|
29.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/528
tas-6 ta' Novembru 2018
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tipprevedi l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (“PRIMA”) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri. |
|
(2) |
Ir-Renju tal-Marokk (“il-Marokk”) esprima x-xewqa tiegħu li jissieħeb fi PRIMA bħala Stat Parteċipant u li jkun fl-istess livell tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-programm Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) - li jipparteċipaw fi PRIMA. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, il-Marokk isir Stat Parteċipant fi PRIMA soġġett għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Marokk fi PRIMA. |
|
(4) |
F' b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill(UE) 2018/639 (3), il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-10 ta' April 2018, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim (5).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LÖGER
(1) Kunsens tat-2 ta' Ottubru 2018 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/639 tad-19 ta' Marzu 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (ĠU L 106, 26.4.2018, p. 1).
(4) It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 106, 26.4.2018, p. 3 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.