22.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/466
tat-18 ta' Marzu 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Anness XXVII għal dak il-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 194 u 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2017/1247 (2) u (UE) 2017/1248 (3) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017. |
(2) |
Skont l-Artikolu 273 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jadattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Anness XXVII għall-Ftehim, sabiex jiżguraw li l-kundizzjonijiet kollha għat-trasport tal-elettriku u tal-gass ikunu oġġettivi, raġonevoli, trasparenti u nondiskriminatorji, bil-għan li tittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fir-reġjun. |
(3) |
Barra minn hekk, bil-ħsieb li jsir progress lejn l-integrazzjoni tas-suq, inkluż l-iżvilupp ta' interkonnessjonijiet tal-enerġija, l-Artikolu 337 tal-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet ikomplu u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom dwar kwistjonijiet tal-enerġija, inkluż permezz tal-approssimazzjoni gradwali fis-settur tal-enerġija. |
(4) |
L-Artikolu 341 tal-Ftehim jistipula li l-approssimazzjoni gradwali fis-settur tal-enerġija għandha tipproċedi skont l-iskeda stabbilita fl-Anness XXVII għall-Ftehim. |
(5) |
L-Artikolu 474 tal-Ftehim jipprevedi obbligu għall-Ukrajna li twettaq l-approssimazzjoni gradwali tal-leġiżlazzjoni tagħha mal-liġi tal-Unjoni, inkluż fis-settur tal-enerġija. |
(6) |
L-acquis tal-Unjoni fis-settur tal-enerġija evolva b'mod sostanzjali minn meta ġew konklużi n-negozjati tal-Ftehim. |
(7) |
Skont l-Artikoli 463(1) u (3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim. B'mod partikolari, jista' jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim, filwaqt li jqis l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards applikabbli stabbiliti fi strumenti internazzjonali meqjusa rilevanti mill-Partijiet. |
(8) |
Għalhekk, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jemenda l-Anness XXVII għall-Ftehim sabiex jirrifletti l-evoluzzjoni tal-acquis tal-Unjoni. |
(9) |
L-Artikolu 475 tal-Ftehim jiddefinixxi f'termini ġenerali l-monitoraġġ tal-progress fl-approssimazzjoni tal-liġi tal-Ukrajna mal-liġi tal-Unjoni, inklużi aspetti ta' implimentazzjoni u infurzar. Huwa jipprevedi li l-proċess ta' rappurtar u valutazzjoni jqis il-modalitajiet speċifiċi definiti fil-Ftehim jew fid-deċiżjonijiet tal-korpi istituzzjonali stabbiliti skont il-Ftehim. |
(10) |
Biex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar effettiva tar-riformi, huwa neċessarju li jissaħħaħ il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ għar-riforma tas-settur tal-enerġija. |
(11) |
Għalhekk, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jemenda l-Anness XXVII għall-Ftehim biex jipprevedi regoli aktar dettaljati għall-monitoraġġ tal-approssimazzjoni tal-liġi Ukrena mal-liġi tal-Unjoni fis-settur tal-enerġija. |
(12) |
Huwa neċessarju li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, fir-rigward tal-emenda tal-Anness XXVII għall-Ftehim. |
(13) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha għaldaqstant tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Anness XXVII għal dak il-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1247 tal-11 ta' Lulju 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, għajr għad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra (ĠU L 181, 12.7.2017, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1248 tal-11 ta' Lulju 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, għajr għad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra (ĠU L 181, 12.7.2017, p. 4).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2019 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-UKRAJNA
tal- … 2019
fir-rigward tal-emenda l-Anness XXVII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-UKRAJNA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra u b'mod partikolari l-Artikolu 463 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-21 ta' Marzu u s-27 ta' Ġunju 2014 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017. |
(2) |
Il-Preambolu għall-Ftehim jirrikonoxxi x-xewqa tal-Partijiet li jmexxu r-riforma u l-proċess ta' approssimazzjoni 'l quddiem fl-Ukrajna, u b'hekk jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ekonomika gradwali u l-approfondiment tal-assoċjazzjoni politika kif ukoll għall-kisba ta' integrazzjoni ekonomika permezz ta' approssimazzjoni regolatorja estensiva. Il-preambolu jirreferi wkoll għall-impenn tal-Partijiet li jsaħħu s-sigurtà tal-enerġija billi, fost l-oħrajn, iżidu l-integrazzjoni tas-suq u l-approssimazzjoni regolatorja lejn l-elementi ewlenin tal-acquis tal-UE. |
(3) |
Barra minn hekk, il-Memorandum ta' Qbil bilaterali dwar Sħubija Strateġika dwar l-Enerġija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna tal-24 ta' Novembru 2016 jirrikonoxxi li l-għan ta' kooperazzjoni intensifikata fil-qasam tal-enerġija u tar-riforma tas-settur tal-enerġija huwa l-integrazzjoni sħiħa tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni u l-Ukrajna. |
(4) |
L-Artikolu 1 tal-Ftehim jirreferi għall-għan li jiġu appoġġati l-isforzi tal-Ukrajna biex titlesta t-tranżizzjoni għal ekonomija tas-suq li tiffunzjona permezz ta', inter alia, l-approssimazzjoni progressiva tal-leġiżlazzjoni tagħha ma' dik tal-Unjoni. |
(5) |
Skont l-Artikolu 273 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jadattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Anness XXVII għall-Ftehim, sabiex jiżguraw li l-kundizzjonijiet kollha għat-trasport tal-elettriku u tal-gass ikunu oġġettivi, raġonevoli, trasparenti u nondiskriminatorji. |
(6) |
Barra minn hekk, bil-ħsieb li jsir progress lejn l-integrazzjoni tas-suq, l-Artikolu 337 tal-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet ikomplu u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom dwar kwistjonijiet tal-enerġija, inkluż permezz tal-approssimazzjoni gradwali fis-settur tal-enerġija. |
(7) |
L-Artikolu 341 tal-Ftehim jistipula li l-approssimazzjoni gradwali fis-settur tal-enerġija għandha tipproċedi skont skeda kif stabbilit fl-Anness XXVII għall-Ftehim. |
(8) |
L-Artikolu 474 tal-Ftehim itenni l-impenn ġenerali tal-Ukrajna biex twettaq l-approssimazzjoni gradwali tal-leġiżlazzjoni tagħha ma' dik tal-Unjoni, inkluż fis-settur tal-enerġija. |
(9) |
L-acquis tal-UE fis-settur tal-enerġija evolva b'mod sostanzjali minn meta ġew konklużi n-negozjat tal-Ftehim, kif ukoll l-obbligi tal-Ukrajna li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Ftehim u s-sħubija tiegħu fit-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija. Jeħtieġ li din l-evoluzzjoni tiġi riflessa fl-Anness XXVII għall-Ftehim li għalhekk jenħtieġ li jiġi aġġornat. |
(10) |
L-Artikolu 475 tal-Ftehim jiddefinixxi f'termini ġenerali l-monitoraġġ tal-progress fl-approssimazzjoni tal-liġi tal-Ukrajna mal-liġi tal-Unjoni, inklużi aspetti ta' implimentazzjoni u infurzar. Huwa jipprevedi li l-proċess ta' rappurtar u valutazzjoni jqis il-modalitajiet speċifiċi definiti fil-Ftehim jew fid-deċiżjonijiet tal-korpi istituzzjonali stabbiliti skont il-Ftehim. |
(11) |
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar effettiva tar-riformi mill-Ukrajna, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ għar-riforma fis-settur tal-enerġija sabiex ir-riformi miksuba jkollhom karattru irriversibbli u b'hekk jikkontribwixxu b'mod dejjiemi għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija. |
(12) |
Skont l-Artikolu 463(1) u (3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' dan il-Ftehim. B'mod partikolari, jista' jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim, filwaqt li jqis l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards applikabbli stabbiliti fi strumenti internazzjonali meqjusa rilevanti mill-Partijiet. |
(13) |
Għalhekk, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jemenda l-Anness XXVII għall-Ftehim biex jipprevedi regoli aktar dettaljati għall-monitoraġġ tal-approssimazzjoni tal-liġi Ukrena mal-liġi tal-Unjoni fis-settur tal-enerġija. Għal dak il-għan, dispożizzjonijiet xierqa li jsaħħu l-proċess ta' monitoraġġ għandhom jiġu inklużi fl-Anness XXVII għall-Ftehim. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XXVII għall-Ftehim huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Ukrajna.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
Il-President
ANNESS
“ANNESS XXVII GĦAL KAPITOLU 1
KOOPERAZZJONI FL-ENERĠIJA, INKLUŻI KWISTJONIJIET NUKLEARI
ANNESS XXVII-A
MONITORAĠĠ TAL-APPROSSIMAZZJONI FIS-SETTUR TAL-ENERĠIJA
Bil-għan li jissaħħaħ il-monitoraġġ tal-approssimazzjoni tal-acquis tal-UE għas-settur tal-enerġija fil-liġi domestika tal-Ukrajna u li tinkiseb modernizzazzjoni dejjiema tas-settur tal-enerġija tal-Ukrajna, il-Partijiet għandhom japplikaw il-miżuri addizzjonali li ġejjin, f'konformità mal-Artikolu 475(2) tal-Ftehim. Dawn il-miżuri ma għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi ta' kwalunkwe Parti li jirriżultaw mis-sħubija tagħhom fit-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija.
Implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-UE
1. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma minnufih lill-Ukrajna dwar kwalunkwe proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tadotta jew temenda, u dwar kwalunkwe att tal-UE li jibdel, l-acquis tal-UE elenkat f'dan l-Anness. |
2. |
L-Ukrajna għandha tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-atti domestiċi approssimati u tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex tirrifletti l-iżviluppi fil-liġi tal-Unjoni fil-liġi domestika tagħha fis-settur tal-enerġija, kif elenkati fl-Anness XXVII-B. B'mod partikolari, kwalunkwe att li jikkorrispondi għal:
|
3. |
L-Ukrajna għandha żżomm lura minn kwalunkwe azzjoni li timmina l-għan jew l-eżitu tal-approssimazzjoni tal-liġi domestika tagħha għall-acquis tal-UE fis-settur tal-enerġija, kif elenkat fl-Anness XXVII-B. |
4. |
L-Ukrajna għandha tirrevoka d-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika tagħha jew twaqqaf il-prattiki domestiċi li jkunu inkonsistenti mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi domestika tagħha approssimata mal-liġi tal-Unjoni fis-settur tal-enerġija, kif elenkat fl-Anness XXVII-B. |
Konsultazzjonijiet
5. |
L-Ukrajna għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni Ewropea, fir-rigward tal-kompatibbiltà mal-acquis tal-UE ta' kwalunkwe proposta leġiżlattiva fl-oqsma li għandhom jiġu approssimati mal-atti legali elenkati fl-Anness XXVII-B, qabel id-dħul fis-seħħ tagħha. L-obbligu ta' konsultazzjoni jinkludi l-proposti għal modifika għall-att leġiżlattiv nazzjonali diġà approssimat, irrispettivament mill-forma ġuridika tal-proposta. |
6. |
Il-Gvern tal-Ukrajna jista' jikkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-kompatibbiltà mal-acquis tal-UE ta' kwalunkwe proposta għal att li jimplimenta l-leġiżlazzjoni fis-settur tal-enerġija, li kien jew li għandu jiġi approssimat għall-acquis tal-UE elenkat fl-Anness XXVII-B. Jekk il-Gvern tal-Ukrajna jiddeċiedi li jikkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea dwar att bħal dan, għandu japplika l-punt (7). |
7. |
L-Ukrajna għandha toqgħod lura milli tapplika xi att ppreżentat għall-konsultazzjoni kif imsemmi fil-punti (5) u (6) qabel mal-Kummissjoni Ewropea tkun ivvalutat il-kompatibbiltà tal-att propost mal-acquis tal-UE rilevanti u fejn l-Kummissjoni Ewropea tkun ikkonkludiet li l-att propost huwa inkompatibbli mal-istess acquis tal-UE. |
8. |
Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà mill-Kummissjoni Ewropea tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-att propost, jew ta' partijiet minnu, li l-Kummissjoni Ewropea tqis inkompatibbli mal-acquis tal-UE. Għall-finijiet tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkonsulta lis-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija jew torganizza missjonijiet ta' esperti, skont kif tqis xieraq. Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà għandha tiġi konkluża fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tal-verżjoni bil-lingwa Ingliża tal-att propost, jew perjodu itwal kif jista' jiġi miftiehem bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Ukrajna. Fin-nuqqas ta' tweġiba mill-Kummissjoni Ewropea f'dak il-perjodu, l-Ukrajna tista' ddaħħal fis-seħħ l-att propost. In-nuqqas ta' tweġiba f'dak il-perjodu ma għandux jimplika li l-Kummissjoni Ewropea tqis li l-att propost huwa kompatibbli mal-acquis tal-UE. |
9. |
L-Ukrajna tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea l-verżjoni finali ta' kull att fl-oqsma li għandhom jiġu approssimati għall-acquis tal-UE elenkati fl-Anness XXVII-B jew li timmodifika leġiżlazzjoni domestika approssimata f'dawk l-oqsma. |
10. |
Il-Gvern tal-Ukrajna jista' jġib kwalunkwe att jew proposta oħra fi kwistjonijiet ta' enerġija koperti minn dan il-Ftehim għall-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jitlob opinjoni mhux vinkolanti dwar il-kompatibbiltà tal-att mal-acquis tal-UE elenkat fl-Anness XXVII-B. |
11. |
Il-partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kif stipulat f'dan l-Anness permezz tas-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. |
Rapportar lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
12. |
Qabel il-laqgħa annwali tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-opinjonijiet kollha mitluba minn u maħruġa lill-Ukrajna taħt dan l-Anness rigward il-konformità tal-atti domestiċi tal-Ukrajna mal-acquis tal-UE. |
13. |
L-Ukrajna għandha tirrapporta bil-miktub lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, tliet xhur qabel il-laqgħa annwali tagħha, dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-riforma tas-settur tal-enerġija, abbażi tal-acquis tal-UE elenkat fl-Anness XXVII-B. Dan ir-rapport għandu jindirizza fid-dettall il-mod li bih l-Ukrajna tikkunsidra l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fl-atti adottati tiegħu kif ukoll jipprovdi informazzjoni dwar l-applikazzjoni effettiva tal-liġijiet adottati. |
14. |
Ir-riżultati tal-attivitajiet ta' monitoraġġ għandhom jitressqu għad-diskussjoni fil-korpi rilevanti kollha stabbiliti skont dan il-Ftehim, inkluż għall-fini tar-rakkomandazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 475(4) tal-Ftehim. |
ANNESS XXVII-B
OBBLIGI TA' APPROSSIMAZZJONI TAL-UKRAJNA FIS-SETTUR TAL-ENERĠIJA
L-Ukrajna tidħol għall-impenn li gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha għal-leġiżlazzjoni li ġejja tal-UE fl-iskedi ta' żmien stipulat:
1. |
L-acquis tal-UE li l-Ukrajna impenjat ruħha li timplimenta fil-qafas tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija. L-iskadenzi miftiehma fihom għandhom japplikaw għal dan l-Anness. Elettriku Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa Id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku u tal-investiment fl-infrastruttura Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 838/2010 tat-23 ta' Settembru 2010 dwar l-iffissar ta' linji gwida għall-mekkaniżmu ta' kumpens lil operaturi tas-sistemi ta' inter-trażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' data fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1388 tas-17 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar il-konnessjoni tad-domanda Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/631 tal-14 ta' April 2016 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar rekwiżiti għall-konnessjoni tal-ġeneraturi mal-grilja Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1447 tas-26 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar ir-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja ta' sistemi ta' kurrent dirett b'vultaġġ għoli u ta' moduli ta' parks tal-enerġija konnessi b'kurrent dirett Ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE Gass Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE tas-26 ta' April 2004 li għandha x'taqsam mal-miżuri biex tissalvagwardja is-sigurtà tal-provvista ta' gass naturali Ir-Regolament (UE) 2015/703 tat-30 ta' April 2015 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk għar-regoli dwar l-interoperabbiltà u l-iskambju ta' data Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 tas-16 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar il-mekkaniżmi ta' allokazzjoni tal-kapaċità fis-sistemi ta' trażmissjoni tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 984/2013 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/460 tas-16 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar strutturi tat-tariffi ta' trażmissjoni armonizzati għall-gass Sorsi ta' enerġija rinnovabbli Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE Żejt Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi L-infrastruttura tal-enerġija Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 L-effiċjenza tal-enerġija Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni:
|
2. |
L-acquis tal-UE li għandu jiġi implimentat mill-Ukrajna, lil hinn mill-obbligi tal-Ukrajna fi ħdan it-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija. Gass Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 tas-26 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Netwerks ta' Trażmissjoni Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu implimentati sal-31 ta' Diċembru 2019 Il-prospettar u l-esplorazzjoni tal-idrokarburi Id-Direttiva 94/22/KE dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, bil-kunsiderazzjoni tal-Artikoli (279 u 280) tad-dispożizzjonijiet dwar l-enerġija relatati mal-kummerċ koperti mill-Kapitolu 11 (Enerġija relatata mal-Kummerċ) tat-Titolu IV (Kummerċ u affarijiet relatati mal-Kummerċ) L-effiċjenza tal-enerġija – ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta' Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu implimentati sal-30 ta' Ġunju 2019. Effiċjenza tal-enerġija – ekodisinn Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2009/125/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni:
Nukleari Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta' Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi ta' skart radjuattiv u ta' kombustibbli nukleari eżawrit Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn (2) mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim |