18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Frar 2019

li taħtar tmien membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika

(2019/C 63/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċizjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika huwa magħmul minn 24 membru.

(2)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE, tnax-il membru għandhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni, wara li din tkun ikkonsultat mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. Erbgħa mit-tnax-il membru msemmija hawn fuq inħatru għal termini ta’ ħames (5) snin bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/C12/02, u l-mandati rispettivi tagħhom jintemmu fl-2020.

(3)

L-Istati Membri pprovdew lill-Kummissjoni b’lista ta’ kandidati li għandhom kwalifiki stabbiliti sew fil-qasam tal-istatistika.

(4)

Meta taħtar lil dawn it-tmien membri, il-Kummissjoni pprovat tiżgura li huma jirrappreżentaw b’mod ugwali lill-utenti, lil min iwieġeb u lill-partijiet l-oħra ikkonċernati fl-istatistika tal-Unjoni (fosthom il-komunità xjentifika, il-partijiet soċjali u s-soċjetà ċivili).

(5)

Tiġi stabbilita lista ta’ riżerva biex tintuża kemm-il darba xi membru maħtur jirriżenja jew ikun indispost mingħajr preavviż. Fl-għażla tal-membri mil-lista ta’ riżerva l-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex iżżomm il-bilanċ bejn il-gruppi ta’ utenti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni msemmija fl-Anness huma b’dan maħtura bħala membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għal terminu ta’ ħames (5) snin li jibda mid-9 ta’ Mejju 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13.


ANNESS

 

Axel BÖRSCH-SUPAN,

 

Maria João CASANOVA DE ARAÚJO E SÁ VALENTE ROSA,

 

Audronė JAKAITIENĖ,

 

Sune KARLSSON,

 

András MÁTH,

 

Marie BOHATÁ,

 

Peter VAN DER HEIJDEN,

 

Tõnu KOLLO.

Lista ta’ riżerva:

 

Marcel DAS,

 

Domantas JASILIONIS.