12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/593

tat-8 ta' April 2019

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209(2) u 212(1), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1873 (2), il-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-25 ta' Ottubru 2016, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Il-Ftehim ser jistabbilixxi l-Fondazzjoni UE-ALK bħala organizzazzjoni internazzjonali b'personalità ġuridika taħt id-dritt internazzjonali pubbliku.

(3)

Meta jaġixxu fil-qafas tal-Fondazzjoni UE-ALK, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom f'konformità mat-Trattati u mal-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera,

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni Ewropea, l-istrument ta' ratifika previst fl-Artikolu 24 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' April 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Kunsens tal-4 ta' Ottubru 2017 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1873 tal-10 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (ĠU L 288, 22.10.2016, p. 1).