15.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/117 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/416
tal-14 ta' Marzu 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
Fid-dawl tal-użu tal-forza mill-Federazzjoni Russa li wasslet għad-detenzjoni ta' persuni militari Ukreni u l-qbid ta' bastimenti fil-25 ta' Novembru 2018 fl-Istrett ta' Kerch, li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali kif ukoll tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu tmien persuni mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta' persuni li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“176. |
Sergey Nikolayevich STANKEVICH (Сергей Николаевич Станкевич) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 27.1.1963 |
Kap tad-Direttorat għall-Fruntieri tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol”, Kontrammirall. F'din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-flotta navali tal-gwardja tal-kosta tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta' Novembru 2018 għall-konsolidazzjoni tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
15.3.2019 |
177. |
Andrey Borisovich SHEIN (Андрей Борисович ШЕИН) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 10.6.1971 |
Viċi Kap tad-Direttorat għall-Fruntieri – Kap tal-Unità tal-Gwardja tal-Kosta tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol” F'din il-kapaċità, huwa pparteċipa f'operazzjonijiet kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġ tagħhom waqt l-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta' Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
15.3.2019 |
178. |
Aleksey Mikhailovich SALYAEV/ Aleksey Mikhailovich SALYAYEV Oleksii Mykhailovych SALIAIEV (Алексей Михайлович САЛЯЕВ, Олексій Михайлович САЛЯЄВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 22.8.1978 |
Uffiċjal kmandant tad-dgħajsa tal-pattulji tal-fruntieri “Don” (numru tar-reġistrazzjoni 353) tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. Huwa kellu l-kmand tal-bastiment li pparteċipa b'mod attiv f'azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġ tagħhom fil-25 ta' Novembru 2018, u mexxa attakk fuq il-lanċa tal-irmonk estwarja, “Yany Kapu”, tal-Flotta Navali Ukrena. Dawk l-azzjonijiet ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billli ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
15.3.2019 |
179. |
Andrei SHIPITSIN / SHYPITSIN (Андрей ШИПИЦИН / ШИПІЦИН) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 25.12.1969 |
Uffiċjal kmandant tad-dgħajsa tal-pattulji tal-fruntieri “Izumrud” tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. Huwa kellu l-kmand tal-bastiment li pparteċipa b'mod attiv f'azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġ tagħhom fil-25 ta' Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
15.3.2019 |
180. |
Aleksey Vladimirovich SHATOKHIN/ Oleksii Volodymyrovich SHATOKHIN (Алексей Владимирович Шатохин / Олексій Володимирович ШАТОХІН) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 26.1.1971 |
Kap tas-Servizz tal-Punt ta' Kontroll ta' Kerch għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol” tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. Huwa pparteċipa f'operazzjonijiet kontra bastimenti matul l-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġi tagħhom fil-25 ta' Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
15.3.2019 |
181. |
Ruslan Alexandrovich ROMASHKІN (Руслан Александрович РОМАШКИН) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 15.6.1976 |
Kap tas-Servizz tal-Punt ta' Kontroll fir-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol” tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. F'dan ir-rwol, kien responsabbli mill-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġi tagħhom fil-25 ta' Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.. |
15.3.2019 |
182. |
Sergey Alekseevich SHCHERBAKOV (Сергей Алексеевич ЩЕРБАКОВ: Сергій Олексійович ЩЕРБАКОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 2.11.1986 |
Uffiċjal kmandant tal-bastiment ta' kontra s-sottomarini “Suzdalets” tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa. Huwa kellu l-kmand tal-bastiment li pparteċipa fl-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġi tagħhom fil-25 ta' Novembru 2018, u pparteċipa b'mod attiv fl-imblokk tal-lanċa tal-irmonk “Yany Kapu” u l-qbid tal-gunboat armata “Nikopol”. Dawk l-azzjonijiet ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov u b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billli ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
15.3.2019 |
183. |
Aleksandr Vladimirovich DVORNIKOV (Александр Владимирович ДВОРНИКОВ) |
Sess; raġel; Data tat-twelid: 22.8.1961 Post tat-twelid: Ussuriysk, Primorskiy Krai, Federazzjoni Russa |
Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati Russi, Kurunell Ġenerali u responsabbli għall-forzi militari fir-reġjun, inkluż il-Krimea annessa illegalment u Sevastopol. F'dan ir-rwol kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed u forzi militari oħratal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta' Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
15.3.2019”. |