|
27.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2019/508
tat-22 ta' Marzu 2019
li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tas-Sur Peter PRAET, membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, jiskadi fil-31 ta' Mejju 2019. Għaldaqstant huwa neċessarju li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
(2) |
Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sur Philip R. LANE li, fil-fehma tiegħu, jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Philip R. LANE huwa b'dan maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin mill-1 ta' Ġunju 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
D. TUSK
(2) Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Marzu 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Opinjoni mogħtija fis-6 ta' Marzu 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).