29.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/136
tat-28 ta' Jannar 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid stabbilit mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika fir-rigward tal-formoli li jridu jintużaw bħala ċertifikati għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun u l-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1907 (2). Din tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019. |
(2) |
Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2.28 tal-Ftehim, ċertifikat awtentikat f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Ġappun, inkluż awtoċertifikat stabbilit minn produttur awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun, huwa biżżejjed bħala dokumentazzjoni li sservi ta' evidenza li r-rekwiżiti għall-importazzjoni u l-bejgħ fl-Unjoni ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw fil-Ġappun imsemmija fl-Artikolu 2.25, 2.26 jew 2.27 tal-Ftehim ġew issodisfati. |
(3) |
Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 2.28 tal-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid għandu, permezz ta' deċiżjoni, jadotta l-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, u b'mod partikolari l-formoli li jridu jintużaw, u l-informazzjoni li trid titniżżel fiċ-ċertifikat. |
(4) |
Is-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 2.35 tal-Ftehim jipprevedi li l-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid għandu jadotta l-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni. |
(5) |
Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 2.35 tal-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid għandu jiltaqa' għall-ewwel darba dakinhar tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. |
(6) |
Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid, waqt l-ewwel laqgħa tiegħu fl-1 ta' Frar 2019 għandu jadotta d-deċiżjoni dwar il-formoli li jridu jintużaw bħala ċertifikati għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun u dwar il-modalitajiet dwar l-awtoċertifikazzjoni sabiex isseħħ l-implimentazzjoni b'mod effettiv tal-Ftehim u biex b'hekk l-importazzjoni ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun tiġi ssimplifikata. Il-formoli previsti, u l-modalitajiet previsti li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni, huma konsistenti mal-politiki tal-Unjoni dwar l-iffaċilitar tal-kummerċ u l-kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni ta' frodi ma' pajjiżi terzi li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni. |
(7) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid. |
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid jenħtieġ għalhekk li tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid fl-ewwel laqgħa tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
P. DAEA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1907 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (ĠU L 330, 27.12.2018, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-GRUPP TA' ĦIDMA DWAR L-INBID UE-ĠAPPUN
ta'….
dwar l-adozzjoni tal-formoli li għandhom jintużaw bħala ċertifikati għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun u l-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni
IL-GRUPP TA' ĦIDMA DWAR L-INBID,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika, u b'mod partikolari l-Artikoli 2.28 u 2.35 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (“il-Ftehim”) jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019. |
(2) |
L-Artikolu 22.4 tal-Ftehim jistabbilixxi Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid, li, inter alia, huwa responsabbli mill-implimentazzjoni u t-tħaddim effettivi tat-Taqsima C u tal-Anness 2-E tal-Ftehim. |
(3) |
Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2.28 tal-Ftehim, ċertifikat awtentikat skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Ġappun, inkluż awtoċertifikat stabbilit minn produttur awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun, huwa biżżejjed bħala dokumentazzjoni li sservi ta' evidenza li r-rekwiżiti għall-importazzjoni u l-bejgħ fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun imsemmija fl-Artikolu 2.25, 2.26 jew 2.27 tal-Ftehim ġew issodisfati. |
(4) |
Skont is-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 2.28 tal-Ftehim, il-formoli li għandhom jintużaw għaċ-ċertifikati u l-informazzjoni li għandha titniżżel fuq iċ-ċertifikati għandhom jiġu adottati b'deċiżjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid stabbilit skont l-Artikolu 22.4 tal-Ftehim. |
(5) |
Skont is-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 2.35 tal-Ftehim, il-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-formola li għandha tintuża għaċ-ċertifikati awtentikati b'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Ġappun tinstab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
2. Il-formola li għandha tintuża għall-awtoċertifikati stabbiliti mill-produtturi awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun tinstab fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
3. Il-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni mill-produtturi awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun jinstabu fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għall-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid
[…]
ANNESS III
Il-Modalitajiet li jikkonċernaw l-Awtoċertifikazzjoni
1. |
L-Istitut Nazzjonali ta' Riċerka dwar il-Produzzjoni tal-Birra, taħt is-sorveljanza tal-Ministeru tal-Finanzi tal-Ġappun,
|
2. |
L-Unjoni Ewropea tippubblika u taġġorna mingħajr dewmien l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi awtorizzati fil-lista intitolata “Il-korpi kompetenti tal-pajjiżi terzi, il-laboratorji maħtura u l-produtturi u l-proċessuri tal-inbid awtorizzati għat-tfassil tad-dokumenti VI-1 għall-importazzjoni tal-inbid fl-UE” li hija disponibbli fis-sit web uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea:
ec.europa.eu/agriculture/sites/agriculture/files/wine/lists/06.pdf |