|
26.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/659
tat-8 ta' April 2019
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (2) (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2008. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Kroazja għandha taderixxi għall-Ftehim permezz ta' protokoll bejn il-Kunsill u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
|
(3) |
Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni ġiet awtorizzata mill-Kunsill biex tinnegozja Protokoll li jemenda l-Ftehim (il-“Protokoll”) sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni. |
|
(4) |
F'konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2019/658 (3), il-Protokoll ġie ffirmat fi Brussell fil-21 ta' Diċembru 2018. |
|
(5) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
It-test tal-Protokoll jinsab mehmuż għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri, jagħti n-notifika stipulata fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' April 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Kunsens mogħti fil-21 ta' Diċembru 2018.
(2) ĠU L 46, 21.2.2008, p. 25.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/658 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ara paġna 2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.