10.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Lulju 2019

li taħtar membru wieħed tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għall-Ungerija

(2019/C 232/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li tistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta' kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta' min iħaddem,

Wara li kkunsidra l-lista ta' membri u membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tad-9 ta' April 2019 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2023.

(2)

L-organizzazzjoni ta' min iħaddem BusinessEurope ppreżentat nomina għal post li għandu jimtela,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija maħtura membru tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għall-perijodu li jintemm fil-31 ta' Marzu 2023:

RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membru

Membru Supplenti

L-Ungerija

Is-Sinjura Judit H. NAGY

 

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A.-K. PEKONEN


(1)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.

(2)  ĠU C 135, 11.4.2019, p. 7.