|
11.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/11 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/240
tas-6 ta' Frar 2019
li temenda d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/648/UE u 2013/650/UE fir-rigward tar-rappreżentant tad-detenturi ta' awtorizzazzjoni
(notifikata bid-dokument C(2019) 747)
(It-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Dow AgroSciences Ltd., bis-sede fir-Renju Unit, hija r-rappreżentant fl-Unjoni ta' Dow AgroSciences LLC, bis-sede fl-Istati Uniti, skont id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/648/UE (2) u 2013/650/UE (3) għal ikel u għalf ġenetikament modifikat f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Għall-awtorizzazzjonijiet skont dawk id-deċiżjonijiet, Monsanto Europe S.A., bis-sede fil-Belġju, hija r-rappreżentant fl-Unjoni ta' Monsanto Company, bis-sede fl-Istati Uniti. |
|
(2) |
B'ittra bid-data tat-13 ta' Settembru 2018, Dow AgroSciences Ltd. talbet lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, li jenħtieġ li l-awtorizzazzjonijiet għall-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat li għalihom Dow AgroSciences Ltd. hija r-rappreżentant ta' Dow AgroSciences LLC, jiġu ttrasferiti lil Dow AgroSciences Distribution S.A.S., bis-sede fi Franza. B'ittra bid-data tas-7 ta' Settembru 2018, Dow AgroSciences Distribution S.A.S ikkonfermat il-qbil tagħha mat-trasferiment tar-rappreżentant. |
|
(3) |
B'ittra bid-data tas-27 ta' Awwissu 2018, ir-rappreżentant fl-Unjoni ta' Monsanto Company għal dawk l-awtorizzazzjonijiet, Monsanto Europe S.A., għarraf lill-Kummissjoni li huwa kkonverta il-forma ġuridika tiegħu u biddel ismu għal Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju. B'ittra bid-data tal-4 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni infurmat lil Monsanto Europe S.A. li jenħtieġ li l-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati jiġu emendati skont dan. |
|
(4) |
Il-bidliet mitluba huma purament amministrattivi fin-natura tagħhom u għalhekk ma jeħtiġux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati. L-istess japplika fir-rigward tad-destinatarji tad-Deċiżjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati, li wkoll jenħtieġ li jiġu adattati skont dan. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/648/UE u 2013/650/UE jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/648/UE
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/648/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
It-test tal-punt (a) tal-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, li tirrappreżenta lil DowAgroSciences LLC, l-Istati Uniti; u”; |
|
(2) |
It-test tal-punt (b) tal-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li tirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti”; |
|
(3) |
It-test tal-punt (a) tal-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza; u”; |
|
(4) |
It-test tal-punt (b) tal-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju”; |
|
(5) |
Il-punt (a) tal-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Emendi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/650/UE
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/650/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
It-test tal-punt (a) tal-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, li tirrappreżenta lil DowAgroSciences LLC, l-Istati Uniti; u”; |
|
(2) |
It-test tal-punt (b) tal-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li tirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti”; |
|
(3) |
It-test tal-punt (a) tal-Artikolu 8 huwa sotitwit b'dan li ġej: “Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza; u”; |
|
(4) |
It-test tal-punt (b) tal-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju”; |
|
(5) |
Il-punt (a) tal-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
(a) |
Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza; u, |
|
(b) |
Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju. |
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/648/UE tas-6 ta' Novembru 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jiġu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034 × 1507 × NK603 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 38).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/650/UE tas-6 ta' Novembru 2013 tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) MON 89034 × 1507 × MON88017 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7), erba' qamħirrum ĠM relatati li jgħaqdu tliet eventi singli differenti ĠM (MON89034 × 1507 × MON88017 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3), MON89034 × 1507 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7), MON89034 × MON88017 × 59122 (MON-89Ø34-3 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7), 1507 × MON 88017 × 59122 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7)) u erba' qamħirrum ĠM relatati li jgħaqqdu żewġ eventi ĠM singli differenti (MON89034 × 1507 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1), MON89034 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-59122-7), 1507 × MON88017 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3), MON 88017 × 59122 (MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7)) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 47).