11.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/573

tat-8 ta' April 2019

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 211, flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (2) (il-“Ftehim Globali”), ġie ffirmat fit-8 ta' Diċembru 1997, u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2000.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim Globali għandha tiġi miftiehma permezz ta' protokoll għall-Ftehim Globali konkluż bejn il-Kunsill, li jkun qed jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u l-Istati Uniti Messikani.

(3)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Istati Uniti Messikani bil-ħsieb li jiġi konkluż it-Tielet Protokoll Addizzjonali sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (il-“Protokoll”). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll ġie ffirmat f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2024 (3) u fis-27 ta' Novembru 2018.

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 5(2) tal-Protokoll (5).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' April 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Approvazzjoni tat-12 ta' Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2024 tat-22 ta' Mejju 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 1).

(4)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 325, 20.12.2018, p. 3 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.