26.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/325

tal-25 ta' Frar 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja.

(2)

Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra l-Belarussja jiġu estiżi sat-28 ta' Frar 2020.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Frar 2020.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).