Fit-18 ta' Diċembru 2017 dak l-ammont ta' referenza żdied permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2371 (3).

(3)

Fil-5 ta' Marzu 2019, wara r-rieżami strateġiku tal-EUAM Ukraine, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-EUAM Ukraine tiġi estiża sal-31 ta' Mejju 2021.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/486/PESK jenħtieġ li tiġi estiża sal-31 ta' Mejju 2021.

(5)

L-EUAM Ukraine ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2019 sal-31 ta' Mejju 2021 għandu jkun ta' EUR 54 138 700.”;

(2)

fl-Artikolu 19, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta' Mejju 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2161 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 304, 21.11.2017, p. 48).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2371 tat-18 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 337, 19.12.2017, p. 34).