19.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/72


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/433

tal-20 ta' Frar 2018

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni mlaqqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar l-aġġornament tal-Annessi XXVIII-A (Regoli applikabbli għas-servizzi finanzjarji), XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) u XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) għall-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż f'isem l-Unjoni, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/839 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016.

(2)

Diversi atti tal-Unjoni elenkati fl-Annessi XXVIII-A (Regoli applikabbli għas-servizzi finanzjarji), XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) u XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) għall-Ftehim (“l-Annessi”) ġew emendati jew imħassra mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim f'Ġunju 2013. Għalhekk sabiex tiġi żgurata l-approssimazzjoni adatta tal-leġislazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova mal-atti tal-Unjoni, jenħtieġ li għadd ta' atti li jimplimentaw, jemendaw, jissupplimentaw jew jissostitwixxu l-atti elenkati f'dawk l-Annessi jiżdiedu magħhom, u jenħtieġ li ċerti dati ta' skadenza jiġu emendati biex jittieħed kont tal-progress li diġà sar sa illum mir-Repubblika tal-Moldova fil-proċess ta' dik l-approssimazzjoni.

(3)

Skont id-Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova (2), il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni mlaqqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (“il-Kumitat”) jista' jaġġorna jew jemenda ċerti Annessi għall-Ftehim.

(4)

Il-Kumitat għandu jadotta deċiżjonijiet li jaġġornaw l-Annessi. Tali deċiżjonijiet huma vinkolanti fuq l-Unjoni.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat rigward l-aġġornament tal-Annessi.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat għandha tkun ibbażata fuq l-abbozzi tad-deċiżjonijiet mehmużin ma' din id-Deċiżjoni:

(a)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova mlaqqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ dwar l-aġġornament tal-Anness XXVIII-A (Regoli applikabbli għas-servizzi finanzjarji) għall-Ftehim;

(b)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova mlaqqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ dwar l-aġġornament tal-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) għall-Ftehim;

(c)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova mlaqqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ dwar l-aġġornament tal-Anness XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) għall-Ftehim.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

V. GORANOV


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/839 tat-23 ta' Mejju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU UE L 141, 28.5.2016, p. 28).

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 40).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA MLAQQA' FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ

ta' … 2018

dwar l-aġġornament tal-Anness XXVIII-A (Regoli applikabbli għas-servizzi finanzjarji) għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2014, u b'mod partikolari l-Artikoli 61, 249, 436, 438 u 449 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016.

(2)

L-Artikoli 61 u 249 tal-Ftehim jipprovdu li r-Repubblika tal-Moldova għandha twettaq l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni tagħha lejn l-atti u l-istrumenti internazzjonali tal-UE (“l-acquis tal-Unjoni”) msemmija fl-Anness XXVIII-A (Regoli applikabbli għas-servizzi finanzjarji) għall-Ftehim (“Anness XXVIII-A”).

(3)

L-acquis tal-Unjoni msemmi fl-Anness XXVIII-A fir-rigward tal-ħasil tal-flus evolva mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim f'Ġunju 2013. B'mod partikolari, l-Unjoni adottat u nnotifikat lir-Repubblika tal-Moldova d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u r-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

Ir-Repubblika tal-Moldova tkompli l-proċess li tapprossima l-leġislazzjoni tagħha mal-acquis tal-Unjoni, skont il-limiti ta' żmien u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness XXVIII-A. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi aġġornat l-Anness XXVIII-A sabiex jiġi żgurat li l-evoluzzjoni tal-acquis tal-Unjoni elenkat hemmhekk fir-rigward tal-ħasil tal-flus ikunu integrat malajr u b'mod effiċjenti fil-proċess li għaddej ta' approssimazzjoni, skont l-Artikolu 449 tal-Ftehim.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2015/849 u r-Regolament (UE) 2015/847 jiġu miżjuda mal-lista mniżżla fl-Anness XXVIII-A.

(6)

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (4) jenħtieġ li jitneħħew mil-lista mniżżla fl-Anness XXVIII-A b'effett mis-26 ta' Ġunju 2017.

(7)

L-Artikolu 436(3) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova (“il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni”) ikollu s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim.

(8)

Skont l-Artikolu 438(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat li għandu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(9)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014 (5), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim dwar, fost oħrajn, il-Kapitolu 6 (Stabbiliment, kummerċ fis-servizzi u l-kummerċ elettroniku) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, sa fejn ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emendar ta' dawk l-Annessi. Ma hemm ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emendar tal-Annessi.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XXVIII-A jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXVIII-A (Regoli applikabbli għas-servizzi finanzjarji) għall-Ftehim huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni

Il-President


(1)  Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU UE L 141, 5.6.2015, p. 73).

(2)  Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU UE L 141, 5.6.2015, p. 1).

(3)  Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU UE L 309, 25.11.2005, p. 15).

(4)  Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta' Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta' persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta' attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU UE L 214, 4.8.2006, p. 29).

(5)  Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 40).

ANNESS

ANNESS XXVIII-A

REGOLI APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI

Ir-Repubblika tal-Moldova timpenja ruħha li tqarreb gradwalment il-leġislazzjoni tagħha għall-atti li ġejjin tal-UE u l-istrumenti internazzjonali fil-perijodi ta' żmien stipulati.

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta' akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/44/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/87/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu

L-Assoċjazzjonijiet tat-Tfaddil u l-Kreditu tar-Repubblika tal-Moldova għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħall-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva u għalhekk jiġu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas-27 ta' Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta' ċerti istituzzjonijiet mill-kamp tal-applikazzjoni u tat-trattament ta' skoperturi għall-banek ta' żvilupp multilaterali

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/18/KE għandhom jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta' kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/49/KE, bl-eċċezzjoni kif imniżżel hawn isfel, għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Fir-rigward tal-istituzzjonijiet minbarra istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet marbuta mal-livell ta' kapital inizjali meħtieġ kif stipulat fl-Artikolu 5(1) u (3), l-Artikolu 6, il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 7, il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta' istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi u li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/110/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/19/KE bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjoni marbuta mal-livell minimu ta' kumpens għal kull depożitarju stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva, għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-dispożizzjoni marbuta mal-livell minimu ta' kumpens għal kull depożitarju stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 fuq il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 86/635/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli ta' valutazzjoni għall-kontijiet annwali u kkonsolidati ta' ċerti tipi ta' kumpaniji kif ukoll ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/65/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta' kontijiet annwali u konsolidati ta' ċerti kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/51/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' intrapriżi tal-assigurazzjoni

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/46/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/24/KE għandhom jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/138/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien seba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' intrapriżi tal-assigurazzjoni

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/674/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 1991 dwar l-intermedjarji tal-assigurazzjoni (92/48/KEE)

Skeda ta' żmien: mhux applikabbli

Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/92/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/103/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/41/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEEC u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/73/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi tad-ditti ta' investiment li jżommu l-kotba, ir-rappurtaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament KE) Nru 1287/2006 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/71/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-riklami

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament KE) Nru 809/2004 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza fir-rigward ta' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma permessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE tat-8 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/14/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/9/KE bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjoni marbuta mal-livell minimu ta' kumpens għal kull investitur stabbilit fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva, għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva marbuta mal-livell minimu ta' kumpens għal kull investitur stabbilit fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/6/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE tad-29 ta' April 2004 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-prattiki aċċettati tas-suq, id-definizzjoni tal-informazzjoni interna b'relazzjoni mad-derivattivi dwar il-kommoditajiet, it-tħejjija ta' listi ta' persuni interni, in-notifika tat-tranżazzjonijiet tal-amministraturi u n-notifika ta' tranżazzjonijiet suspettużi

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/72/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE tat-22 ta' Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/124/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/125/KE tat-22 ta' Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rakkomandazzjonijiet għar-rappreżentazzjoni ġusta tal-investimenti u l-iżvelar tal-konflitti ta' interess

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/125/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament KE) Nru 2273/2003 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar Aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS)

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE tad-19 ta' Marzu 2007 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) rigward il-kjarifika ta' ċerti definizzjonijiet

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/16/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/47/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar il-finalità tas-saldu fis-sistemi ta' saldu ta' pagamenti u titoli

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/26/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/44/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/64/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006 għandhom jiġu implimentati fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/847 għandhom jiġu implimentati fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA MLAQQA' FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ

ta' … 2018

rigward l-aġġornament tal-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għasservizzi tat-telekomunikazzjoni) għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2014, u b'mod partikolari l-Artikoli 102, 240, 436, 438 u 449 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016.

(2)

L-Artikoli 102 u 240 tal-Ftehim jipprevedu li r-Repubblika tal-Moldova għandha twettaq l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni tagħha lejn l-atti u l-istrumenti internazzjonali tal-UE (“l-acquis tal-Unjoni”) msemmija fl-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) għall-Ftehim (“Anness XXVIII-B”).

(3)

L-acquis tal-Unjonimsemmi fl-Anness XXVIII-B evolva mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim f'Ġunju 2013. B'mod partikolari, l-Unjoni adottat l-atti li ġejjin li jimplimentaw, jemendaw, jissupplimentaw jew jissostitwixxu l-atti elenkati fl-Anness XXVIII-B:

(i)

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1);

(ii)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/276/UE tat-2 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta' frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (2);

(iii)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE tal-11 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/928/KE (3);

(iv)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/641/UE tal-1 ta' Settembru 2014 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni (4);

(v)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE tas-7 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità (5);

(vi)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2 010-2 025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali (6);

(vii)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta' Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni (7);

(viii)

Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (8);

(ix)

Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (9);

(x)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru (UE) 2015/806 tat-22 ta' Mejju 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet dwar il-forma tal-marka ta' fiduċja tal-UE għal servizzi fiduċjarji kwalifikati (10);

(xi)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta' fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (11);

(xii)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (12);

(xiii)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/650 tal-25 ta' April 2016 li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta' apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firma u siġill skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (13);

(xiv)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE tas-6 ta' Mejju 2010 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-medda ta' frekwenzi 790-862 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni Ewropea (14);

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta' April 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità (15);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità (16) kif emendata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/251/UE;

(xv)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE tal-5 ta' Novembru 2012 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded tal-frekwenzi 1 920-1 980 MHz u 2 110-2 170 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni (17);

(xvi)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE tat-13 ta' Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta' frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (18);

(xvii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta' Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta' frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (19);

(xviii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE tal-5 ta' Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5 875 – 5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) (20);

(xix)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta' Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità (21);

(xx)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE tat-12 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/513/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta' 5 GHz għall-implimentazzjoni ta' Sistemi ta' Aċċess bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) (22);

(xxi)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta' Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta' 5 GHz għall-implimentazzjoni ta' Sistemi ta' Aċċess bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) (23);

(xxii)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE tat-8 ta' Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra (24);

(xxiii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE tat-30 ta' Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra (25);

(xxiv)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta' Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra (26);

(xxv)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE tat-23 ta' Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra (27);

(xxvi)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta' Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra (28);

(xxvii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/UE tad-19 ta' Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (29);

(xxviii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/804/KE tat-23 ta' Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju għal apparat għall-identifikazzjoni li jaħdem permezz ta' frekwenzi tar-radju (RFID) li jopera fil-medda ta' frekwenza ultra għolja (UHF) (30);

(xxix)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta' Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (31);

(xxx)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE tas-17 ta' Jannar 2005 dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (32);

(xxxi)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE tat-8 ta' Lulju 2004 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa ta' frekwenza ta' 79 GHz għall-użu ta' sistemi ta' radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (33);

(xxxii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE tal-21 ta' April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità (34);

(xxxiii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE tal-21 ta' Frar 2007 dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità (35);

(xxxiv)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE tal-14 ta' Frar 2007 dwar l-użu armonizzat tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju fil-medda ta' frekwenzi ta' 2 GHz għall-implimentazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi satellitari mobbli (36);

(xxxv)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE tat-12 ta' Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) (37);

(xxxvi)

Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (38);

(4)

Ir-Repubblika tal-Moldova tkompli l-proċess li tapprossima l-leġislazzjoni tagħha mal-acquis tal-Unjoni, skont il-limiti ta' żmien u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness XXVIII-B. Sabiex tiġi żgurata l-approssimazzjoni adatta tal-leġislazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova mal-acquis tal-Unjoni, jeħtieġ li l-atti elenkati taħt il-premessa (3) jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness XXVIII-B, u ċerti skadenzi għandhom jiġu emendati biex jitqies il-progress li diġà sar sal-lum mir-Repubblika tal-Moldova fil-proċess ta' dik l-approssimazzjoni, skont l-Artikolu 449 tal-Ftehim.

(5)

L-Artikolu 436(3) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova (“il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni”) ikollu s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim.

(6)

Skont l-Artikolu 438(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat li għandu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(7)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014 (39), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim dwar, fost oħrajn, il-Kapitolu 6 (Stabbiliment, kummerċ fis-servizzi u l-kummerċ elettroniku) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, sa fejn ma jkunx hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emendar ta' dawk l-Annessi. Ma hemm ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emendar tal-Annessi.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XXVIII-B jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) għall-Ftehim huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni

Il-President


(1)  ĠU UE L 310, 26.11.2015, p. 1.

(2)  ĠU UE L 139, 14.5.2014, p. 18.

(3)  ĠU UE L 334, 13.12.2013, p. 17.

(4)  ĠU UE L 263, 3.9.2014, p. 29.

(5)  ĠU UE L 293, 9.10.2014, p. 48.

(6)  ĠU UE L 63, 10.3.2016, p. 5.

(7)  ĠU UE L 119, 12.5.2015, p. 27.

(8)  ĠU UE L 153, 22.5.2014, p. 62.

(9)  ĠU UE L 257, 28.8.2014, p. 73.

(10)  ĠU UE L 128, 23.5.2015, p. 13.

(11)  ĠU UE L 235, 9.9.2015, p. 26.

(12)  ĠU UE L 235, 9.9.2015, p. 37.

(13)  ĠU UE L 109, 26.4.2016, p. 40.

(14)  ĠU UE L 117, 11.5.2010, p. 95.

(15)  ĠU UE L 106, 27.4.2011, p. 9.

(16)  ĠU UE L 274, 20.10.2009, p. 32.

(17)  ĠU UE L 307, 7.11.2012, p. 84.

(18)  ĠU UE L 163, 24.6.2008, p. 37.

(19)  ĠU UE L 144, 4.6.2008, p. 77.

(20)  ĠU UE L 220, 15.8.2008, p. 24.

(21)  ĠU UE L 129, 17.5.2007, p. 67.

(22)  ĠU UE L 41, 13.2.2007, p. 10.

(23)  ĠU UE L 187, 19.7.2005, p. 22.

(24)  ĠU UE L 329, 13.12.2011, p. 10.

(25)  ĠU UE L 166, 1.7.2010, p. 33.

(26)  ĠU UE L 119, 14.5.2009, p. 32.

(27)  ĠU UE L 151, 11.6.2008, p. 49.

(28)  ĠU UE L 312, 11.11.2006, p. 66.

(29)  ĠU UE L 72, 20.3.2010, p. 38.

(30)  ĠU UE L 329, 25.11.2006, p. 64.

(31)  ĠU UE L 198, 30.7.2011, p. 71.

(32)  ĠU UE L 21, 25.1.2005, p. 15.

(33)  ĠU UE L 241, 13.7.2004, p. 66.

(34)  ĠU UE L 105, 25.4.2009, p. 9.

(35)  ĠU UE L 55, 23.2.2007, p. 33.

(36)  ĠU UE L 43, 15.2.2007, p. 32.

(37)  ĠU UE L 303, 14.11.2013, p. 48.

(38)  ĠU UE L 175, 27.6.2013, p. 1.

(39)  Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (ĠU L UE 110, 29.4.2015, p. 40).

ANNESS

ANNESS XXVIII-B

REGOLI APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TAT-TELEKOMUNIKAZZJONI

Ir-Repubblika tal-Moldova timpenja ruħha li tqarreb gradwalment il-leġislazzjoni tagħha għall-atti li ġejjin tal-UE u l-istrumenti internazzjonali fil-perijodi ta' żmien stipulati.

Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2002/21/KE għandhom japplikaw:

it-tisħiħ tal-indipendenza u l-kapaċità amministrattiva tar-regolatur nazzjonali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

l-istabbiliment ta' proċeduri ta' konsultazzjoni pubblika għal miżuri regolatorji ġodda;

it-twaqqif ta' mekkaniżmi effettivi għal appell kontra d-deċiżjonijiet tar-regolatur nazzjonali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; u

id-definizzjoni tal-prodott rilevanti u tas-swieq tas-servizzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li huma suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante u analiżi ta' dawk is-swieq bil-għan li jiġi determinat jekk għandhomx setgħa sinifikanti fis-suq (SMP).

Skeda ta' żmien: dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/21/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sena u nofs mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2002/20/KE għandhom japplikaw:

l-implimentazzjoni ta' regolament dwar il-previżjoni tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali, u r-restrizzjoni tal-ħtieġa għal liċenzji individwali għal każijiet speċifiċi u ġustifikati kif xieraq.

Skeda ta' żmien: dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (id-Direttiva tal-Aċċess), kif emendata mid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Fuq bażi tal-analiżi tas-suq imwettqa skont id-Direttiva Qafas, ir-regolatur nazzjonali fil-qafas tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandu jimponi fuq l-operaturi li jinstab li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq (SMP) fis-swieq rilevanti, obbligi regolatorji xierqa fir-rigward ta':

l-aċċess għal, u l-użu ta', faċilitajiet speċifiċi tan-netwerk;

kontrolli tal-prezzijiet fir-rigward tat-tariffi għall-aċċess u l-interkonnessjoni, inklużi l-obbligi tal-orjentazzjoni lejn il-kost; u

trasparenza, nuqqas ta' diskriminazzjoni u separazzjoni kontabilistika.

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/19/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sena u nofs mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), kif emendata mid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillu r-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2002/22/KE għandhom japplikaw:

ir-regolament ta' implimentazzjoni dwar l-Obbligi tas-Servizzi Universali (OSU), inkluż l-istabbiliment ta' mekkaniżmi għall-ikkostjar u l-finanzjament; u

l-iżgurar li l-interessi u d-drittijiet tal-utenti jiġu rrispettati, partikolarment bl-introduzzjoni tal-portabbiltà tan-numri u n-numru uniku 112 għal Sejħiet ta' Emerġenza fl-Ewropa.

Skeda ta' żmien: dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/22/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/2120 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta' Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

Skeda ta' żmien: il-miżuri li jirriżultaw mill-operat tad-Direttiva 2002/77/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sena u nofs mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2002/58/KE għandhom japplikaw:

ir-regolament ta' implimentazzjoni biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u b'mod partikolari d-dritt għall-privatezza, fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali fis-settur ta' komunikazzjoni elettronika, u tiżgura l-moviment ħieles ta' din id-dejta u ta' tagħmir u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika.

Skeda ta' żmien: dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għal politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju)

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE għandhom japplikaw:

l-adozzjoni ta' politika u regolament li jiżguraw id-disponibbiltà armonizzata u l-użu effiċjenti tal-ispettru.

Skeda ta' żmien: il-miżuri li jirriżultaw mill-operat tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE tas-6 ta' Mejju 2010 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-medda ta' frekwenzi 790-862 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni Ewropea

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2010/267/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta' April 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/251/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità, kif emendata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/766/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE tal-5 ta' Novembru 2012 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded tal-frekwenzi 1 920-1 980 MHz u 2 110-2 170 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/688/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE tat-13 ta' Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta' frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/477/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/276/UE tat-2 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta' frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/276/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta' Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta' frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-Komunità kif emendata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/276/UE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/411/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE tal-5 ta' Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5 875 - 5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS)

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/671/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta' Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/344/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE tat-12 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/513/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta' 5 GHz għall-implimentazzjoni ta' Sistemi ta' Aċċess bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs)

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/90/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta' Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta' frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta' Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/513/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE tal-11 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/928/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/752/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE tat-8 ta' Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/829/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE tat-30 ta' Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2010/368/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta' Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/381/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE tat-23 ta' Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/432/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta' Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra kif emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2006/771/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/KE tad-19 ta' Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2010/166/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/641/UE tal-1 ta' Settembru 2014 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/641/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/804/KE tat-23 ta' Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju għal apparat għall-identifikazzjoni li jaħdem permezz ta' frekwenzi tar-radju (RFID) li jopera fil-medda ta' frekwenza ultra għolja (UHF)

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2006/804/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta' Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/485/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE tas-17 ta' Jannar 2005 dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità, kif emendata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/50/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE tat-8 ta' Lulju 2004 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa ta' frekwenza ta' 79 GHz għall-użu ta' sistemi ta' radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2004/545/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE tas-7 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/702/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE tal-21 ta' April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/343/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE tal-21 ta' Frar 2007 dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità, kif emendata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/131/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE tal-14 ta' Frar 2007 dwar l-użu armonizzat tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju fil-medda ta' frekwenzi ta' 2 GHz għall-implimentazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi satellitari mobbli

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/98/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2 010-2 025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/339 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta' Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi 1 452-1 492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/750 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE tat-12 ta' Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA)

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/654/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta' April 2008 dwar il-kundizzjonijiet armonizzati tal-użu tal-ispettru għall-operazzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni mobbli fuq l-ajruplani (servizzi MCA) fil-Komunità, kif emendat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE

Skeda ta' żmien: il-miżuri li jirriżultaw mill-operat tad-Deċiżjoni 2008/294/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/53/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (id-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2000/31/KE għandhom japplikaw:

it-tisħiħ tal-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku;

it-tneħħija tal-ostakli għall-provvista transfruntiera ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni;

l-għoti tas-sigurtà legali għall-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informatika; u

l-armonizzazzjoni tal-limitazzjonijiet għal responsabbiltà ta' dawk li jipprovdu servizz li jaġixxu bħala intermedjarji meta jipprovdu sempliċi konduttur, caching jew hosting, ma jistipulaw l-ebda obbligu ġenerali ta' monitoraġġ.

Skeda ta' żmien: dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/31/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku, kif emendata bid-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/98/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2013/37/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/806 tat-22 ta' Mejju 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet dwar il-forma tal-marka ta' fiduċja tal-UE għal servizzi fiduċjarji kwalifikati

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/806 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta' fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1505 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1506 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/650 tal-25 ta' April 2016 li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta' apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firma u siġill skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/650 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA MLAQQA' FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ

ta' … 2018

rigward l-aġġornament tal-Anness XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2014, u b'mod partikolari l-Artikoli 85, 253, 436, 438 u 449 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016.

(2)

L-Artikoli 85 u 253 tal-Ftehim jipprovdu li r-Repubblika tal-Moldova għandha twettaq l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni tagħha lejn l-atti u l-istrumenti internazzjonali tal-UE (“l-acquis tal-Unjoni”) msemmija fl-Anness XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) għall-Ftehim (“Anness XXVIII-D”).

(3)

L-acquis tal-Unjoni msemmi fl-Anness XXVIII-D evolva mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim f'Ġunju 2013. B'mod partikolari, l-Unjoni adottat l-atti li ġejjin li jimplimentaw, jemendaw, jissupplimentaw jew jissostitwixxu l-atti msemmija fl-Anness XXVIII-D:

(i)

Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2009/15/KE fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta' ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f'ċerti konvenzjonijiet u protokolli (1);

(ii)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta' ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f'ċerti konvenzjonijiet u protokolli (2);

(iii)

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (3);

(iv)

Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (4);

(v)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/100/UE tat-28 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (5);

(vi)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (6) u r-Rettifika tad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (7);

(vii)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087 tat-18 ta' Novembru 2015 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (8);

(viii)

Id-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port (9);

(ix)

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (10);

(x)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 tal-20 ta' Mejju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward l-ispezzjonijiet estiżi tal-bastimenti (11);

(xi)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 tat-13 ta' Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta' Stat tal-bandiera (12);

(xii)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta' Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji, kif emendata mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2012 (13);

(xiii)

Id-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (14);

(xiv)

Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(xv)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE tat-23 ta' Frar 2011 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (16);

(xvi)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tad-9 ta' Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta' diżgrazzji u inċidenti tal-baħar żviluppata skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(xvii)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) fil-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli (18);

(xviii)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE tal-1 ta' Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (19);

(xix)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE tat-18 ta' Frar 2005 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġiet ta' stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro (20);

(xx)

Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (21);

(xxi)

Id-Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (22);

(xxii)

Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri (23);

(xxiii)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE tat-13 ta' Diċembru 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (24);

(xxiv)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta' Ġunju 2008 li jdaħħal fis-seħħ l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti u li jemenda dak ir-Regolament (25);

(xxv)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta' Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (26);

(4)

Ir-Repubblika tal-Moldova tkompli l-proċess li tapprossima l-leġislazzjoni tagħha mal-acquis tal-Unjoni, skont il-limiti ta' żmien u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness XXVIII-D. Sabiex tiġi żgurata l-approssimazzjoni adatta tal-leġislazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova għall-acquis tal-Unjoni, jeħtieġ li l-atti elenkati taħt il-premessa (3) jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness XXVIII-D, u ċerti skadenzi għandhom jiġu emendati biex jitqies il-progress li diġà sar sal-lum mir-Repubblika tal-Moldova fil-proċess ta' approssimazzjoni għall-acquis tal-Unjoni, skont l-Artikolu 449 tal-Ftehim.

(5)

L-Artikolu 436(3) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova (“il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni”) ikollu s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim.

(6)

Skont l-Artikolu 438(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat li għandu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(7)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014 (27), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim dwar, fost oħrajn, il-Kapitolu 6 (Stabbiliment, kummerċ fis-servizzi u l-kummerċ elettroniku) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, sa fejn ma jkunx hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emendar ta' dawk l-Annessi. Ma hemm ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emendar tal-Annessi.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XXVIII-D jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) għall-Ftehim huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni

Il-President


(1)  ĠU UE L 366, 20.12.2014, p. 83.

(2)  ĠU UE L 365, 19.12.2014, p. 82.

(3)  ĠU UE L 257, 28.8.2014, p. 146.

(4)  ĠU UE L 123, 19.5.2015, p. 55.

(5)  ĠU UE L 308, 29.10.2014, p. 82.

(6)  ĠU UE L 141, 28.5.2016, p. 51.

(7)  ĠU UE L 193, 19.7.2016, p. 117.

(8)  ĠU UE L 302, 19.11.2015, p. 99

(9)  ĠU UE L 218, 14.8.2013, p. 1.

(10)  ĠU UE L 330, 10.12.2013, p. 1.

(11)  ĠU UE L 125, 21.5.2010, p. 2.

(12)  ĠU UE L 241, 14.9.2010, p. 1.

(13)  ĠU UE L 241, 14.9.2010, p. 4.

(14)  ĠU UE L 131, 28.5.2009, p. 101.

(15)  ĠU UE L 131, 28.5.2009, p. 114.

(16)  ĠU UE L 49, 24.2.2011, p. 33.

(17)  ĠU UE L 328, 10.12.2011, p. 36.

(18)  ĠU UE L 157, 17.6.2008, p. 15.

(19)  ĠU UE L 162, 29.6.2010, p. 1.

(20)  ĠU UE L 48, 19.2.2005, p. 19.

(21)  ĠU UE L 172, 30.6.2012, p. 3.

(22)  ĠU UE L 343, 14.12.2012, p. 78.

(23)  ĠU UE L 324, 29.11.2002, p. 53.

(24)  ĠU UE L 329, 14.12.2007, p. 33

(25)  ĠU UE L 156, 14.6.2008, p. 10.

(26)  ĠU UE L 124, 20.5.2009, p. 30.

(27)  Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (ĠU L UE 110, 29.4.2015, p. 40).

ANNESS

ANNESS XXVIII-D

REGOLI APPLIKABBLI GĦAT-TRASPORT INTERNAZZJONALI MARITTIMU

Ir-Repubblika tal-Moldova timpenja ruħha li tqarreb gradwalment il-leġislazzjoni tagħha għall-atti li ġejjin tal-UE u l-istrumenti internazzjonali fil-perijodi ta' żmien stipulati.

Is-sigurtà marittima – Stat tal-bandiera / soċjetajiet ta' klassifikazzjoni

Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2009/15/KE fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta' ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f'ċerti konvenzjonijiet u protokolli

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni 2014/111/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi, kif emendata mid-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/15/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta' ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f'ċerti konvenzjonijiet u protokolli

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1355/2014 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Stat tal-Bandiera

Id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/21/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Kontroll tal-Istat tal-Port

Id-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/38/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/757 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 tal-20 ta' Mejju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward l-ispezzjonijiet estiżi tal-bastimenti

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 428/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 tat-13 ta' Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta' Stat tal-bandiera

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 801/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta' Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2012

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 802/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port kif emendat bid-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif implimentat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/16/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Il-Monitoraġġ tat-Traffiku tal-Bastimenti

Id-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/17/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE tat-23 ta' Frar 2011 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/15/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/100/UE tat-28 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/100/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/100/UE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/59/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Investigazzjoni ta' Inċidenti

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri kif emendata mid-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tad-9 ta' Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta' diżgrazzji u inċidenti tal-baħar żviluppata skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1286/2011 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/18/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-responsabbiltajiet tat-trasportaturi ta' passiġġieri

Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 392/2009 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) fi ħdan il-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 540/2008 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Regoli tekniċi u operattivi

Tagħmir tal-baħar

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/90/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Vapuri tal-passiġġieri

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE tal-1 ta' Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/36/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva Nru 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE u d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/45/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/844 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE tat-18 ta' Frar 2005 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġiet ta' stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/12/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-ħtiġiet ta' stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/25/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Tankers taż-żejt

Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 530/2012 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa

Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b'sigurtà ta' bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/96/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ekwipaġġ

Id-Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/35/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara, kif emendata mid-Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/106/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ambjent

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE tat-13 ta' Diċembru 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/71/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087 tat-18 ta' Novembru 2015 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/2087 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/59/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru tal-2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/84/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta' Ġunju 2008 li jdaħħal fis-seħħ l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti u li jemenda dak ir-Regolament

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 536/2008 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Kundizzjonijiet tekniċi

Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/65/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Kundizzjonijiet soċjali

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/29/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta' xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) fl-Unjoni Ewropea — Anness: Il-Ftehim Ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tal-baħħara u emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/63/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta' Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/13/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet fejn għandhom x'jaqsmu s-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord vapuri li jidħlu f'portijiet Komunitarji

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/95/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Is-sigurtà marittima

Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/65/KE, ħlief dawk li jikkonċernaw l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-faċilitajiet tal-portijiet

Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, ħlief dawk li jikkonċernaw l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.