24.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/102

tal-25 ta' Ġunju 2018

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Istat ta' Iżrael, mill-parti l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Istat ta' Iżrael, mill-parti l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fi Brussell fl-20 ta' Novembru 1995. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2000.

(2)

Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim irid ikun hemm qbil dwarha permezz ta' protokoll mal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u l-Istat ta' Iżreal.

(4)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Istat ta' Iżrael. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess fit-28 ta' Settembru 2017.

(5)

L-Artikolu 7(3) tal-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni proviżorja tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

(6)

Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi iffirmat, soġġett għall-konklużjoni tegħu, u applikat fuq bażi proviżorja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, mill-parti l-waħda, u l-Istat ta' Iżrael, mill-parti l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnominail-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirma(w) il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja b'effett mill-1 ta' Lulju 2013, skont l-Artikolu 7(3) tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3.