|
4.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 63/4 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/351
tal-4 ta' Marzu 2019
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqiesu l-ħatriet ministerjali u l-bidliet governattivi reċenti, jenħtieġ li jiżdiedu seba' persuni mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. L-informazzjoni relatata ma' tmien persuni li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANTON
ANNESS
I.
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“275. |
Il-Maġġur Ġeneral Mohammad Khaled al-Rahmoun |
Data tat-twelid: 1957; Post tat-twelid: Idleb; Sess: raġel |
Ministru għall-Intern. Maħtur f'Novembru 2018. |
4.3.2019 |
|
276. |
Mohammad Rami Radwan Martini |
Data tat-twelid: 1970; Post tat-twelid: Aleppo; Sess: raġel |
Ministru għat-Turiżmu. Maħtur f'Novembru 2018. |
4.3.2019 |
|
277. |
Imad Muwaffaq al-Azab |
Data tat-twelid: 1970; Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku; Sess: raġel |
Ministru għall-Edukazzjoni. Maħtur f'Novembru 2018. |
4.3.2019 |
|
278. |
Bassam Bashir Ibrahim |
Data tat-twelid: 1960; Post tat-twelid: Hama; Sess: raġel |
Ministru għall-Edukazzjoni Għolja. Maħtur f'Novembru 2018. |
4.3.2019 |
|
279. |
Suhail Mohammad Abdullatif |
Data tat-twelid: 1961; Post tat-twelid: Lattakia; Sess: raġel |
Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u d-Djar. Maħtur f'Novembru 2018. |
4.3.2019 |
|
280. |
Iyad Mohammad al-Khatib |
Data tat-twelid: 1974; Post tat-twelid: Damasku; Sess: raġel |
Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija. Maħtur f'Novembru 2018. |
4.3.2019 |
|
281. |
Mohammad Maen Zein-al-Abidin Jazba |
Data tat-twelid: 1962; Post tat-twelid: Aleppo; Sess: raġel |
Ministru għall-Industrija. Maħtur f'Novembru 2018. |
4.3.2019”. |
II.
Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, l-entrati li ġejjin jinbidlu kif ġej:|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“74. |
Mohammad Walid Ghazal |
Data tat-twelid: 1951; Post tat-twelid: Aleppo; Sess: raġel |
Ex-Ministru għad-Djar u l-Iżvilupp Urban. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
21.10.2014 |
|
107. |
Mohammad Ibrahim Al-Sha'ar |
Data tat-twelid: 1956; Post tat-twelid: Aleppo; Sess: raġel |
Ex-Ministru għall-Intern. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
1.12.2011 |
|
172. |
Ali Hadar |
Sess: raġel |
Kap tal-Aġenzija Nazzjonali għar-Rikonċiljazzjoni u ex-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Nazzjonali ta' Rikonċiljazzjoni. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
16.10.2012 |
|
188. |
Bishr Riyad Yazigi |
Data tat-twelid: 1972; Sess: raġel |
Ex-Ministru għat-Turiżmu. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
190. |
Hussein Arnous (magħruf ukoll bħala Arnus) |
Data tat-twelid: 1953; Sess: raġel |
Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
213. |
Bishr al-Sabban (magħruf ukoll bħala Mohammed Bishr Al-Sabban; Bishr Mazin Al-Sabban) |
Sess: raġel |
Ex-Gvernatur ta' Damasku, li nħatar minn, u hu assoċjat ma', Bashar al-Assad. Jappoġġa lir-reġim u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż it-twettiq ta' prattiki diskriminatorji kontra komunitajiet Sunniti fil-belt kapitali. |
28.10.2016 |
|
217. |
Atef Naddaf |
Data tat-twelid: 1956; Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku; Sess: raġel |
Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Maħtur f'Novembru 2018. |
14.11.2016 |
|
219. |
Ali Al-Zafir |
Data tat-twelid: 1962; Post tat-twelid: Tartous; Sess: raġel |
Ex-Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
14.11.2016”. |