|
20.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/76 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/449
tat-18 ta' Marzu 2019
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/715 li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa
(notifikata bid-dokument C(2019) 2024)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715 (2) tistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom għajr il-frott ta' Citrus aurantium L. u Citrus latifolia Tanaka (“il-frott speċifikat”), li joriġina mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel jew mill-Urugwaj, biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (“l-organiżmu speċifikat”). |
|
(2) |
Iż-żieda fl-għadd ta' interċettazzjonijiet tal-importazzjoni fl-aħħar tliet snin turi li l-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/715 baqgħu neċessarji għall-protezzjoni tat-territorju tal-Unjoni mill-organiżmu speċifikat. |
|
(3) |
Barra minn hekk, għadd sinifikanti ta' interċettazzjonijiet tal-organiżmu speċifikat ġew innotifikati fl-2018 mill-Istati Membri, b'riżultat tal-ispezzjonijiet tal-importazzjoni tagħhom tal-frott speċifikat li joriġina mill-Brażil. Għalhekk jenħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' dak il-frott li joriġina mill-Brażil. |
|
(4) |
Biex ikun żgurat li l-frott speċifikat li joriġina mill-Brażil huwa ħieles mill-organiżmu speċifikat, jenħtieġ li jkun soġġett għall-istess rekwiżiti tal-ispezzjoni tal-importazzjoni bħall-frott li joriġina mill-Arġentina, mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj. |
|
(5) |
Peress li l-frott speċifikat li joriġina mill-Brażil se jkollu jiġi soġġett għal trattamenti kontra l-organiżmu speċifikat, ir-rekwiżit għal informazzjoni dettaljata dwar it-trattamenti ta' qabel u ta' wara l-ħsad jenħtieġ li jsir applikabbli wkoll għal dak il-frott għal skopijiet ta' traċċabbiltà. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/715 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/715
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/715 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4 jitħassar; |
|
(2) |
l-Artikolu 5a huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 7, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 22 huwa sostiwit b'dan li ġej: “Artikolu 22 Data ta' skadenza Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Marzu 2022.”. |
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715 tal-11 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (ĠU L 125, 13.5.2016, p. 16).