1.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/345

tat-22 ta' Frar 2019

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2019)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, inkluż id-deċiżjoni dwar il-ħatra ta' Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-18 ta' Settembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1780 (2), li ħatret lis-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta' Ottubru 2017 sal-14 ta' Jannar 2018.

(3)

Fid-9 ta' Jannar 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/57 (3), li estendiet il-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2018 sal-14 ta' Jannar 2019.

(4)

Fis-17 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2008 (4), li estendiet il-mandat tal-EUCAP Sahel Mali sat-28 ta' Frar 2019.

(5)

Fit-18 ta' Diċembru 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2063 (5), li estendiet il-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2019 sat-28 ta' Frar 2019.

(6)

Fil-21 ta' Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/312 (6), li estendiet il-mandat tal-EUCAP Sahel Mali sal-14 ta' Jannar 2021.

(7)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta' Marzu 2019 sat-30 ta' Settembru 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali huwa b'dan estiż sat-30 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2019.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Frar 2019.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)   ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1780 tat-18 ta' Settembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2017) (ĠU L 253, 30.9.2017, p. 37).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/57 tad-9 ta' Jannar 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2018) (ĠU L 10, 13.1.2018, p. 14).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2008 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 24).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/2063 tat-18 ta' Diċembru 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2018) (ĠU L 329, 27.12.2018, p. 26).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/312 tal-21 ta' Frar 2019 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 51, 22.2.2019, p. 29).