18.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/61

tad-19 ta’ Diċembru 2018

dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jobbliga lill-Kummissjoni tfassal dokumenti ta’ referenza settorjali għal setturi ekonomiċi speċifiċi. Id-dokumenti jridu jinkludu l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u, meta jkun xieraq, il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza kif ukoll is-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali. L-organizzazzjonijiet irreġistrati jew li qegħdin iħejju biex jiġu rreġistrati skont l-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali stabbilita b’dak ir-Regolament huma meħtieġa li jqisu dawk id-dokumenti meta jkunu qegħdin jiżviluppaw is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom u meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom fid-dikjarazzjoni ambjentali jew fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata tagħhom, imħejjija skont l-Anness IV ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 kien jesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li jistipula lista indikattiva tas-setturi li jridu jitqiesu bħala setturi prijoritarji għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali. Il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – It-twaqqif ta’ pjan ta’ ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta’ setturi għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)” (2) identifikat is-settur tal-amministrazzjoni pubblika bħala settur prijoritarju.

(3)

Minħabba l-varjetà ta’ attivitajiet li jwettqu l-amministrazzjonijiet pubbliċi differenti fl-Unjoni, jenħtieġ li d-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika jiffoka fuq il-kwistjonijiet ambjentali ewlenin għas-settur. Fir-rigward tal-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għas-settur, jenħtieġ li jidentifika azzjonijiet konkreti għat-titjib tal-ġestjoni tal-uffiċċji, tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, tal-mobbiltà, tal-użu tal-art, tal-kwalità tal-arja, tal-provvista tal-ilma u tal-ġestjoni tal-ilma mormi, bl-għan li jkun hemm ekonomija iżjed ċirkolari.

(4)

Sabiex l-organizzazzjonijiet, il-verifikaturi ambjentali u oħrajn ikollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-introduzzjoni tad-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tiġi differita b’perjodu ta’ 120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Fit-tfassil tad-dokument ta’ referenza settorjali anness ma’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri u lil partijiet ikkonċernati oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mit-18 ta’ Mejju 2019.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU C 358, 8.12.2011, p. 2.


ANNESS

1.   INTRODUZZJONI

Dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali (SRD) huwa bbażat fuq rapport (1) xjentifiku u ta’ politika dettaljat (“Rapport dwar l-Aqwa Prattika”) li tfassal miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.

L-isfond ġuridiku rilevanti

Fl-1993, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 (2), ġiet introdotta l-iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) għall-parteċipazzjoni volontarja tal-organizzazzjonijiet. Sussegwentement, kien hemm żewġ reviżjonijiet kbar tal-EMAS:

Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

Element importanti ġdid tal-iżjed reviżjoni reċenti huwa l-Artikolu 46 dwar it-tfassil ta’ SRDs, li daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2010. L-SRDs iridu jinkludu l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali (il-BEMPs), l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u, meta jkun xieraq, il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza u s-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta’ prestazzjoni.

Kif tifhem u tuża dan id-dokument

L-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) hija skema għall-parteċipazzjoni volontarja tal-organizzazzjonijiet impenjati biex ikun hemm titjib ambjentali kontinwu. F’dan il-qafas, dan l-SRD jipprovdi gwida speċifika għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika u jindika għadd ta’ alternattivi għal titjib kif ukoll l-aqwa prattiki.

Il-Kummissjoni Ewropea użat il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati biex fasslet dan id-dokument. Grupp ta’ Ħidma Tekniku, li jinkludi esperti u partijiet ikkonċernati tas-settur, immexxi mill-JRC, iddiskuta u fl-aħħar mill-aħħar qabel dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u dwar il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza deskritti f’dan id-dokument; b’mod partikolari dawn il-parametri referenzjarji tqiesu bħala rappreżentattivi tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali li jinkisbu mill-organizzazzjonijiet bl-aqwa prestazzjoni fis-settur.

L-SRD għandu l-għan li jgħin u jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha li beħsiebhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi jipprovdi ideat u ispirazzjoni kif ukoll gwida prattika u teknika.

L-SRD huwa indirizzat prinċipalment lill-organizzazzjonijiet li diġà huma rreġistrati fl-EMAS; it-tieni lill-organizzazzjonijiet li qed jikkunsidraw li fil-futur jirreġistraw fl-EMAS; u t-tielet lill-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jitgħallmu iktar dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. B’konsegwenza ta’ dan, l-objettiv ta’ dan id-dokument huwa li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha fis-settur tal-amministrazzjoni pubblika biex jiffokaw fuq aspetti ambjentali rilevanti, kemm diretti kif ukoll indiretti, u biex isibu it-tagħrif dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, kif ukoll l-indikaturi xierqa ta’ prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi biex ikejlu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza.

Il-mod kif jenħtieġ li l-SRDs jitqiesu mill-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS:

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS iridu jqisu l-SRDs f’żewġ livelli differenti:

1.

Meta jkunu qegħdin jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-reviżjonijiet ambjentali (l-Artikolu 4(1)(b));

Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet jużaw elementi rilevanti tal-SRD meta jkunu qegħdin jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati fir-reviżjoni u fil-politika ambjentali, kif ukoll meta jkunu qegħdin jiddeċiedu dwar liema azzjonijiet iridu jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

2.

Meta jkunu qegħdin iħejju d-dikjarazzjoni ambjentali (l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 4(4)):

(a)

Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet iqisu l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi fl-SRD meta jkunu qegħdin jagħżlu l-indikaturi (4) li se jużaw għar-rappurtar tal-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

Meta jkunu qegħdin jagħżlu s-sett ta’ indikaturi għar-rappurtar, jenħtieġ li jqisu l-indikaturi proposti fl-SRD korrispondenti u r-rilevanza tagħhom fir-rigward tal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha. L-indikaturi jridu jitqiesu biss meta jkunu rilevanti għal dawk l-aspetti ambjentali li jitqiesu bħala l-iżjed sinifikanti fir-reviżjoni ambjentali.

(b)

Meta jkunu qegħdin jirrapportaw dwar il-prestazzjoni ambjentali u dwar fatturi oħra marbuta mal-prestazzjoni ambjentali, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet isemmu fid-dikjarazzjoni ambjentali kif ikunu qiesu l-aqwa prattiki rilevanti ta’ ġestjoni ambjentali u, jekk ikunu disponibbli, il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza.

Jenħtieġ li jiddeskrivu kif intużaw l-aqwa prattiki rilevanti ta’ ġestjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza (li jagħtu indikazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni ambjentali li jkun inkiseb minn dawk bl-aqwa prestazzjoni) biex jidentifikaw il-miżuri u l-azzjonijiet, u possibbilment biex jistabbilixxu l-prijoritajiet, bl-għan li jtejbu (ulterjorment) il-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali jew l-issodisfar tal-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza identifikati mhumiex obbligatorji, minħabba li n-natura volontarja tal-EMAS tħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-parametri referenzjarji u tal-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki, f’termini ta’ kostijiet u ta’ benefiċċji, f’idejn l-organizzazzjonijiet stess. Din il-valutazzjoni dwar il-fattibbiltà hija meħtieġa wkoll għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, li ta’ sikwit jintalbu jmexxu billi jkunu ta’ eżempju.

Bl-istess mod bħall-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet jivvalutaw ir-rilevanza u l-applikabbiltà tal-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali u tal-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza skont l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha, kif ukoll skont l-aspetti tekniċi u finanzjarji.

Jenħtieġ li l-elementi tal-SRDs (l-indikaturi, il-BEMPs jew il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza) li ma jitqisux rilevanti fir-rigward tal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha ma jiġux irrapportati jew deskritti fid-dikjarazzjoni ambjentali.

Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Kull darba li organizzazzjoni tippjana li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha (u tirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tagħha) għandha tikkonsulta l-SRD għal temi speċifiċi biex issib l-ispirazzjoni dwar liema kwistjonijiet imissha tindirizza f’approċċ ta’ pass pass.

Il-verifikaturi ambjentali tal-EMAS għandhom jikkontrollaw jekk l-SRD tqiesx mill-organizzazzjoni waqt it-tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u kif sar dan (l-Artikolu 18(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009).

Meta jkunu qed iwettqu awditu, il-verifikaturi ambjentali akkreditati jkollhom bżonn ta’ evidenza mill-organizzazzjoni dwar kif ikunu ntgħażlu u tqiesu l-elementi rilevanti tal-SRD fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali. Ma għandhomx jikkontrollaw il-konformità mal-parametri referenzjarji deskritti ta’ eċċellenza, iżda għandhom jivverifikaw l-evidenza dwar kif l-SRD intuża bħala gwida biex jiġu identifikati l-indikaturi u l-miżuri volontarji xierqa li l-organizzazzjoni tista’ timplimenta biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.

Minħabba n-natura volontarja tal-EMAS u tal-SRD, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet ma jitgħabbewx b’piżijiet sproporzjonati biex jipprovdu din l-evidenza. B’mod partikolari, il-verifikaturi ma għandhomx jitolbu ġustifikazzjoni individwali għal kull wieħed jew waħda mill-aqwa prattiki, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza msemmija fl-SRD u mhux ikkunsidrati rilevanti mill-organizzazzjoni fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali tagħha. Madankollu, jistgħu jissuġġerixxu elementi addizzjonali rilevanti li l-organizzazzjoni tista’ tqis fil-futur bħala evidenza ulterjuri tal-impenn tagħha biex ikun hemm titjib kontinwu fil-prestazzjoni tagħha.

L-istruttura tad-Dokument ta’ Referenza Settorjali

Dan id-dokument fih erba’ kapitoli. Il-Kapitolu 1 jintroduċi l-isfond ġuridiku tal-EMAS u jiddeskrivi kif wieħed irid juża dan id-dokument, filwaqt li l-Kapitolu 2 jiddefinixxi l-ambitu ta’ dan l-SRD. Il-Kapitolu 3 jiddeskrivi fil-qosor l-aqwa prattiki differenti ta’ ġestjoni ambjentali (il-BEMPs) (5) u jagħti tagħrif dwar l-applikabbiltà tagħhom. Meta l-indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji speċifiċi ta’ eċċellenza jkunu jistgħu jiġu fformulati għal BEMP partikolari, dawn jingħataw ukoll. Madankollu, id-definizzjoni tal-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza ma kinitx possibbli għall-BEMPs kollha peress li f’xi erjas jew id-dejta disponibbli kienet limitata jew inkella l-kundizzjonijiet speċifiċi (il-klima lokali, is-soċjetà lokali, ir-responsabbiltajiet tal-amministrazzjoni pubblika, eċċ.) ivarjaw tant li parametru referenzjarju ta’ eċċellenza ma jkunx sinifikattiv. Uħud mill-indikaturi u mill-parametri referenzjarji huma rilevanti għal aktar minn BEMP waħda u għalhekk jiġu ripetuti kull meta jkun xieraq. Fl-aħħar nett, fil-Kapitolu 4 tiġi ppreżentata tabella komprensiva b’għażla tal-iżjed indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali, spjegazzjonijiet assoċjati u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza relatati.

2.   AMBITU

Dan l-SRD jindirizza l-prestazzjoni ambjentali tal-attivitajiet tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika. F’dan id-dokument, is-settur tal-amministrazzjoni pubblika jinkludi organizzazzjonijiet li jappartjenu b’mod prinċipali għad-diviżjoni li ġejja tal-kodiċijiet NACE (skont il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)):

Il-kodiċi 84 tan-NACE: L-amministrazzjoni pubblika u d-difiża; sigurtà soċjali obbligatorja.

L-organizzazzjonijiet reġistrati skont dan il-kodiċi NACE huma l-grupp fil-mira ta’ dan id-dokument.

Barra minn hekk, l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali identifikati f’dan l-SRD jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni wkoll għal organizzazzjonijiet oħra, bħal kumpaniji b’sjieda pubblika jew kumpaniji privati li jwasslu s-servizzi f’isem l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Dawn jistgħu jiffurmaw parti, fost l-oħrajn, mid-diviżjonijiet tal-kodiċijiet NACE li ġejjin:

Il-kodiċi 2 tan-NACE: Il-forestrija, il-qtugħ tas-siġar għall-injam;

Il-kodiċi 36 tan-NACE: Il-ġbir, it-trattament u l-provvista tal-ilma;

Il-kodiċi 37 tan-NACE: Is-sistema ta’ drenaġġi;

Il-kodiċi 38 tan-NACE: L-attivitajiet ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ rimi tal-iskart; l-irkupru tal-materjali;

Il-kodiċi 39 tan-NACE: L-attivitajiet ta’ rimedju u servizzi oħra ta’ ġestjoni tal-iskart;

Il-kodiċi 41.2 tan-NACE: Il-kostruzzjoni ta’ binjiet residenzjali u mhux residenzjali;

Il-kodiċi 49.3.1 tan-NACE: It-trasport urban u sottourban tal-passiġġieri bl-art.

Dan l-SRD jimmira lejn għadd ta’ aspetti li huma rilevanti għat-tipi kollha ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi, bħall-prestazzjoni ambjentali tal-uffiċċji, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet pubbliċi u l-akkwist pubbliku ekoloġiku (jiġifieri t-Taqsimiet 3.1, 3.2.5, 3.2.7, 3.2.8, 3.2.10 u 3.11). L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali huma mistiedna jikkonsultaw dawn it-taqsimiet tad-dokument.

Madankollu, ġestjoni ambjentali effettiva għal amministrazzjoni pubblika teħtieġ ukoll li tindirizza l-qofol tal-attivitajiet tagħha, fejn jistgħu jinkisbu l-ikbar benefiċċji ambjentali. L-għan ta’ dan id-dokument huwa li dan il-kompitu jiġi ffaċilitat għall-awtoritajiet lokali u għall-muniċipalitajiet (7) filwaqt li jiffoka fuq l-aqwa prattiki li huma rilevanti għar-rwol tagħhom u għas-servizzi li jipprovdu direttament jew indirettament lill-abitanti tagħhom (eż. it-trattament tal-ilma mormi, it-trasport pubbliku lokali). L-awtoritajiet lokali jitqiegħdu fil-mira b’mod speċifiku minħabba li dawn jikkostitwixxu l-ikbar sehem ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi fl-UE u proprju fil-livell lokali hemm l-ogħla potenzjal għal replikabbiltà u għal tagħlim mill-aqwa prattiki.

L-aspetti ambjentali prinċipali, il-pressjonijiet ambjentali assoċjati u t-taqsimiet rilevanti korrispondenti tad-dokument huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt. L-aspetti ambjentali elenkati ntgħażlu bħala l-iktar rilevanti fis-settur. Madankollu, jenħtieġ li l-aspetti ambjentali li jridu jiġu ġestiti minn kull amministrazzjoni pubblika speċifika jiġu vvalutati każ b’każ. Fit-tabella ta’ hawn taħt ma ssir l-ebda distinzjoni bejn l-aspetti ambjentali diretti u indiretti, peress li l-operazzjonijiet li jitwettqu internament u dawk li jiġu esternalizzati jvarjaw minn każ għall-ieħor. Barra minn hekk, ħafna aspetti ambjentali jistgħu jiġu kkunsidrati kemm diretti kif ukoll indiretti, ladarba dawn jirreferu direttament għall-attivitajiet tal-amministrazzjoni pubblika iżda wkoll għall-attivitajiet kollha tar-residenti, tal-kumpaniji u tal-organizzazzjonijiet fit-territorju amministrat jew moqdi mill-amministrazzjoni pubblika.

L-iktar aspetti u pressjonijiet ambjentali rilevanti għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u kif dawn jiġu indirizzati f’dan id-dokument

L-aspett ambjentali

Il-pressjoni ambjentali prinċipali relatata

It-taqsimiet rilevanti tal-SRD

Iż-żamma tal-uffiċċji

Il-ġenerazzjoni tal-iskart solidu

Il-konsum tal-ilma

Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2)

L-emissjonijiet fl-arja (CO, SO2, NOx, il-materja partikolata, eċċ.)

It-tnaqqir tar-riżorsi

It-Taqsima 3.1

Jiġi kkoordinat l-użu tal-enerġija fit-territorju amministrat u jiġi ġestit l-użu tal-enerġija tal-amministrazzjoni pubblika stess

Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2)

It-Taqsima 3.2

Jiġu ġestiti l-mobbiltà u/jew it-trasport pubbliku

L-emissjonijiet fl-arja (CO, SO2, NOx, il-materja partikolata, eċċ.)

Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2)

It-Taqsima 3.3

Jiġi ppjanat l-użu tal-art u jiġu ġestiti ż-żoni urbani ekoloġiċi

L-użu tal-art

It-telf tal-bijodiversità

It-Taqsimiet 3.4 u 3.5

Jiġu ġestiti l-kwalità tal-arja ambjentali u l-istorbju

L-emissjonijiet fl-arja (CO, SO2, NOx, il-materja partikolata, eċċ.)

Il-ġenerazzjoni tal-istorbju

It-Taqsimiet 3.6 u 3.7

Il-ġestjoni tal-iskart

Il-ġenerazzjoni tal-iskart solidu

It-Taqsima 3.8

Il-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb

Il-konsum tal-ilma

It-Taqsima 3.9

Jiġi ġestit it-trattament tal-ilma mormi

L-emissjonijiet fl-ilma (il-BOD, is-COD, il-mikrosustanzi li jniġġsu, eċċ.)

Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2)

It-Taqsima 3.10

Jiġu akkwistati l-oġġetti u s-servizzi

Il-ġenerazzjoni tal-iskart solidu

Il-konsum tal-ilma

Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2)

L-emissjonijiet fl-arja (CO, SO2, NOx, il-materja partikolata, eċċ.)

It-tnaqqir tar-riżorsi

It-Taqsima 3.11

Tiġi promossa l-mġiba favur l-ambjent tar-residenti u tan-negozji

Il-ġenerazzjoni tal-iskart solidu

Il-konsum tal-ilma

Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2)

L-emissjonijiet fl-arja (CO, SO2, NOx, il-materja partikolata, eċċ.)

L-emissjonijiet fl-ilma (is-COD, il-BOD, il-mikrosustanzi li jniġġsu, eċċ.)

It-tnaqqir tar-riżorsi

It-Taqsima 3.12

L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali (il-BEMPs) deskritti fil-Kapitolu 3 ġew identifikati bħala l-iktar tekniki, azzjonijiet u miżuri rilevanti li l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom għal kull aspett ambjentali elenkat fit-tabella ta’ hawn fuq. Fl-identifikazzjoni tagħhom, tqiesu l-isfidi u l-opportunitajiet speċifiċi tal-korpi pubbliċi, mqabbla ma’ dawk tal-kumpaniji privati. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn:

proċeduri iktar riġidi ta’ akkwist;

regoli stretti ta’ finanzjament;

ħtieġa ta’ perjodi ta’ żmien itwal biex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet;

infrastruttura antika;

baġit limitat;

iżda wkoll:

il-possibbiltà li jaċċettaw ħlas lura iktar fit-tul;

il-possibbiltà li jagħtu prijorità lil għażliet li jirriżultaw f’benefiċċji għas-soċjetà iktar milli lil ħlas lura finanzjarju;

l-istabbiltà tal-persunal;

l-opportunitajiet għal ekonomiji ta’ skala f’każ ta’ kooperazzjoni ma’ amministrazzjonijiet pubbliċi differenti fil-livelli lokali, reġjonali jew nazzjonali.

Meta jiġu biex jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-BEMPs ippreżentati f’dan id-dokument, jeħtieġ li l-awtoritajiet lokali jikkunsidraw l-isfidi speċifiċi tagħhom u kif jistgħu jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet speċifiċi disponibbli (8).

3.   L-AQWA PRATTIKI TA’ ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI U L-PARAMETRI REFERENZJARJI TA’ EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA

3.1.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għal uffiċċji sostenibbli

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li għandhom operazzjonijiet ibbażati fl-uffiċċji.

3.1.1.   Il-ġestjoni u l-imminimizzar tal-użu tal-enerġija

Il-BEMP tkun li tiġi implimentata ġestjoni tal-enerġija skont il-prinċipji taċ-ċiklu “ippjana, agħmel, ikkontrolla, aġixxi” fl-uffiċċji b’sjieda jew b’ġestjoni tal-amministrazzjoni pubblika billi:

id-dejta dwar l-użu tal-enerġija tinġabar b’mod frekwenti jew isir monitoraġġ kostanti tal-użu tal-enerġija; id-dejta tista’ tinġabar fil-livell ta’ binjiet, għal kull żona tal-binjiet (eż. il-lobby, l-uffiċċji, il-kantin/il-bar), għal kull tip ta’ sors ta’ enerġija (eż. il-gass, l-elettriku) u għal kull kategorija tal-użu aħħari (eż. it-tidwil, it-tisħin tal-post);

issir analiżi tad-dejta, jiġu stabbiliti miri, jiġu identifikati parametri referenzjarji u jintużaw għat-tqabbil mar-rendiment reali tal-bini fl-użu tal-enerġija;

jitfasslu strateġija u pjan ta’ azzjoni għat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini tal-uffiċċji (ara t-Taqsimiet 3.2.5, 3.2.7, 3.2.8).

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għal binjiet tal-uffiċċji b’sjieda jew b’ġestjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Madankollu, l-azzjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ din il-BEMP jaf ikunu iktar limitati fil-binjiet mikrija.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i1)

L-użu annwali totali tal-enerġija għal kull unità tal-erja tal-art (9), espress bħala enerġija finali (kWh/m2/sena)

Jekk tkun disponibbli, din tista’ tinqasam:

fit-tisħin tal-post (kWh/m2/sena)

fit-tkessiħ tal-post (kWh/m2/sena)

fit-tidwil (kWh/m2/sena)

fi kwalunkwe użu ieħor tal-elettriku (kWh/m2/sena)

(i2)

L-użu annwali totali tal-enerġija għal kull impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE), espress bħala enerġija finali (kWh/FTE/sena)

Jekk tkun disponibbli, din tista’ tinqasam:

fit-tisħin tal-post (kWh/FTE/sena)

fit-tkessiħ tal-post (kWh/FTE/sena)

fit-tidwil (kWh/FTE/sena)

fi kwalunkwe użu ieħor tal-elettriku (kWh/FTE/sena)

(i3)

L-użu tal-enerġija primarja annwali totali għal kull erja tal-art jew għal kull impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) (kWh/m2/sena, kWh/FTE/sena)

(i4)

L-emissjonijiet annwali totali ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għal kull erja tal-art jew għal kull impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) (kg ta’ CO2e/m2/sena, kg ta’ CO2e/FTE/sena)

3.1.2.   Il-ġestjoni u l-imminimizzar tal-użu tal-ilma

Il-BEMP tkun li tiġi implimentata ġestjoni tal-ilma skont il-prinċipji taċ-ċiklu “ippjana, agħmel, ikkontrolla, aġixxi” fl-uffiċċji b’sjieda jew b’ġestjoni tal-amministrazzjoni pubblika billi:

id-dejta dwar l-użu tal-ilma tinġabar b’mod frekwenti jew isir monitoraġġ kostanti tal-użu tal-ilma; id-dejta tista’ tinġabar fil-livell ta’ binjiet, għal kull żona ta’ binjiet rilevanti fejn jintuża l-ilma (eż. il-lobby, l-uffiċċji, il-kantin/il-bar), u għal kull kategorija tal-użu aħħari (eż. il-latrini, il-kċejjen);

issir analiżi tad-dejta, jiġu stabbiliti miri, jiġu identifikati parametri referenzjarji u jintużaw għat-tqabbil mal-użu reali tal-ilma;

jitfasslu strateġija u pjan ta’ azzjoni għat-tnaqqis tal-użu tal-ilma (eż. l-installazzjoni ta’ viti tal-ilma, ta’ doċoċ u ta’ valvoli li jnaqqsu l-pressa li jkunu effiċjenti, il-manutenzjoni regolari tagħhom, l-installazzjoni ta’ sistemi tal-ħżin tal-ilma tax-xita).

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għal binjiet tal-uffiċċji b’sjieda jew b’ġestjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, diment li l-iffrankar mistenni tal-ilma li jinkiseb jagħmel tajjeb għall-kostijiet tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni ta’ sistemi għall-monitoraġġ u għall-ġbir tad-dejta dwar l-użu tal-ilma. Fil-binjiet mikrija, l-azzjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ din il-BEMP jaf ikunu iktar limitati.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i5)

L-użu annwali totali tal-ilma għal kull impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) (m3/FTE/sena), maqsum (jekk ikun rilevanti):

fl-użu tal-ilma tal-vit (m3/FTE/sena)

fl-użu tal-ilma tax-xita maħżun (m3/FTE/sena)

fl-użu tal-ilma rriċiklat tal-latrini (m3/FTE/sena)

(i6)

L-użu annwali totali tal-ilma għal kull spazju intern tal-art (m3/m2/sena), maqsum (jekk ikun rilevanti):

fl-użu tal-ilma tal-vit (m3/m2/sena)

fl-użu tal-ilma tax-xita maħżun (m3/m2/sena)

fl-użu tal-ilma rriċiklat tal-latrini (m3/m2/sena)

(b1)

L-użu tal-ilma totali fil-binjiet tal-uffiċċji huwa inqas minn 6,4  m3/impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time/sena

3.1.3.   Il-ġestjoni u l-imminimizzar tal-produzzjoni tal-iskart

Il-BEMP tkun li tiġi implimentata ġestjoni avvanzata tal-iskart fl-uffiċċji b’sjieda jew b’ġestjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, abbażi ta’:

prevenzjoni: jiġu stabbiliti proċeduri u arkivji mingħajr l-użu ta’ karti, tiġi żgurata d-durabbiltà tat-tagħmir u tal-oġġetti konsumabbli (eż. permezz tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, ara t-Taqsima 3.11), jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid ta’ għamara u ta’ tagħmir tal-uffiċċji (eż. l-istabbiliment ta’ inventarju onlajn tat-tagħmir, tal-għamara u tal-oġġetti tal-kartolerija li huma disponibbli u li ma għadhomx meħtieġa u jiġi żgurat li s-servizzi kollha u l-persunal kollu jfittxu hemmhekk qabel jixtru oġġetti ġodda; jiġu pprovduti servizzi professjonali ta’ tindif, ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni biex tiġi estiża l-ħajja tal-oġġetti); il-persunal jingħata inċentivi biex jużaw tazzi li jistgħu jerġgħu jintużaw minflok ma jużaw tazzi tal-plastik li jintużaw darba biss; jiġu pprovduti funtani tal-ilma għax-xorb (mingħajr tazzi tal-plastik) minflok fliexken tal-plastik fil-laqgħat jew fl-ispazji pubbliċi;

segregazzjoni: ikun hemm aċċess faċli għal laned taż-żibel riċiklabbli għall-iżjed tipi komuni ta’ skart u l-istabbiliment ta’ punti ta’ riċiklaġġ għat-tipi l-oħra kollha ta’ skart, sabiex tiġi mminimizzata l-ġenerazzjoni tal-iskart residwu; jinxtraw tagħmir u oġġetti konsumabbli magħmula minn materjali riċiklabbli;

monitoraġġ: jingħata rendikont regolari tal-kwantitajiet ta’ skart iġġenerat għal kull tip ta’ skart, li jkopri t-tipi kollha ta’ skart (eż. il-frazzjonijiet miġbura b’mod separat, l-iskart residwu, l-iskart perikoluż); dan jista’ jinkiseb bis-saħħa ta’ strateġiji xierqa u l-involviment ta’ persunal minn servizzi differenti.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, u hija speċifika għall-attività tal-uffiċċji. Jenħtieġ li l-miżura speċifika implimentata (eż. il-frazzjonijiet differenti li fihom l-iskart jiġi ssegregat) tirrifletti l-kundizzjonijiet speċifiċi (eż. it-tipi ta’ skart iġġenerat, id-disponibbiltà lokali ta’ servizzi ta’ riċiklaġġ għal tipi partikolari ta’ skart, il-leġiżlazzjoni lokali u l-kostijiet tal-ġestjoni tal-iskart).

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i7)

Il-ġenerazzjoni annwali totali ta’ skart tal-uffiċċji għal kull impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) (kg/FTE/sena)

(i8)

L-ammont annwali totali ta’ għamara, ta’ tagħmir u ta’ oġġetti tal-kartolerija li jerġa’ jintuża mill-ġdid (kg/FTE/sena, EUR ta’ xiri evitat/FTE/sena)

(i9)

L-iskart tal-uffiċċji li jintbagħat għar-riċiklaġġ bħala % tal-iskart totali skont il-piż (%)

(i10)

L-iskart residwu (10) tal-uffiċċji bħala % tal-iskart totali skont il-piż (%)

(b2)

L-iskart żero ġġenerat fil-binjiet tal-uffiċċji jintbagħat fil-miżbliet

(b3)

Il-ġenerazzjoni tal-iskart totali fil-binjiet tal-uffiċċji hija inqas minn 200 kg/impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time/sena

3.1.4.   L-imminimizzar tal-konsum tal-karti u tal-oġġetti konsumabbli tal-uffiċċji

Il-BEMP tkun li:

jiġu implimentati u promossi proċeduri interni (eż. proċeduri mingħajr l-użu ta’ karti bħall-flussi tax-xogħol elettroniċi, il-firem elettroniċi u l-arkivji elettroniċi, l-ebda stampar ta’ dokumenti għal-laqgħat, l-ebda stampar ta’ bullettini/rapporti, l-istampar fuq iż-żewġ naħat tal-folji tkun l-għażla prestabbilita) li jgħinu lill-impjegati u lill-pubbliku jevitaw l-użu ta’ karti tal-uffiċċji (jiġifieri l-karti tal-copiers/tal-printers) u ta’ oġġetti konsumabbli (jiġifieri l-materjal kollu bħal pinen, lapsijiet, highlighters, kotba għan-noti li jintużaw fl-uffiċċji), u biex b’hekk tonqos id-domanda;

jintuża l-akkwist pubbliku ekoloġiku (ara t-Taqsima 3.11) biex jiġu xprunati l-għażliet b’impatt iktar baxx, eż. il-karti tal-uffiċċju li jiżnu inqas, il-prodotti li jservu iktar fit-tul, li jistgħu jerġgħu jimtlew u l-prodotti alternattivi b’impatt ambjentali baxx jew b’tossiċità baxxa.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i11)

In-numru ta’ folji (11) ta’ karti tal-uffiċċju li jintużaw kuljum għal kull impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) (folji tal-karti/FTE/jum tax-xogħol)

(i12)

Il-persentaġġ ta’ karti ċċertifikati favur l-ambjent li jinxtraw għall-uffiċċji mill-karti totali li jinxtraw għall-uffiċċji (%)

(i13)

Il-kost annwali tal-oġġetti konsumabbli li jinxtraw għal kull impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) (EUR/FTE/sena)

(b4)

Il-konsum tal-karti tal-uffiċċji huwa inqas minn 15-il folja A4/impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time/jum tax-xogħol

(b5)

Il-karti tal-uffiċċji li jintużaw huma 100 % minn materjal irriċiklat jew ċertifikati b’ekotikketta ta’ ISO tat-Tip I (12) (eż. l-Ekotikketta tal-UE)

3.1.5.   L-imminimizzar tal-impatt ambjentali tal-ivvjaġġar minn post għall-ieħor u tal-ivvjaġġar fuq xogħol

Il-BEMP tkun li jiġi mminimizzat l-impatt ambjentali tal-ivvjaġġar minn post għall-ieħor u tal-ivvjaġġar fuq xogħol billi:

il-persunal jiġi involut u jkun hemm bidla fl-imġiba favur l-ivvjaġġar iktar sostenibbli minn post għall-ieħor (eż. kampanji permezz ta’ għodod diġitali, inċentivi/diżinċentivi ekonomiċi, l-użu ta’ logħob soċjali jew inċentivi bi premjijiet);

jitfasslu pjanijiet ta’ vvjaġġar tal-persunal fl-organizzazzjoni kollha li jħeġġu modalitajiet sostenibbli ta’ vvjaġġar minn post għall-ieħor u ta’ vvjaġġar fuq xogħol (eż. ftehim mal-fornituri tat-trasport pubbliku lokali biex jadattaw ir-rotot għall-ħtiġijiet ta’ min jivvjaġġa minn post għall-ieħor; isir l-ibbaġitjar tal-karbonju għall-ivvjaġġar fuq xogħol);

jiġu inklużi kriterji stretti ta’ sostenibbiltà fl-akkwist pubbliku tas-servizzi tat-trasport (eż. l-użu tal-ferrovija iktar milli titjiriet għal vjaġġi qosra; tingħata preferenza lil titjiriet diretti jew lil vjaġġi multimodali iktar milli lil titjiriet konnessi);

jitnaqqas l-ivvjaġġar minn post għall-ieħor bil-karozza meta jkun hemm it-trasport pubbliku disponibbli u jitħeġġeġ l-użu effiċjenti tal-karozzi (eż. jitnaqqsu l-vjaġġi bil-karozza b’passiġġier uniku billi jiġi promoss l-użu ta’ karozza waħda għall-istess vjaġġ fost l-impjegati);

jiġi ffaċilitat ix-xogħol mill-bogħod għall-impjegati, biex b’hekk jitnaqqsu l-ħtiġijiet tat-trasport b’mod ġenerali (eż. l-introduzzjoni tax-xogħol mill-bogħod u tax-xogħol mid-dar, l-installazzjoni ta’ faċilitajiet għal laqgħat virtwali).

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi u għall-iskali kollha ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi. Madankollu, il-miżuri speċifiċi li jridu jiġu implimentati jvarjaw skont il-kundizzjonijiet lokali, bħal pereżempju l-kuntest ġeografiku u d-disponibbiltà tat-trasport pubbliku.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i14)

L-implimentazzjoni ta’ għodod għall-promozzjoni ta’ vvjaġġar sostenibbli minn post għall-ieħor (iva/le)

(i15)

Il-persentaġġ tal-persunal li jivvjaġġa minn post għall-ieħor bil-karozza ta’ kuljum bħala passiġġier uniku (%)

(i16)

Il-persentaġġ tal-persunal li jivvjaġġa minn post għall-ieħor bil-mixi, bir-rota jew bit-trasport pubbliku minn tal-inqas tliet darbiet fil-ġimgħa (%)

(i17)

L-emissjonijiet annwali totali ta’ CO2e mill-ivvjaġġar fuq xogħol (tunnellati ta’ CO2e/sena)

(i18)

L-emissjonijiet annwali totali ta’ CO2e mill-ivvjaġġar fuq xogħol għal kull impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) (kg ta’ CO2e/FTE/sena)

(i19)

L-implimentazzjoni tal-ibbaġitjar tal-karbonju għall-ivvjaġġar kollu fuq xogħol (iva/le)

(i20)

Id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet tal-vidjokonferenzi għall-persunal kollu u l-monitoraġġ u l-promozzjoni tal-użu tagħhom (iva/le)

(b6)

L-għodod għall-promozzjoni tal-ivvjaġġar sostenibbli minn post għall-ieħor għall-impjegati huma implimentati u promossi

(b7)

L-ibbaġitjar tal-karbonju huwa implimentat għall-ivvjaġġar kollu fuq xogħol

(b8)

Il-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi huma disponibbli għall-persunal kollu u l-użu tagħhom qed jiġi mmonitorjat u promoss

3.1.6.   L-imminimizzar tal-impatt ambjentali tal-kantins u tal-kafetteriji

Il-BEMP tkun li:

jiġu akkwistati servizzi ta’ kantins jew ta’ kafetteriji, jew l-ikel u x-xorb għall-kantins u għall-kafetteriji jiġu ġestiti internament, filwaqt li jiġu introdotti rekwiżiti ta’ sostenibbiltà bħal ikel organiku staġjonali, tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ għażliet veġetarjani/vegani u jiġi evitat (meta jkun possibbli) li l-prodotti jiġu offruti f’imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss; jintgħażlu fornituri tas-servizzi li jistgħu joffru servizzi mingħajr l-użu ta’ oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss bħal tazzi, platti u pożati (ara wkoll it-Taqsima 3.11);

jitwettqu kampanji ta’ involviment tal-persunal li jippromwovu għażliet sostenibbli tal-ikel;

tiġi xprunata bidla fl-imġiba fil-kantins u fil-kafetteriji bl-għażla tal-arkitettura (jiġifieri jinbidel il-mod kif jiġu ppreżentati l-għażliet li jistgħu jwasslu biex għażla partikolari tkun il-preferenza naturali jew prestabbilita) u bil-politika tal-ipprezzar (jiġifieri prezz iktar baxx għal għażliet iktar sostenibbli tal-ikel);

tiġi implimentata politika tat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel billi jiġu implimentati porzjonijiet imċekkna tal-ikel, jiġu offruti porzjonijiet ta’ daqsijiet differenti, isir ippjanar attent tal-menus bil-quddiem, eċċ.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi u għall-iskali kollha ta’ uffiċċji tal-amministrazzjoni pubblika li jkollhom faċilitajiet interni ta’ kantin jew ta’ kafetterija.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i21)

Il-persentaġġ tal-għażliet tal-ikel b’impatt baxx li jiġu servuti (eż. staġjonali, organiċi) (% ta’ ikel b’impatt baxx mill-volum totali mixtri)

(i22)

L-ammont ta’ skart tal-ikel iġġenerat għal kull ikla servuta (g/ikla)

(i23)

Il-persentaġġ tal-iskart tal-ikel li jintbagħat għad-diġestjoni anaerobika (% li jintbagħat għad-diġestjoni anaerobika mit-tunnellati totali ta’ skart tal-ikel)

3.1.7.   L-imminimizzar tal-impatt ambjentali tal-organizzazzjoni ta’ laqgħat u ta’ avvenimenti

Il-BEMP tkun li:

tiġi introdotta sistema ta’ ġestjoni sostenibbli tal-avvenimenti; is-sistema ta’ ġestjoni jaf tiġi implimentata mill-amministrazzjoni pubblika stess, u/jew il-kuntratturi/il-fornituri li jitqabbdu jenħtieġ li jkollhom sistema ta’ ġestjoni fis-seħħ; il-fornituri u l-lukandi jista’ jkollhom sistema ta’ ġestjoni ambjentali wkoll (eż. l-EMAS);

ikun hemm komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha (mill-fornituri, sad-delegati u l-komunità inġenerali) u komunikazzjoni ma’ dawk involuti f’avveniment u/jew se jattenduh, dwar il-miżuri li huma jistgħu jieħdu biex inaqqsu l-impatt ambjentali biex jattendu l-avveniment (eż. jużaw b’mod korrett il-laned taż-żibel segregati, jagħżlu l-ilma tal-vit u l-fliexken tal-ilma li jistgħu jerġgħu jintużaw mill-ġdid, jagħżlu mezzi sostenibbli tat-trasport);

l-għażla tal-post tal-avveniment jew tal-laqgħa ssir billi jiġu kkunsidrati kriterji ambjentali (eż. ikun ikkollegat tajjeb mat-trasport pubbliku, ikun bini b’impatt ambjentali mnaqqas, ikun post b’sistema ta’ ġestjoni ambjentali fis-seħħ);

jintgħażlu l-prodotti u s-servizzi meħtieġa għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat u ta’ avvenimenti billi jiġi implimentat l-akkwist pubbliku ekoloġiku (ara t-Taqsima 3.11) u jiġu limitati l-gadgets u l-kontenut tal-pakketti tal-konferenzi (eż. fuljetti, pen drives, badges);

jiġu akkwistati servizzi ta’ catering, jew l-ikel u x-xorb mis-servizzi tal-catering jiġu ġestiti internament, filwaqt li jiġu introdotti rekwiżiti ta’ sostenibbiltà bħal ikel organiku staġjonali, tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ għażliet veġetarjani/vegani u jiġi evitat (meta jkun possibbli) li l-prodotti jiġu offruti f’imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss; jintgħażlu fornituri tas-servizzi li jistgħu joffru servizzi mingħajr l-użu ta’ platti, ta’ tazzi u ta’ pożati tal-plastik li jintużaw darba biss, u jkunu disponibbli funtani tal-ilma għax-xorb minflok fliexken tal-ilma (ara wkoll it-Taqsimiet 3.1.6 u 3.11).

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi u għall-iskali kollha ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi li jorganizzaw laqgħat u avvenimenti.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i24)

Il-persentaġġ ta’ fornituri b’sistema rikonoxxuta ta’ ġestjoni sostenibbli tal-avvenimenti (eż. l-ISO 20121) jew b’sistema ta’ ġestjoni ambjentali (eż. l-EMAS) (%)

(i25)

Il-persentaġġ ta’ sejħiet għall-offerti marbuta mal-avvenimenti inkluż fil-kriterji b’referenza għal sistema rikonoxxuta ta’ ġestjoni sostenibbli tal-avvenimenti (eż. l-ISO 20121) jew għal sistema ta’ ġestjoni ambjentali (eż. l-EMAS) (%)

3.2.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-enerġija sostenibbli u għat-tibdil fil-klima

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-awtoritajiet lokali, kemm fil-kapaċità tagħhom bħala amministrazzjoni u fornituri tas-servizzi b’firxa wiesgħa ta’ operazzjonijiet diretti li jużaw l-enerġija, kif ukoll fir-rwol tagħhom ta’ gwida fit-territorju li huma responsabbli għalih. Il-BEMPs f’din it-taqsima huma maqsuma f’erba’ gruppi:

il-BEMPs ta’ politika, marbuta mal-miżuri ta’ politika li awtorità lokali tista’ ddaħħal fis-seħħ biex tixpruna l-enerġija sostenibbli, kemm internament u kemm fit-territorju amministrat, kif ukoll il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima;

il-BEMPs fir-rigward ta’ operazzjonijiet diretti, dwar kif l-awtoritajiet lokali jistgħu jnaqqsu l-użu tal-enerġija u jgħaddu għall-enerġija rinnovabbli fil-binjiet u fl-infrastrutturi tagħhom stess;

il-BEMPs fir-rigward tar-rwol regolatorju u tal-ippjanar tal-muniċipalitajiet;

il-BEMPs fir-rigward tal-influwenza tal-muniċipalitajiet fit-territorju tagħhom, fir-rigward tar-rwol eżemplari li s-settur pubbliku jista’ jkollu u kif l-awtoritajiet lokali jistgħu jwasslu għal azzjonijiet mir-residenti u mill-organizzazzjonijiet.

Il-BEMPs ta’ politika

3.2.1.   L-istabbiliment ta’ inventarju dwar l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet fit-territorju tal-muniċipalità

Il-BEMP tkun li:

tinġabar b’mod sistematiku d-dejta dwar l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet fit-territorju tal-muniċipalità; l-ambitu tal-inventarju jinkludi l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet fit-territorju mis-setturi kollha, fosthom l-industrija, il-kummerċ/is-servizzi, l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, l-abitazzjoni u t-trasport;

id-dejta li tinġabar tiġi rrapportata pubblikament u tintuża biex jiġu identifikati azzjonijiet li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fit-territorju (ara t-Taqsima 3.2.2).

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i26)

L-emissjonijiet annwali totali tal-karbonju fit-territorju tal-muniċipalità: assoluti (t ta’ CO2e) u għal kull abitant (kg ta’ CO2e/abitant)

(i27)

L-użu annwali tal-enerġija fit-territorju tal-muniċipalità għal kull abitant, espress bħala l-enerġija finali (kWh/abitant)

3.2.2.   L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni dwar l-enerġija u l-klima

Il-BEMP tkun li jiġi stabbilit pjan ta’ azzjoni muniċipali dwar l-enerġija u l-klima bbażat fuq l-inventarju dwar l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet (ara t-Taqsima 3.2.1). Il-pjan ta’ azzjoni jinkludi miri f’terminu qasir u twil ibbażati fuq ix-xjenza u l-evidenza li jistgħu jintlaħqu bl-implimentazzjoni ta’ għadd ta’ azzjonijiet iddefiniti (eż. jitnaqqas l-użu tal-enerġija tal-binjiet privati u tan-negozji, jitnaqqas l-użu tal-enerġija tal-binjiet muniċipali u tas-servizzi pubbliċi lokali, jittejjeb it-trasport pubbliku).

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i28)

Hemm pjan ta’ azzjoni dwar l-enerġija u l-klima fis-seħħ, li jinkludi miri u azzjonijiet (iva/le)

(i26)

L-emissjonijiet annwali totali tal-karbonju fit-territorju tal-muniċipalità: assoluti (t ta’ CO2e) u għal kull abitant (kg ta’ CO2e/abitant)

(i27)

L-użu annwali tal-enerġija fit-territorju tal-muniċipalità għal kull abitant, espress bħala l-enerġija finali (kWh/abitant)

(b9)

Hemm pjan ta’ azzjoni dwar l-enerġija u l-klima fis-seħħ, li jinkludi miri u azzjonijiet u huwa bbażat fuq l-inventarju dwar l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet

3.2.3.   L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ strateġija għall-adattament għat-tibdil fil-klima fit-territorju tal-muniċipalità

Il-BEMP tkun li tiġi stabbilita strateġija olistika ta’ adattament għat-tibdil fil-klima għat-territorju tal-muniċipalità li tippermetti l-protezzjoni tal-ambjent mibni u naturali kontra l-effetti u l-impatti avversi tat-tibdil fil-klima (eż. l-għargħar, il-mewġiet ta’ sħana, in-nixfa). L-istrateġija ta’ adattament għat-tibdil fil-klima tista’ tkompli tibni fuq strateġiji oħra ta’ adattament lokali u reġjonali, u jenħtieġ li tiżgura li dawn ikunu kkollegati ma’ xulxin. Jeħtieġ li l-istrateġija tkun koerenti ma’ politiki u ma’ strateġiji rilevanti oħra u tiġi kkunsidrata minnhom (eż. il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-mogħdijiet tal-ilma).

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha. Jenħtieġ li l-ambitu tal-istrateġija ta’ adattament jiġi żviluppat b’rabta mal-kuntest speċifiku tal-amministrazzjoni pubblika. Il-miżuri li jinsabu fl-istrateġija jeħtieġ li jwieġbu għall-impatti previsti tat-tibdil fil-klima fuq it-territorju.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i29)

Hemm strateġija olistika ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fis-seħħ għat-territorju tal-muniċipalità (iva/le)

(i30)

Il-persentaġġ tad-djar u tan-negozji protetti bħala riżultat tal-istrateġija (%)

(b10)

Hemm strateġija olistika ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fis-seħħ għat-territorju tal-muniċipalità

Il-BEMPs fir-rigward tal-operazzjonijiet diretti

3.2.4.   L-implimentazzjoni ta’ tidwil tat-toroq li jkun effiċjenti fl-użu tal-enerġija

Il-BEMP tkun li:

jitwettaq l-awditjar tas-sistema tat-tidwil tat-toroq;

jittejbu l-luminarji biex jiġi evitat li t-tidwil ikun iħares ’il fuq u li jkun intrużiv, u jiġi mmassimizzat it-tidwil utli;

jitnaqqsu l-livelli tat-tidwil skont il-ħtiġijiet reali (jiġifieri jiġi evitat it-tidwil eċċessiv);

jiġu ssostitwiti l-bozoz u jintgħażlu teknoloġiji li jkunu effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija (eż. l-LEDs) filwaqt li jitqiesu d-durabbiltà, l-indiċi tal-apparenza tal-kulur (13) u t-temperatura tal-kulur tad-dawl (14);

jiġi implimentat tidwil li jitbaxxa billejl (jiġifieri l-qawwa tat-tidwil titnaqqas tard billejl);

jiġi introdott tidwil intelliġenti tat-toroq (eż. jintużaw sensuri li b’mod temporanju jżidu l-livelli tat-tidwil meta tiġi identifikata l-preżenza ta’ xi persuna).

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha direttament jew indirettament (permezz ta’ kumpanija pubblika jew privata) li jiġġestixxu l-provvista tat-tidwil tat-toroq. F’xi każijiet, jista’ jkun li l-investimenti meħtieġa biex jiġu implimentati l-miżuri elenkati jkunu limitazzjoni u jaffettwaw l-għażla ta’ miżuri speċifiċi li jridu jiġu implimentati, iżda ġeneralment l-iffrankar tal-enerġija jpatti għalihom u jirriżulta f’perjodi raġonevoli biex l-investimenti jagħtu l-frott.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i31)

L-użu annwali tal-enerġija għat-tidwil tat-toroq għal kull abitant (kWh/abitant/sena)

(i32)

L-użu annwali tal-enerġija għat-tidwil tat-toroq għal kull kilometru ta’ toroq imdawla (MWh/km/sena)

(b11)

L-użu tal-enerġija għat-tidwil tat-toroq għal kull kilometru huwa inqas minn 6 MWh/km/sena

3.2.5.   It-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet pubbliċi

Il-BEMP tkun li tiġi mmassimizzata l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet pubbliċi u jiġi mminimizzat l-użu tal-enerġija tagħhom. Dan jista’ jinkiseb permezz tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u tal-integrità tal-qafas tal-bini (il-ħitan, is-soqfa, u l-ħġieġ) u permezz tal-issiġillar tal-arja, kif ukoll permezz tal-installazzjoni ta’ tagħmir effiċjenti fl-użu tal-enerġija u permezz tal-kummissjonar tas-sistemi tal-enerġija.

Kemm il-binjiet pubbliċi l-ġodda kif ukoll dawk eżistenti jistgħu jiksbu rendiment aħjar fl-użu tal-enerġija mill-istandards minimi stabbiliti fil-kodiċijiet nazzjonali tal-bini (15) u jkunu ddisinjati jew rinnovati bħala binjiet b’użu tal-enerġija qrib iż-żero (NZEB) qabel ma nħareġ l-obbligu tal-UE (16).

Meta jiġu ddefiniti l-miżuri biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet, jeħtieġ li ma jiġix ikkunsidrat biss ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li jrid jintlaħaq, iżda wkoll l-impatti ambjentali ġenerali tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-binjiet (17). Dawn jistgħu jiġu mminimizzati, fost l-oħrajn, billi jintgħażlu materjali sostenibbli tal-bini għall-enerġija primarja u b’inkorporazzjoni baxxa, li fil-fażi tad-disinn, jiżguraw adattabbiltà faċli biex jappoġġaw l-użu mill-ġdid tal-bini fil-futur u r-rinnovazzjoni faċli (eż. pjanijiet flessibbli tal-ispazju tal-art) kif ukoll il-possibbiltà ta’ żarmar għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-materjali u tal-elementi tal-bini.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha diment li jistgħu jimpenjaw ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet pubbliċi. Jaf ikun iktar diffiċli li din il-BEMP tiġi implimentata fil-proprjetajiet mikrija. Barra minn hekk, il-livell tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li jista’ jinkiseb f’kull każ speċifiku se jkun affettwat mill-karatteristiki tal-bini (eż. bini antik).

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i1)

L-użu annwali totali tal-enerġija għal kull unità tal-erja tal-art, espress bħala enerġija finali (kWh/m2/sena)

(i33)

L-użu tal-enerġija primarja annwali totali għal kull unità tal-erja tal-art (kWh/m2/sena)

(b12)

Għall-binjiet ġodda, il-bini jiġi ddisinjat b’użu totali tal-enerġija primarja (jiġi inkluż kull użu) li jkun inqas minn 60 kWh/m2/sena

(b13)

Għall-binjiet eżistenti li jkunu qed jiġu rrinnovati, il-bini jiġi ddisinjat b’użu totali tal-enerġija primarja (jiġi inkluż kull użu) li jkun inqas minn 100 kWh/m2/sena

3.2.6.   It-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet soċjali

Il-BEMP tkun li tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet soċjali, kemm għal binjiet eżistenti li jkunu qed jiġu rrinnovati u kemm għal binjiet ġodda, kif deskritt hawn fuq għal binjiet pubbliċi (ara t-Taqsima 3.2.5). Għall-abitazzjonijiet soċjali, il-BEMP tkun li r-residenti lokali jkunu involuti fil-proċess ta’ ppjanar tar-rinnovazzjoni jew tad-disinn tal-bini l-ġdid, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tagħhom u jkunu mgħarrfa bil-benefiċċji tal-bini b’użu tal-enerġija qrib iż-żero u kif jużawhom.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li jiġġestixxu l-abitazzjonijiet soċjali. L-ammont ta’ investiment meħtieġ jaf ikun ostaklu rilevanti għall-implimentazzjoni tagħha. Madankollu, il-benefiċċji soċjali rilevanti (it-titjib fil-benesseri, it-tnaqqis tal-prekarjetà enerġetika) u l-benefiċċji finanzjarji (l-iffrankar tal-enerġija jekk il-kostijiet tal-enerġija jitħallsu b’mod ċentrali, jew proporzjon ogħla ta’ kerrejja li jħallsu l-kera tagħhom jekk ikunu responsabbli gћall-kostijiet tal-enerġija tagħhom stess) jisbqu l-investimenti.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i1)

L-użu annwali totali tal-enerġija għal kull unità tal-erja tal-art, espress bħala enerġija finali (kWh/m2/sena)

(i33)

L-użu tal-enerġija primarja annwali totali għal kull unità tal-erja tal-art (kWh/m2/sena)

(b12)

Għall-binjiet ġodda, il-bini jiġi ddisinjat b’użu totali tal-enerġija primarja (jiġi inkluż kull użu) li jkun inqas minn 60 kWh/m2/sena

(b13)

Għall-binjiet eżistenti li jkunu qed jiġu rrinnovati, il-bini jiġi ddisinjat b’użu totali tal-enerġija primarja (jiġi inkluż kull użu) li jkun inqas minn 100 kWh/m2/sena

3.2.7.   Il-ksib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet pubbliċi permezz ta’ kuntratti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija

Il-BEMP tkun li jiġu implimentati kuntratti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-binjiet pubbliċi. L-amministrazzjoni pubblika taħtar kumpanija ta’ servizz tal-enerġija (l-ESCo) sabiex tidentifika t-titjib xieraq fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-binjiet pubbliċi, tiżviluppahom, tpoġġihom fis-seħħ, tipprovdi garanzija li se jinkiseb livell stabbilit ta’ ffrankar tal-enerġija, tieħu r-responsabbiltà għar-riskju tal-investiment u, f’ħafna każijiet, tħejji l-arranġamenti tal-finanzjament biex jitħallsu l-proġetti. B’hekk l-amministrazzjonijiet pubbliċi jkunu jistgħu jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet pubbliċi mingħajr il-ħtieġa li jiffinanzjaw il-kostijiet tal-investiment bil-quddiem.

Jeżistu żewġ tipi ta’ kuntratti għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija:

il-kuntratti ta’ ffrankar kondiviż, li bihom l-ESCo u l-amministrazzjoni pubblika jikkondividu l-iffrankar tal-kostijiet b’persentaġġ prestabbilit għal numru fiss ta’ snin;

il-kuntratti ta’ ffrankar iggarantit, li bihom l-ESCo tiggarantixxi ċertu livell ta’ ffrankar tal-enerġija għall-amministrazzjoni pubblika, li tirċievi kont orħos tal-enerġija. Madankollu, l-iffrankar reali jkun ogħla minn dak iggarantit u l-ESCo taqla’ d-differenza.

L-applikabbiltà

L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha jistgħu japplikaw l-ikkuntrattar għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija biex jintroduċu xi titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet tagħhom. Dan huwa rilevanti b’mod speċifiku għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u/jew għall-proġetti li għalihom inkella jkun diffiċli li jsir l-investiment meħtieġ minħabba nuqqas ta’ kapaċità finanzjarja jew nuqqas ta’ kapaċità teknika u ta’ ġestjoni fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i34)

Il-persentaġġ tal-użu totali tal-enerġija tal-amministrazzjoni pubblika kopert b’kuntratti għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (%)

3.2.8.   It-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ binjiet pubbliċi eżistenti permezz tal-monitoraġġ, tal-ġestjoni tal-enerġija u tat-trawwim ta’ bidla fl-imġiba

Il-BEMP tkun li:

jitħarreġ il-persunal ewlieni b’responsabbiltà diretta għall-ġestjoni tal-bini u tal-enerġija għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; jeħtieġ li t-taħriġ jinkludi sessjonijiet tat-teorija u tal-prattika bl-appoġġ ta’ manwali u ta’ gwidi xierqa;

il-persunal kollu jiġi involut f’azzjonijiet li jinfluwenzaw l-użu tal-enerġija (eż. biex jintefa d-dawl, biex tiġi stabbilita temperatura ambjentali korretta), filwaqt li jsir enfasi b’mod speċifiku fuq membri rrispettati ferm u influwenti tal-persunal (eż. l-aqwa membri għall-bidla fl-imġiba);

jiġu ppjanati u mmexxija kampanji ta’ bidla fl-imġiba biex jixprunaw l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-amministrazzjoni pubblika; l-ewwel nett, l-udjenza fil-mira ta’ kull kampanja jeħtieġ li tiġi identifikata u mbagħad ikunu jistgħu jiġu promossi kif suppost azzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fost il-persunal fil-mira;

jiġu adottati Ċertifikati tar-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u Ċertifikati li Juru r-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, li jikklassifikaw ir-rendiment ta’ bini fl-użu tal-enerġija, sabiex jintwerew b’mod prominenti fil-bini jew jintużaw bħala għodda ta’ involviment f’kampanji speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i1)

L-użu annwali totali tal-enerġija għal kull unità tal-erja tal-art, espress bħala enerġija finali (kWh/m2/sena)

(i35)

Il-persentaġġ ta’ persunal involut u li jkompli jkun involut sena wara t-tnedija ta’ kampanja ta’ sensibilizzazzjoni (%)

(i36)

Is-sigħat ta’ taħriġ speċifiku dwar l-ambjent ipprovdut għal kull impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) u għal kull sena (sigħat/FTE/sena)

3.2.9.   L-implimentazzjoni ta’ netwerks ta’ tisħin u/jew ta’ tkessiħ distrettwali

Il-BEMP tkun li jiġu implimentati netwerks ta’ tisħin u/jew ta’ tkessiħ distrettwali li jipprovdu t-tisħin tal-post u l-misħun jew it-tkessiħ tal-post lill-bini pubbliku u/jew lill-unitajiet domestiċi, rispettivament. Billi jiġu ġġenerati f’unitajiet ċentrali, it-tisħin u/jew it-tkessiħ ipprovduti lin-netwerk jistgħu jkunu ġejjin minn sistemi ta’ ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-elettriku jew minn impjanti tat-triġenerazzjoni. Meta jkun possibbli, jistgħu jinkisbu benefiċċji ambjentali billi dawn is-sistemi jitħaddmu bil-bijomassa rinnovabbli jew billi jintużaw l-enerġija ġeotermali jew is-sħana residwa minn impjanti industrijali.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha. Hija rilevanti b’mod speċifiku għal żoni li jkunu għadhom kemm inbnew u għal rinnovazzjonijiet maġġuri ta’ stabbilimenti ta’ binjiet pubbliċi jew ta’ infrastrutturi pubbliċi oħra (eż. pixxini). Hemm xi limitazzjoni għal żoni popolati b’densità baxxa u meta d-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ tvarja b’mod konsiderevoli.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i37)

L-emissjonijiet annwali ta’ CO2 tas-sistema li tipprovdi t-tisħin u t-tkessiħ, qabel u wara l-implimentazzjoni tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali bħala ċifra assoluta jew għal kull unità tal-erja tal-art tal-binjiet imsaħħna jew imkessħa (t ta’ CO2e, kg ta’ CO2e/m2)

3.2.10.   L-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-post u ta’ sistemi żgħar ta’ ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-elettriku (mini-CHP) fil-binjiet pubbliċi u fl-abitazzjonijiet soċjali

Il-BEMP tkun li l-binjiet pubbliċi u l-abitazzjonijiet soċjali jiġu pprovduti b’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju biex tiġi ssodisfata d-domanda għall-enerġija. Dawn jistgħu jinkludu sistemi termali mix-xemx għall-ġenerazzjoni tas-sħana, pannelli fotovoltajċi fil-post għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, jew, f’każ li jkun hemm biżżejjed domanda għas-sħana, sistemi fuq skala żgħira ta’ ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-elettriku (mini-CHP) biex b’mod konġunt jiġġeneraw is-sħana u l-elettriku b’iżjed effiċjenza ġenerali. Is-sistemi mini-CHP jistgħu jitħaddmu bil-gass, jew ikollhom benefiċċji ambjentali addizzjonali jekk jitħaddmu bil-bijomassa meta jkun disponibbli sors lokali ta’ bijomassa sostenibbli.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha. Madankollu, il-possibbiltà li jiġu implimentati soluzzjonijiet speċifiċi jaf tkun limitata mid-disponibbiltà lokali ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u mill-investiment finanzjarju meħtieġ.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i38)

Il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-post għal kull unità tal-erja tal-art (kWh/m2/sena)

(i39)

Il-persentaġġ ta’ użu totali tal-enerġija ssodisfat b’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-post (%)

(i40)

Il-persentaġġ ta’ użu totali tal-enerġija ssodisfat bil-ġenerazzjoni ta’ enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fil-post (%)

(i41)

Il-persentaġġ ta’ użu tal-elettriku totali ssodisfat bil-ġenerazzjoni ta’ elettriku rinnovabbli fil-post (%)

(i42)

Il-persentaġġ tad-domanda għall-misħun issodisfata bil-ġenerazzjoni tas-sħana rinnovabbli fil-post (%)

(b14)

100 % tal-elettriku li jintuża f’bini pubbliku jiġi ssodisfat bil-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli fil-post

(b15)

100 % tad-domanda għall-misħun f’bini pubbliku/f’bini ta’ abitazzjoni soċjali tiġi ssodisfata bil-ġenerazzjoni tas-sħana rinnovabbli fil-post

Il-BEMPs fir-rigward tar-rwol regolatorju u tal-ippjanar tal-muniċipalitajiet

3.2.11.   L-istabbiliment ta’ standards ogħla għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u ta’ rekwiżiti ta’ enerġija rinnovabbli fl-ippjanar tal-użu tal-art għal binjiet li jkunu għadhom kemm inbnew u għal binjiet li tkun qed issirilhom rinnovazzjoni maġġuri permezz ta’ regolamenti lokali dwar il-bini, permezz ta’ ppjanar urban u permezz ta’ permessi għall-bini

Il-BEMP tkun li fis-sistema lokali tal-ippjanar tiġi introdotta dispożizzjoni li l-binjiet li jkunu għadhom kemm inbnew u r-rinnovazzjonijiet fit-territorju jkollhom standards eżemplari għall-użu tal-enerġija (jiġifieri livell għoli ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija u integrazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli). Bis-saħħa tal-awtonomija lokali l-biċċa l-kbira tal-muniċipalitajiet ikunu jistgħu jmorru lil hinn mill-istandards għall-użu tal-enerġija u mir-rekwiżiti ta’ enerġija rinnovabbli stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali u jkunu jistgħu jimplimentaw bidliet pożittivi fil-livell lokali. Ir-rekwiżiti introdotti fis-sistema lokali tal-ippjanar jistgħu jiġu aġġornati b’mod regolari wara li jkun hemm xi żviluppi tal-industrija tal-kostruzzjoni u miri nazzjonali ġodda.

Il-BEMP tkun ukoll li jiġu kkunsidrati r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-ippjanar urban u fil-permessi għall-bini biex l-organizzazzjonijiet u r-residenti jkunu meħtieġa u/jew jitħeġġu jadottaw soluzzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha bi rwol fl-istabbiliment ta’ kodiċi lokali tal-bini lokali u/jew fl-għoti ta’ permessi għall-bini. Madankollu, il-leġiżlazzjoni nazzjonali jaf toħloq limitazzjonijiet fuq dak li jistgħu jeħtieġu.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i43)

L-istabbiliment ta’ regolamenti li jistabbilixxu standards ogħla għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u ta’ rekwiżiti ta’ enerġija rinnovabbli (iva/le)

(i44)

Il-livell tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija meħtieġ mill-kodiċi lokali tal-bini (kWh/m2/sena)

(i45)

Il-kunsiderazzjoni sistematika tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u tal-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-ipproċessar ta’ permessi għall-bini (iva/le)

Il-BEMPs fir-rigward tal-influwenza tal-muniċipalitajiet fit-territorju tagħhom

3.2.12.   Ir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku

Il-BEMP tkun li:

tintwera ambizzjoni billi mhux biss jintlaħqu l-miri nazzjonali jew internazzjonali eżistenti għall-użu tal-enerġija tal-awtorità lokali stess u għall-użu tal-enerġija fit-territorju tagħha, iżda saħansitra jinqabżu, b’impenn sod mill-ogħla livelli tal-muniċipalità u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra;

it-tmexxija ssir billi wieħed ikun ta’ eżempju: il-muniċipalità tista’ timplimenta miżuri eżemplari u tikseb livelli eżemplari ta’ rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, kemm biex turi li dan huwa possibbli u kemm biex trawwem lis-suq lokali għal soluzzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli; il-muniċipalità tista’ twettaq ukoll proġetti ewlenin biex jintwera l-impenn tal-awtorità pubblika lejn is-sostenibbiltà;

ikun hemm komunikazzjoni effettiva mal-pubbliku ġenerali: jeħtieġ li joħroġ fid-dieher li l-amministrazzjoni pubblika qed twettaq l-ambizzjoni tagħha sabiex partijiet ikkonċernati oħra jitħeġġu jagħmlu bħalha;

jiġi appoġġat il-ħolqien ta’ skemi ta’ inċentivi: jinħolqu skemi lokali għall-finanzjament tal-azzjonijiet tar-residenti biex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom;

tingħata għajnuna biex jingħelbu l-ostakli istituzzjonali għall-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali kollha.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i46)

It-twettiq ta’ proġetti ewlenin u ta’ dimostrazzjoni (iva/le)

(i47)

Il-ksib ta’ livell ambizzjuż tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-binjiet u fl-attivitajiet kollha tal-amministrazzjoni pubblika (iva/le)

3.2.13.   Is-servizzi ta’ tagħrif u ta’ konsulenza dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar l-enerġija rinnovabbli għaċ-ċittadini u għan-negozji u l-istabbiliment ta’ sħubijiet pubbliċi-privati

Il-BEMP tkun li:

jiġu adottati sħubijiet strateġiċi biex il-komunità inġenerali tkun involuta fl-iżvilupp u fit-twettiq ta’ skemi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju;

jiġu stabbiliti servizzi ta’ tagħrif u ta’ konsulenza biex jgħinu lir-residenti u lin-negozji jnaqqsu l-użu tal-enerġija tagħhom;

jiġu stabbiliti proġetti pubbliċi-privati relatati mal-enerġija u wieħed jissieħeb fihom: l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jissieħbu ma’ organizzazzjonijiet privati b’għarfien speċjalizzat fi proġetti għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u għall-enerġija rinnovabbli;

jiġu appoġġati proġetti pilota b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju: il-proġetti pilota jistgħu jgħinu biex jinstabu soluzzjonijiet ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-suq u ta’ enerġija rinnovabbli b’potenzjal li jiġu rreplikati mill-organizzazzjonijiet u miċ-ċittadini fit-territorju tagħhom.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha bi rwol fil-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u/jew tal-enerġija rinnovabbli għar-residenti u għan-negozji.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i48)

L-amministrazzjoni pubblika twassal servizzi ta’ tagħrif u ta’ konsulenza dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar l-enerġija rinnovabbli (iva/le)

(i49)

L-amministrazzjoni pubblika tappoġġa l-proġetti pilota b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, eż. permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati (iva/le)

3.2.14.   L-istħarriġ termografiku tal-ambjent mibni fit-territorju tal-muniċipalità

Il-BEMP tkun li tintuża t-termografija biex tinġabar dejta fuq skali varji u biex jiġi pprovdut tagħrif viżiv dwar ir-radjazzjoni tas-sħana, sabiex wieħed jifhem fejn jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija bħala prijorità u biex ir-residenti u l-organizzazzjonijiet lokali jkunu involuti fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet. Stħarriġ termografiku ta’ żona kbira jista’ jitwettaq b’termografija mill-ajru.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali. Jeħtieġ li l-istħarriġ termografiku jitwettaq f’kundizzjonijiet speċifiċi f’termini tal-klima (jiġifieri t-temperatura, ir-riħ), tal-perjodu tas-sena (jiġifieri x-xitwa) u tal-ħin tal-jum (jiġifieri kmieni filgħodu).

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i50)

Il-persentaġġ taż-żona mibnija fit-territorju tal-muniċipalità koperta bl-istħarriġ termografiku (%)

(i51)

L-iffrankar potenzjali tal-enerġija identifikat bis-saħħa tal-analiżi tal-istħarriġ termografiku (kWh/sena, EUR/sena)

(b16)

Id-dejta termografika reċenti (< ħames (5) snin) b’riżoluzzjoni għolja (< 50 cm) hija disponibbli għal 100 % taż-żona mibnija fit-territorju tal-muniċipalità

3.3.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-mobbiltà

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-mobbiltà u/jew għat-trasport pubbliku fit-territorju tagħhom.

3.3.1.   L-adozzjoni ta’ pjan ta’ mobbiltà urbana sostenibbli

Il-BEMP tkun li jiġi adottat Pjan ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMP) sabiex jipprovdi approċċ integrat għall-modalitajiet kollha ta’ trasport, filwaqt li jitqies l-ippjanar għall-ambjent ta’ madwarhom. Is-SUMP għandu l-għan li jtejjeb is-sikurezza u s-sigurtà, inaqqas it-tniġġis akustiku u tal-arja, inaqqas l-emissjonijiet u l-konsum tal-enerġija, itejjeb l-effiċjenza u l-kosteffettività tat-trasport u jtejjeb l-attraenza u l-kwalità tal-ambjent urban u tad-disinn urban. It-taqsimiet li ġejjin (minn 3.3.2 sa 3.3.9) jiddeskrivu miżuri li jistgħu jiġu inklużi f’SUMP.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għall-mobbiltà u/jew għat-trasport pubbliku. Fatturi lokali u kuntestwali jaf jinfluwenzaw il-miżuri speċifiċi li jistgħu jiġu inklużi fis-SUMP u l-applikabbiltà tagħhom.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i52)

Is-sehem modali tal-vjaġġi (% tal-vjaġġi li jsiru bil-karozza, bil-mutur, bit-trasport pubbliku, bir-rota u bil-mixi)

(i53)

L-aċċessibbiltà tat-trasport pubbliku (il-persentaġġ ta’ abitanti li jgħixu sa 300 metru ’l bogħod minn waqfa tat-trasport pubbliku urban bi frekwenza minima ta’ bejn 15-il minuta u 20 minuta) (%)

3.3.2.   It-trawwim tal-kultura taċ-ċikliżmu u tal-mixi permezz ta’ infrastruttura għaċ-ċikliżmu, ta’ skemi ta’ kondiviżjoni tar-roti (bike sharing) u ta’ promozzjoni tal-mixi

Il-BEMP tkun li:

jiġu adottati miżuri ta’ politika u strateġiji biex titrawwem kultura taċ-ċikliżmu u tal-mixi; jeħtieġ li ċ-ċikliżmu u l-mixi jiġu rrikonoxxuti sew bħala modalitajiet separati ta’ trasport fid-dokumenti ta’ politika u tal-ippjanar u fil-pjanijiet strateġiċi tal-belt, b’miżuri speċifiċi għalihom it-tnejn;

tiġi stabbilita infrastruttura effiċjenti; l-infrastrutturi għall-mixi u għaċ-ċikliżmu huma meħtieġa sabiex il-mixi u ċ-ċikliżmu jkunu modalitajiet sikuri, rapidi u attraenti;

jiġu applikati għodod metodoloġiċi sabiex tinġabar b’mod sistematiku d-dejta dwar il-mixi u ċ-ċikliżmu; wara l-iżvilupp tal-mixi u taċ-ċikliżmu u l-evalwazzjoni tal-effett tal-miżuri implimentati, jistgħu jkomplu jiġu appoġġati t-teħid tad-deċiżjonijiet u l-għażliet biex jiġi promoss it-trasport sostenibbli;

jiġu żviluppati għodod effettivi u mmirati ta’ komunikazzjoni li jippromwovu l-mixi u ċ-ċikliżmu fost ir-residenti u dawk li jivvjaġġaw minn post għall-ieħor.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għall-mobbiltà. Madankollu, xi fatturi lokali u kuntestwali (eż. it-topografija) jaf jillimitaw l-applikabbiltà ta’ miżuri speċifiċi li jappoġġaw u jippromwovu l-mixi u ċ-ċikliżmu.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i52)

Is-sehem modali tal-vjaġġi (% tal-vjaġġi li jsiru bil-karozza, bil-mutur, bit-trasport pubbliku, bir-rota u bil-mixi)

(i54)

It-tul tal-infrastruttura għaċ-ċikliżmu (il-korsiji tar-roti, il-mogħdijiet tar-roti), bħala total (km) u meta mqabbel mat-tul totali tan-netwerk tat-toroq għall-vetturi (km ta’ korsiji tar-roti/km ta’ toroq)

(i55)

Il-belt għandha politika jew pjan apposta għal investiment fl-infrastruttura għall-mixi/għaċ-ċikliżmu u għanijiet li jistgħu jitkejlu sabiex jiżdied il-mixi/iċ-ċikliżmu, li huma adottati politikament (iva/le)

(b17)

Il-belt għandha diviżjoni modali għaċ-ċikliżmu ta’ 20 % jew ogħla JEW il-belt żiedet id-diviżjoni modali tagħha għaċ-ċikliżmu b’minn tal-inqas 50 % matul l-aħħar ħames snin.

(b18)

Minn tal-inqas 10 % tal-investiment tal-belt fl-infrastruttura tat-trasport u fil-manutenzjoni huwa ddedikat għall-infrastruttura taċ-ċikliżmu.

3.3.3.   L-implimentazzjoni ta’ skema ta’ kondiviżjoni tal-karozzi (car sharing) fuq skala kbira

Il-BEMP tkun li jiġi appoġġat u jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ skema kbira ta’ kondiviżjoni tal-karozzi fit-territorju tal-muniċipalità. B’mod ġenerali, is-servizzi tal-kondiviżjoni tal-karozzi ma jkunux immexxija mill-belt li fiha joperaw; madankollu, il-muniċipalità tista’ tistabbilixxi infrastruttura ta’ appoġġ u tistabbilixxi politika u leġiżlazzjoni xierqa biex tintegra l-kondiviżjoni tal-karozzi fin-nisġa tal-belt u mat-trasport pubbliku. L-amministrazzjoni pubblika tista’ ssir ukoll klijent kummerċjali tas-servizz lokali ta’ kondiviżjoni tal-karozzi, tqanqal sensibilizzazzjoni pubblika, tippromwovi s-servizz u tistabbilixxi standards li l-operaturi tal-kondiviżjoni tal-karozzi jridu jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-infrastruttura ta’ appoġġ tal-belt (eż. il-korsiji preferenzjali, iż-żoni bi ftit traffiku). Il-bliet jistgħu jiddeċiedu wkoll li jissussidjaw lil xi operatur tal-kondiviżjoni tal-karozzi biex jespandi jew jgħaġġel ir-rata ta’ tkabbir.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija rilevanti b’mod partikolari għal awtoritajiet lokali b’territorju urban li jkun fih iktar minn 200 000 abitant. L-awtoritajiet lokali ta’ territorji b’popolazzjoni iċken jaf jiltaqgħu ma’ xi limitazzjonijiet fl-applikabbiltà tal-BEMP minħabba numru limitat ta’ klijenti tal-iskema ta’ kondiviżjoni tal-karozzi, kostijiet ogħla, netwerk tat-trasport pubbliku li jkun inqas żviluppat, eċċ.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i56)

In-numru ta’ utenti tal-iskema ta’ kondiviżjoni tal-karozzi għal kull 10 000 abitant (numru/10 000 abitant)

(i57)

In-numru ta’ utenti rreġistrati għal kull vettura tal-iskema ta’ kondiviżjoni tal-karozzi (numru ta’ utenti/numru ta’ vetturi)

(i58)

In-numru ta’ abitanti għal kull vettura disponibbli tal-iskema ta’ kondiviżjoni tal-karozzi (numru ta’ abitanti/numru ta’ vetturi)

(i59)

Il-kilometraġġ misjuq kull sena mill-utenti tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi (km/utent/sena)

(i60)

In-numru ta’ karozzi b’sjieda privata li jiġu ssostitwiti b’kull vettura fi flotta ta’ operatur tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi (numru ta’ karozzi b’sjieda privata li jiġu ssostitwiti/numru ta’ vetturi tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi)

(b19)

Minn tal-inqas tmien (8) karozzi b’sjieda privata ġew issostitwiti b’kull vettura fil-flotta tal-operatur tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi

(b20)

Minn tal-inqas karozza waħda (1) disponibbli tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi għal kull 2 500 abitant

3.3.4.   Il-ħruġ ta’ biljetti integrati għat-trasport pubbliku

Il-BEMP tkun li jiġi introdott il-ħruġ ta’ biljetti integrati fl-għamla ta’ sistema intelliġenti li tkun kapaċi tidentifika u timponi t-tariffi għal traġitti li jużaw diversi modalitajiet ta’ trasport. Jekk l-amministrazzjoni pubblika taġixxi bħala operatur tat-trasport pubbliku (eż. permezz ta’ kumpanija sussidjarja b’sjieda tal-belt), tista’ timplimenta l-ħruġ ta’ biljetti integrati hi stess. F’każijiet meta l-muniċipalità tgħaddi s-servizzi tat-trasport pubbliku lil kumpaniji privati, is-soluzzjonijiet ta’ ħruġ ta’ biljetti integrati jistgħu jkunu meħtieġa fis-sejħa għall-offerti.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għat-trasport pubbliku. Madankollu, ’l isfel minn ċertu massa kritika ta’ utenti u ta’ tranżazzjonijiet annwali, jista’ jkun diffiċli li jiġu rkuprati l-investimenti inizjali f’termini ta’ ħin u ta’ finanzi meħtieġa biex tiġi implimentata sistema intelliġenti ta’ ħruġ ta’ biljetti integrati.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i61)

Il-persentaġġ ta’ traġitti mħallsa bil-biljett integrat (%)

(i62)

In-numru ta’ utenti tat-trasport pubbliku li kienu jużaw trasport motorizzat privat li kieku ma kienx hemm sistema ta’ ħruġ ta’ biljetti integrati (normalizzat mill-popolazzjoni totali fiż-żona kkonċernata)

(b21)

Minn tal-inqas 75 % tat-traġitti mħallsa bil-biljett integrat (%)

3.3.5.   It-titjib fl-użu ta’ vetturi elettriċi fiż-żoni urbani

Il-BEMP tkun li jinxtraw vetturi elettriċi (jiġifieri karozzi, mopeds u muturi elettriċi) għall-flotta tal-amministrazzjoni pubblika stess. Jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ ukoll skemi li jappoġġaw ix-xiri ta’ vetturi elettriċi mir-residenti, billi jiġi allokat xi baġit jew jintlaħqu ftehimiet mal-banek lokali għal rati tal-imgħax imnaqqsa. Barra minn hekk, l-amministrazzjoni pubblika tista’ tappoġġa l-użu ta’ vetturi elettriċi billi tippermetti ċ-ċirkolazzjoni tagħhom f’żoni ta’ traffiku ristrett jew f’korsiji preferenzjali, toħloq punti pubbliċi tal-iċċarġjar jew iżżid il-kwantità tagħhom, tnaqqas it-tassazzjoni fuq il-vetturi elettriċi, tintroduċi jew tappoġġa l-iskemi ta’ kondiviżjoni tal-vetturi elettriċi u tirreklama lir-residenti l-miżuri ta’ appoġġ għall-vetturi elettriċi.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha u hija rilevanti b’mod partikolari fi bliet (b’sehem kbir ta’ distanzi qosra ta’ sewqan) u f’żoni bi problemi ta’ konġestjoni tat-traffiku u ta’ tniġġis tal-arja.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i63)

Il-persentaġġ ta’ vetturi elettriċi (għal kull tip, eż. il-karozzi elettriċi, il-muturi elettriċi) fit-triq meta mqabbel mat-total ta’ vetturi (%)

(i64)

Il-persentaġġ ta’ vetturi elettriċi pubbliċi (għal kull tip, eż. il-karozzi elettriċi, il-muturi elettriċi) fil-flotta totali ta’ vetturi pubbliċi (%)

(i65)

In-numru ta’ punti pubbliċi tal-iċċarġjar għal kull abitant (numru/abitant)

3.3.6.   It-trawwim tal-kultura tal-intermodalità tal-passiġġieri

Il-BEMP tkun li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet konvenjenti, sikuri, rapidi u mingħajr intoppi fost il-modalitajiet sostenibbli ta’ trasport. Is-sistemi tat-trasport intermodali jikkollegaw flimkien l-infrastruttura u s-servizzi għat-trasport pubbliku (il-karozzi tal-linja, it-trammijiet/il-ferroviji tal-passiġġieri u l-ferroviji minn post għall-ieħor), għall-mixi, għaċ-ċikliżmu, għall-kondiviżjoni tar-roti u għall-kondiviżjoni tal-karozzi. L-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jrawmu l-kultura tal-intermodalità tal-passiġġieri billi jikkooperaw ma’ diversi operaturi tat-trasport pubbliku u kumpaniji tal-kondiviżjoni tar-roti u tal-karozzi.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha iżda hija rilevanti b’mod partikolari għal bliet b’netwerks kumplessi tat-trasport u b’territorju estiż.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i52)

Is-sehem modali tal-vjaġġi (% tal-vjaġġi li jsiru bil-karozza, bil-mutur, bit-trasport pubbliku, bir-rota u bil-mixi)

(i66)

In-numru medju ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti fil-waqfiet tat-trasport pubbliku għall-fluss medju ta’ kuljum ta’ passiġġieri (numru ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti/numru ta’ passiġġieri)

(i67)

Il-persentaġġ ta’ utenti tat-trasport pubbliku li jikkombinaw din il-modalità mal-mixi/maċ-ċikliżmu, mill-utenti tat-trasport pubbliku li jgħixu f’radjus raġonevoli (800 m għall-mixi u tliet (3) km għaċ-ċikliżmu) minn waqfiet tat-trasport pubbliku ta’ frekwenza għolja (minn tal-inqas darbtejn kull siegħa matul l-eqqel sigħat tat-traffiku ta’ filgħodu u ta’ filgħaxija) (%)

(i68)

Is-softwer tal-ippjanar tal-vjaġġi intermodali li huwa disponibbli għall-abitanti jinkludi traġitti tal-vjaġġ li jridu jsiru bil-mixi jew bir-rota (iva/le)

(b22)

Il-persentaġġ ta’ modalitajiet sostenibbli tat-trasport li jintużaw fil-belt (eż. il-mixi, iċ-ċikliżmu, il-karozza tal-linja, it-tramm, il-ferrovija) huwa ta’ 60 % jew ogħla

3.3.7.   L-implimentazzjoni ta’ tariffa tal-konġestjoni

Il-BEMP tkun li tiġi implimentata tariffa tal-konġestjoni fiż-żoni tal-belt b’livell għoli ta’ konġestjoni tat-traffiku. It-tariffa tal-konġestjoni hija diżinċentiv ekonomiku (miżata) għall-użu ta’ toroq traffikużi fl-eqqel ħinijiet ta’ traffiku tal-jum. Sabiex tirnexxi, jeħtieġ li t-tariffa tal-konġestjoni tiġi implimentata bħala parti minn pakkett ta’ miżuri tat-trasport (ara l-BEMPs preċedenti fit-Taqsima 3.3) li jipprovdu alternattiva valida għall-użu ta’ karozza.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali f’żoni urbani b’livell għoli ta’ konġestjoni tat-traffiku u bi tniġġis tal-arja.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i52)

Is-sehem modali tal-vjaġġi (% tal-vjaġġi li jsiru bil-karozza, bil-mutur, bit-trasport pubbliku, bir-rota u bil-mixi)

(i69)

Il-persentaġġ ta’ tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu l-arja (il-materja partikolata – PM10, l-ammonijaka u l-ossidu tan-nitroġenu) fiż-żona li fiha tiġi imposta t-tariffa tal-konġestjoni, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni (%)

(i70)

Il-persentaġġ ta’ tnaqqis tal-aċċess ta’ vetturi mhux eżentati fiż-żona li fiha tiġi imposta t-tariffa tal-konġestjoni, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni (%)

(i71)

Il-persentaġġ ta’ żieda fil-veloċità medja u fil-puntwalità tal-vetturi tat-trasport pubbliku fiż-żona li fiha tiġi imposta t-tariffa tal-konġestjoni, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni (%)

(b23)

Il-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (il-PM10, l-ammonijaka u l-ossidu tan-nitroġenu) fiż-żona li fiha tiġi imposta t-tariffa tal-konġestjoni titnaqqas b’10 % (bħala medja), meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni

(b24)

L-aċċess ta’ vetturi mhux eżentati fiż-żona li fiha tiġi imposta t-tariffa tal-konġestjoni jitnaqqas b’20 %, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni

(b25)

Il-veloċità u l-puntwalità tas-servizzi tat-trasport pubbliku tjiebu b’5 %, meta mqabbla mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni

3.3.8.   Il-limitazzjoni tal-ispazji għall-parkeġġ mingħajr ħlas fil-bliet

Il-BEMP tkun li jiġu limitati l-ispazji għall-parkeġġ mingħajr ħlas fit-toroq taż-żoni urbani u li jitneħħew ir-rekwiżiti ta’ parkeġġ minimu (għall-parkeġġ fit-toroq u għall-garaxxijiet taħt l-art) fl-iżviluppi ta’ bini ġdid. Barra minn hekk, tista’ tiġi adottata wkoll politika formali biex kulma jmur jitneħħa kull rekwiżit preċedenti ta’ parkeġġ (għall-parkeġġ fit-toroq u għall-garaxxijiet taħt l-art) mill-iżviluppi eżistenti. Il-limitazzjoni tal-ispazji għall-parkeġġ mingħajr ħlas fit-toroq hija diżinċentiv għall-karozzi b’sjieda privata. Dawn il-miżuri huma effettivi l-iktar meta jiġu akkumpanjati b’miżuri biex titjieb id-disponibbiltà u l-affidabbiltà ta’ alternattivi validi għall-użu ta’ karozza, bħat-trasport pubbliku, iċ-ċikliżmu u l-mixi.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha u hija rilevanti b’mod speċifiku għall-bliet b’livell għoli ta’ konġestjoni tat-traffiku u bi tniġġis tal-arja jew bi trasport pubbliku li ma jintużax biżżejjed.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i52)

Is-sehem modali tal-vjaġġi (% tal-vjaġġi li jsiru bil-karozza, bil-mutur, bit-trasport pubbliku, bir-rota u bil-mixi)

(i72)

Il-persentaġġ ta’ spazji għall-parkeġġ li jkunu disponibbli matul il-ħinijiet tax-xogħol (%)

(i73)

L-eżistenza ta’ rekwiżiti ta’ parkeġġ minimu (għall-parkeġġ fit-toroq u għall-garaxxijiet taħt l-art) għall-iżviluppi l-ġodda (iva/le)

(b26)

Bejn 80 % u 90 % tal-ispazji għall-parkeġġ fit-toroq ikunu okkupati matul 90 % tas-sigħat tax-xogħol

(b27)

Il-belt ma għandha l-ebda rekwiżit ta’ parkeġġ minimu (għall-parkeġġ fit-toroq u għall-garaxxijiet taħt l-art) għall-iżviluppi l-ġodda u għandha politika formali biex kulma jmur jitneħħa kull rekwiżit preċedenti ta’ parkeġġ mill-iżviluppi eżistenti

3.3.9.   L-implimentazzjoni ta’ ċentri tas-servizz loġistiku

Il-BEMP tkun li jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti u tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ ċentru tas-servizz loġistiku fit-territorju tal-muniċipalità. Iċ-ċentru tas-servizz loġistiku jista’ jkun jinsab relattivament qrib ħafna taż-żona ġeografika li jaqdi, biex b’hekk ikunu jistgħu jitwettqu l-konsenji kkonsolidati f’dik iż-żona.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-mobbiltà u hija rilevanti b’mod speċifiku għall-bliet li jirċievu volum għoli ta’ konsenji ta’ oġġetti u/jew huma soġġetti għal-livell għoli ta’ konġestjoni tat-traffiku u għal tniġġis tal-arja.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i74)

L-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vetturi tal-konsenji tul perjodu speċifiku ta’ żmien (eż. kull sena, kull xahar) fiż-żona moqdija miċ-ċentru tas-servizz loġistiku (kg ta’ CO2e/sena jew kg ta’ CO2e/xahar)

(i75)

In-numru ta’ traġitti tal-konsenji li jsiru kuljum fiż-żona tas-servizz (numru/jum)

(b28)

It-tnaqqis ta’ 40 % tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vetturi tal-konsenji fiż-żona tas-servizz, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni taċ-ċentru tas-servizz loġistiku

(b29)

It-tnaqqis ta’ 75 % tan-numru ta’ traġitti tal-konsenji li jsiru kuljum lejn iż-żona tas-servizz, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni taċ-ċentru tas-servizz loġistiku

3.4.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-użu tal-art

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-awtoritajiet lokali responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art.

3.4.1.   Il-limitazzjoni tat-tifrix urban fl-ispazji ekoloġiċi u fl-art agrikola

Il-BEMP tkun li jiġi limitat u kkontrollat it-tifrix urban b’miżuri regolatorji (eż. l-ippjanar spazjali tal-użu tal-art, ir-restrizzjoni fuq l-użu speċifiku tal-art), b’intervent ekonomiku (eż. in-negozjar fil-permessi għall-bini) u b’tibdil u b’ġestjoni istituzzjonali (eż. l-aġenziji speċjali għar-rivitalizzazzjoni urbana). Xi eżempji ta’ miżuri li jillimitaw it-tifrix urban huma t-tħeġġiġ ta’ bini fuq art abbandunata, il-minimizzazzjoni tal-ispazju ssiġillat bejn il-bini, ir-rinnovazzjoni ta’ binjiet li mhumiex jintużaw u l-promozzjoni tal-iżvilupp vertikali.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i76)

Il-persentaġġ ta’ superfiċi impermeabbli magħmula mill-bniedem (jiġifieri kull xorta ta’ żona mibnija impermeabbli: il-binjiet, it-toroq, kwalunkwe parti mingħajr veġetazzjoni jew ilma) fit-territorju tal-muniċipalità (km2 ta’ superfiċi impermeabbli magħmula mill-bniedem/km2 tas-superfiċi totali)

(i77)

Il-persentaġġ ta’ żona li għadha kemm inbniet f’perjodu speċifiku ta’ żmien (sena (1), ħames (5) snin, 10 snin) miż-żona mibnija totali fit-territorju tal-muniċipalità fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat (%)

3.4.2.   It-tnaqqis tal-effett gżira ta’ sħana urbana

Il-BEMP tkun li jittaffa l-effett gżira ta’ sħana urbana permezz tal-implimentazzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ miżuri, bħal pereżempju ż-żoni ekoloġiċi, is-soqfa ekoloġiċi, l-użu ta’ materjali riflettivi, iż-żieda tal-effiċjenza tal-insulazzjoni tal-pajpijiet jikwu u l-evitar tad-dissipazzjoni tas-sħana residwa bl-użu tagħha mill-ġdid.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art f’żoni urbani kbar. Il-muniċipalitajiet iż-żgħar huma affettwati inqas mill-effett gżira ta’ sħana urbana.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i78)

L-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jittaffa l-effett gżira ta’ sħana urbana, bħal pereżempju ż-żoni ekoloġiċi, is-soqfa ekoloġiċi jew l-użu ta’ materjali riflettivi (iva/le)

3.4.3.   Il-ħtieġa tal-iskular tal-ilma b’impatt baxx fil-ħamrija ssiġillata

Il-BEMP tkun li jkunu meħtieġa miżuri għall-iskular tal-ilma b’impatt baxx fil-kostruzzjoni ta’ żviluppi ġodda (inklużi żviluppi mill-ġdid maġġuri ta’ żoni mibnija eżistenti) għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-għargħar, tal-erożjoni u tat-tniġġis tal-ħamrija, u tat-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art. Il-miżuri għall-iskular tal-ilma b’impatt baxx li jadottaw il-filosofija ta’ “Sistemi Sostenibbli tal-Iskular tal-Ilma” (SUDS) jitqiesu bħala l-aqwa prattika, peress li s-SUDS isegwu prinċipji straordinarji li:

jipprovaw itejbu l-kwalità tal-iskol tal-ilma, inaqqsu l-iskol tas-superfiċe, jagħtu kontribut favur il-bijodiversità u joħolqu valur ta’ utilità tal-post;

jipprovaw jirreplikaw l-iskular naturali qabel isir l-iżvilupp, bl-iżjed mod li jirrifletti l-iskular naturali;

għandhom ġerarkija ta’ ġestjoni integrata tal-prevenzjoni, tal-kontroll tas-sors u tal-kontroll tas-sit.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art. Il-miżuri speċifiċi biex jitjieb l-iskular tal-ilma huma speċifiċi għas-sit.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i79)

L-eżistenza ta’ rekwiżiti għal miżuri għall-iskular tal-ilma b’impatt baxx għall-kostruzzjoni ta’ żviluppi ġodda u għal żviluppi mill-ġdid maġġuri (iva/le)

3.5.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għal żoni urbani ekoloġiċi

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni ta’ żoni urbani ekoloġiċi.

3.5.1.   L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni u ta’ strateġija għall-bijodiversità lokali

Il-BEMP tkun li jiġu introdotti strateġija u pjan ta’ azzjoni għall-bijodiversità lokali li l-għanijiet u l-objettivi tagħhom ikunu jistgħu jiġu ddefiniti bis-saħħa ta’ djalogu mal-esperti, mal-partijiet ikkonċernati u mar-residenti. Jeħtieġ li l-pjan ta’ azzjoni jinkludi l-miżuri li jridu jiġu implimentati, l-iskedi ta’ żmien, il-baġit disponibbli, l-istadji importanti, is-sħubijiet għall-implimentazzjoni u r-responsabbiltajiet. Ir-riżultati tal-pjan ta’ azzjoni jistgħu jiġu promossi u mxerrda mal-abitanti u mal-partijiet ikkonċernati biex titqanqal is-sensibilizzazzjoni.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għall-ġestjoni ta’ żoni urbani ekoloġiċi.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i80)

Il-persentaġġ u n-numru ta’ speċijiet indiġeni (għal kategoriji differenti ta’ speċijiet, eż. l-għasafar, il-friefet) fiż-żona urbana (%)

(i81)

Il-persentaġġ ta’ żoni naturali u seminaturali fiż-żona urbana miż-żona urbana totali (%)

(i82)

L-ispazju ekoloġiku għal kull abitant (m2/abitant) – issir distinzjoni bejn iż-żoni urbani, semiurbani u rurali

3.5.2.   Il-ħolqien ta’ netwerks ekoloġiċi u tal-ilma

Il-BEMP tkun li jiġu żviluppati netwerks ekoloġiċi u tal-ilma (18), li joħolqu mill-ġdid ċiklu tal-ilma li jirreplika dak naturali u li jikkontribwixxu għall-utilità tal-belt, billi l-ġestjoni tal-ilma ssir id f’id mal-infrastruttura ekoloġika. In-netwerks ekoloġiċi u tal-ilma jistgħu jikkombinaw u jipproteġu l-valuri idroloġiċi u ekoloġiċi tal-pajsaġġ urban filwaqt li jipprovdu miżuri reżiljenti u ta’ adattament biex jiġu indirizzati l-każijiet ta’ għargħar.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i83)

Il-persentaġġ ta’ żoni urbani ekoloġiċi u tal-ilma fiż-żona urbana miż-żona urbana totali (%)

3.5.3.   It-trawwim tal-kultura tal-użu ta’ soqfa ekoloġiċi

Il-BEMP tkun li tiġi żviluppata politika xierqa ta’ skemi li jappoġġaw il-kostruzzjoni ta’ soqfa ekoloġiċi fil-binjiet ġodda u eżistenti, kemm pubbliċi kif ukoll privati. Is-soqfa ekoloġiċi jistgħu jinkorporaw ukoll sistemi ta’ enerġija rinnovabbli, bħal pannelli fotovoltajċi (ara t-Taqsima 3.2.10 għal iktar tagħrif dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-binjiet pubbliċi u fl-abitazzjonijiet soċjali). L-iskemi ta’ politika li jappoġġaw l-użu ta’ soqfa ekoloġiċi jistgħu jinkorporaw inċentivi ekonomiċi, burokrazija mnaqqsa u appoġġ tekniku speċifiku għall-inklużjoni ta’ soqfa ekoloġiċi fil-kostruzzjoni jew fir-rinnovazzjoni tal-binjiet.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i84)

Il-persentaġġ tas-superfiċe mgħottija b’soqfa ekoloġiċi mis-superfiċe totali taż-żona urbana (m2 ta’ soqfa ekoloġiċi/m2 ta’ żoni urbani)

(i85)

Il-persentaġġ jew in-numru ta’ binjiet b’soqfa ekoloġiċi f’żona urbana partikolari (%)

3.5.4.   L-għoti ta’ valur ambjentali ġdid lil żoni ekoloġiċi mitluqa u lil żoni periferiċi

Il-BEMP tkun li jiġi adottat pjan biex iż-żoni ekoloġiċi mitluqa u ż-żoni periferiċi jerġgħu jingħataw il-ħajja fit-territorju tal-muniċipalità sabiex jitneħħew is-sustanzi niġġiesa mill-ħamrija u mill-ilma, jittejjeb il-ħabitat għall-organiżmi selvaġġi, jitnaqqas l-effett gżira ta’ sħana urbana u jiġu protetti kontra l-erożjoni tal-ħamrija u l-għargħar, filwaqt li jiġu offruti żoni ekoloġiċi rikreattivi għar-residenti lokali.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i86)

L-adozzjoni ta’ pjan għall-ġestjoni ambjentali taż-żoni ekoloġiċi mitluqa u ż-żoni periferiċi biex jingħataw il-ħajja fiż-żona urbana (iva/le)

3.6.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-kwalità tal-arja ambjentali lokali

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-kwalità tal-arja.

3.6.1.   It-titjib tal-kwalità tal-arja ambjentali lokali

Il-BEMP tkun li jkun hemm pjan strutturat biex tittejjeb il-kwalità tal-arja b’għanijiet aġġornati b’mod regolari, f’terminu qasir u twil, li jiġi stabbilit bil-quddiem u li jmur lil hinn mill-valuri limitu u fil-mira stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) (id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja). Jeħtieġ li l-pjan ikun fih l-aspetti kollha, fosthom it-trasport (l-użu tal-karozza, il-limiti tal-veloċità, it-trasport pubbliku, eċċ.), l-installazzjonijiet industrijali, il-produzzjoni tal-enerġija, it-tipi ta’ sistemi ta’ tisħin fil-binjiet, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet u l-ippjanar tal-użu tal-art, u jeħtieġ li jiġi żviluppat f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet u mal-partijiet ikkonċernati settorjali rilevanti. Barra minn hekk, meta jkun applikabbli, l-effettività tal-pjan tista’ tittejjeb billi dan jiġi żviluppat f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi ta’ livell ogħla u mal-muniċipalitajiet ġirien. Il-pjan biex tittejjeb il-kwalità tal-arja jista’ jinkludi wkoll it-tixrid tat-tagħrif lir-residenti dwar l-effetti u l-importanza tal-kwalità tal-arja, billi, pereżempju, jiġi promoss l-użu ta’ għażliet tat-trasport sostenibbli.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-kwalità tal-arja fit-territorju tagħhom, u timmira lejn kwistjonijiet lokali speċifiċi.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i87)

Il-konċentrazzjoni medja annwali ta’ PM10 (μg/m3)

(i88)

In-numru ta’ jiem fis-sena meta l-konċentrazzjoni medja ta’ kuljum ta’ PM10 taqbeż il-valur ta’ 50 μg/m3 (jiem/sena)

(i89)

Il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ PM2.5 (μg/m3)

(i90)

In-numru ta’ jiem fis-sena meta l-konċentrazzjoni medja ta’ kuljum ta’ PM2.5 taqbeż il-valur ta’ 25 μg/m3 (jiem/sena)

(i91)

In-numru ta’ jiem fis-sena meta l-konċentrazzjoni ta’ ożonu (O3) taqbeż il-valur ta’ 120 μg/m3 tal-medja massima ta’ tmien (8) sigħat kuljum (jiem/sena)

(i92)

Il-konċentrazzjoni medja annwali ta’ diossidu tan-nitroġenu (NO2) (μg/m3)

(i93)

In-numru ta’ jiem fis-sena meta l-konċentrazzjoni fis-siegħa ta’ NO2 taqbeż il-valur ta’ 200 μg/m3 (jiem/sena)

(b30)

Għall-indikaturi kollha ddefiniti f’din il-BEMP, ir-riżultati jiksbu l-livelli stabbiliti fil-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja li ġew prodotti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa

3.7.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għat-tniġġis akustiku

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli biex jindirizzaw it-tniġġis akustiku.

3.7.1.   Il-monitoraġġ, l-immappjar u t-tnaqqis tat-tniġġis akustiku

Il-BEMP tkun li jiġi mmappjat l-istorbju fit-territorju tal-muniċipalità u li l-pubbliku jiġi mgħarraf bl-effetti tat-tniġġis akustiku u bir-riżultati tal-immappjar permezz ta’ kampanja effettiva ta’ komunikazzjoni. Abbażi tar-riżultati tal-immappjar tal-istorbju, jeħtieġ li l-awtoritajiet lokali joħolqu pjanijiet ta’ azzjoni dwar l-istorbju biex jitnaqqsu l-livelli lokali ta’ storbju u tinżamm il-kwalità akustika ambjentali fiż-żoni li fihom din tkun tajba.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli biex jindirizzaw it-tniġġis akustiku.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i94)

Il-persentaġġ ta’ kejl tal-livell ta’ storbju li jaqbeż il-valuri limitu lokali min-numru totali ta’ kejliet (%)

(i95)

Ir-residenti esposti għal livelli ta’ storbju li jaqbżu l-valuri limitu lokali mill-popolazzjoni totali (%)

(i96)

Ir-residenti esposti għal livelli ta’ storbju billejl li jaffetwaw is-saħħa skont il-limiti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa mill-popolazzjoni totali (%)

3.8.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-ġestjoni tal-iskart

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-iskart.

3.8.1.   Il-kunsiderazzjoni tad-Dokument ta’ Referenza Settorjali tal-EMAS għas-settur tal-ġestjoni tal-iskart

Il-BEMP tkun li jiġu kkunsidrati l-Aqwa Prattiki ta’ Ġestjoni Ambjentali identifikati u ppreżentati fid-Dokument ta’ Referenza Settorjali tal-EMAS għas-settur tal-ġestjoni tal-iskart (20) u li jsir rapportar dwar l-indikaturi pprovduti f’dak id-dokument.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-iskart.

3.9.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-provvista tal-ilma

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb fit-territorju tagħhom.

3.9.1.   L-użu sħiħ ta’ miters tal-ilma fil-livell tal-unitajiet domestiċi/tal-utent finali

Il-BEMP tkun li jiġu installati miters tal-ilma għal kull unità residenzjali u għal kwalunkwe utent finali individwali ieħor (impjant industrijali, bini kummerċjali, bini pubbliku, eċċ.) sabiex il-kontijiet kollha tal-ilma jiġu bbażati fuq il-konsum reali tal-ilma. Bl-adozzjoni ta’ miters intelliġenti tal-ilma, b’mod partikolari, huwa possibbli li jsir monitoraġġ tal-użu tal-ilma mill-bogħod u f’waqtu u, pereżempju, jiġu analizzati l-mudelli ta’ konsum ta’ klijenti differenti jew jiġu identifikati d-dgħufijiet tan-netwerks tad-distribuzzjoni tal-ilma. Jekk il-kontijiet jiġu bbażati fuq il-konsum reali tal-ilma u ssir identifikazzjoni bikrija tal-anormalitajiet fl-użu tal-ilma (eż. nixxijat), dan jista’ jirriżulta fi ffrankar sinifikanti tal-ilma.

L-applikabbiltà

It-teknika hija applikabbli għal kull netwerk eżistenti tal-provvista tal-ilma.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i97)

Ir-rata ta’ penetrazzjoni tal-miters tal-ilma (% ta’ konsumaturi, % ta’ konsum tal-ilma kopert bil-miters)

(i98)

Il-persentaġġ ta’ miters intelliġenti mit-total ta’ miters tal-ilma li jintużaw (%)

(i99)

It-tnaqqis fl-użu tal-ilma mill-utenti finali wara l-installazzjoni ta’ miters tal-ilma u/jew ta’ miters intelliġenti (l/utent)

(b31)

Ir-rata ta’ penetrazzjoni tal-miters tal-ilma fil-livell tal-unitajiet domestiċi jew tal-utenti finali hija ta’ 99 % jew ogħla

(b32)

Fiż-żoni li fihom l-ilma huwa skars (21) (minn tal-inqas għal parti mis-sena), il-miters tal-ilma fil-livell tal-unitajiet domestiċi/tal-utent finali huma miters intelliġenti

(b33)

Il-binjiet il-ġodda kollha huma mgħammra b’miters tal-ilma (b’miters intelliġenti fiż-żoni li fihom l-ilma huwa skars)

3.9.2.   Il-minimizzazzjoni tan-nixxijat tal-ilma mis-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma

Il-BEMP tkun li:

jitwettaq bilanċ dettaljat tal-ilma tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma u jkun hemm ġestjoni tal-pressa tal-ilma, filwaqt li jiġu evitati livelli għoljin;

jiġi analizzat in-netwerk tad-distribuzzjoni tal-ilma u jinqasam f’żoni adegwati b’miters distrettwali biex jiġu identifikati n-nixxijat tal-ilma permezz ta’ tagħmir akustiku manwali jew awtomatiku għall-identifikazzjoni tan-nixxijat tal-ilma;

tittieħed azzjoni fil-pront u b’mod adegwat skont il-ħsarat u nixxijat li jiġu identifikati fin-netwerk;

tiġi stabbilita bażi ta’ dejta biex jiġu elenkati u ġeoreferenzjati l-installazzjonijiet tekniċi kollha, l-età tal-pajpijiet, it-tipi ta’ pajpijiet, id-dejta idrawlika, l-interventi preċedenti, eċċ.

L-applikabbiltà

Il-BEMP hija applikabbli għan-netwerks il-ġodda u għan-netwerks eżistenti tad-distribuzzjoni tal-ilma.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i100)

Il-persentaġġ ta’ ilma li jintilef mill-volum tal-input tas-sistema (%)

(i101)

L-Indiċi tan-Nixxijat tal-Infrastruttura (ILI): ikkalkolat bħala telf reali annwali attwali (CARL)/telf reali annwali inevitabbli (UARL) (22)

(b34)

L-Indiċi tan-Nixxijat tal-Infrastruttura huwa inqas minn 1,5

3.10.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-ġestjoni tal-ilma mormi

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi u għas-sistemi urbani tal-iskular tal-ilma.

3.10.1.   It-trattament tal-ilma mormi b’effiċjenza fl-użu tal-enerġija biex jinkisbu kundizzjonijiet ta’ nitrifikazzjoni kompluta

Il-BEMP tkun li:

jkun hemm il-kapaċità installata biex minn tal-inqas il-fluss tal-ilma mormi f’temp xott jiġi ttrattat darbtejn (f’każ ta’ xita jew ta’ taħlil);

l-ilma mormi jiġi ttrattat f’kundizzjonijiet ta’ nitrifikazzjoni (proporzjon ta’ ikel għal kull mikroorganiżmu ta’ < 0,15 kg ta’ BOD5/kg ta’ MLSS (23) kuljum), titwettaq id-denitrifikazzjoni u jitneħħa l-fosforu;

jitneħħew is-solidi sospiżi permezz tal-filtrazzjoni bir-ramel (jew b’membrani mgħaddsa) fil-każ ta’ korpi tal-ilma riċeventi li jkunu sensittivi;

jiġi implimentat trattament terzjarju ieħor biex jitnaqqsu l-mikrosustanzi niġġiesa (ara t-Taqsima 3.10.2);

isir monitoraġġ kontinwu tal-komposti organiċi (il-kontenut totali ta’ karbonju organiku), l-ammonijaka, in-nitrati u l-fosforu fil-każ ta’ kapaċitajiet tal-impjanti ta’ iktar minn 100 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni (e.p.) (24) jew ta’ tagħbija ta’ tifrigħ ta’ kuljum ta’ BOD5 ta’ iktar minn 6 000 kg;

jiġi stabbilizzat il-ħama primarju u żejjed fid-diġesturi anaerobiċi (ara t-Taqsima 3.10.3);

jitnixxef il-ħama stabbilizzat b’mod anaerobiku u jintbagħat għall-inċinerazzjoni (ara t-Taqsima 3.10.4);

jiġu adottati teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija, bħal pereżempju sistemi tal-arjazzjoni bil-bżieżaq fini tal-arja fl-istadju bijoloġiku, pompi u tagħmir li jtella’ l-ilma bil-kamin li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

L-applikabbiltà

Din it-teknika hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi, kemm fl-impjanti l-ġodda tat-trattament tal-ilma mormi u kemm f’dawk eżistenti.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i102)

Il-konċentrazzjonijiet fl-effluwent finali rilaxxat jew l-effiċjenzi tat-tneħħija tas-COD, tal-BOD5, tal-ammonijaka, tan-nitroġenu totali u tal-fosforu totali (mg/l, %)

(i103)

L-użu tal-elettriku tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi għal kull massa ta’ BOD5 li titneħħa (kWh/kg ta’ BOD5 li titneħħa)

(i104)

L-użu tal-elettriku tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi għal kull volum ittrattat (kWh/m3 ta’ ilma mormi li jiġi ttrattat)

(i105)

L-użu annwali tal-elettriku tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi għal kull ekwivalent ta’ popolazzjoni (KWh/ekwivalent ta’ popolazzjoni/sena)

(b35)

L-effiċjenzi tat-tneħħija li ntlaħqu huma: minn tal-inqas 98 % għall-BOD5, minn tal-inqas 90 % għas-COD, minn tal-inqas 90 % għall-ammonijaka, minn tal-inqas 80 % għall-komposti tan-nitroġenu organiku totali, u minn tal-inqas 90 % għall-fosforu totali

(b36)

L-użu tal-elettriku tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi huwa:

inqas minn 18-il kWh/ekwivalent ta’ popolazzjoni/sena għall-impjanti l-kbar tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi (b’daqs ta’ iżjed minn 10 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni)

inqas minn 25 kWh/ekwivalent ta’ popolazzjoni/sena għall-impjanti ż-żgħar tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi (b’daqs ta’ inqas minn 10 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni)

3.10.2.   Il-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet tal-ilma mormi b’kunsiderazzjoni speċjali għall-mikrosustanzi niġġiesa

Il-BEMP tkun li jitneħħew b’mod sinifikanti l-mikrosustanzi niġġiesa bl-implimentazzjoni ta’ trattament terzjarju, bħall-adsorbiment fuq il-karbonju attivat pulverizzat (PAC) jew l-ossidazzjoni b’aġenti ossidanti mingħajr il-kloru (speċifikament l-ożonu).

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi, kemm fl-impjanti l-ġodda tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi u kemm f’dawk eżistenti; madankollu, għall-impjanti eżistenti, jista’ jkun hemm restrizzjonijiet ta’ spazju li jistgħu jingħelbu b’disinn addattat tat-tagħmir.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i106)

L-effiċjenza tat-tneħħija għall-mikrosustanzi niġġiesa fl-istadju ta’ adsorbiment jew ta’ ożonazzjoni f’termini tas-COD jew tad-DOC (25) (%)

(i107)

Il-persentaġġ tal-fluss annwali tal-ilma mormi li jkun qed isirlu trattament terzjarju għat-tneħħija tal-mikrosustanzi niġġiesa (%)

(b37)

L-effiċjenza medja tat-tneħħija għall-mikrosustanzi niġġiesa hija ogħla minn 80 %

(b38)

Il-mikrosustanzi niġġiesa jitneħħew f’minn tal-inqas 90 % tal-fluss annwali tal-ilma mormi

3.10.3.   Id-diġestjoni anaerobika tal-ħama u l-irkupru ottimali tal-enerġija

Il-BEMP tkun li jiġi stabbilizzat il-ħama primarju u żejjed fid-diġesturi anaerobiċi u li jsir użu mill-bijogass prodott, billi jintużaw pompi u tagħmir effiċjenti li jtella’ l-ilma bil-kamin, għall-ġenerazzjoni effiċjenti tal-elettriku fil-post u għat-tnixxif tal-ħama.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi, fl-impjanti kbar il-ġodda tat-trattament tal-ilma mormi u f’dawk eżistenti, b’kapaċità ta’ iktar minn 100 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni jew ta’ tagħbija ta’ tifrigħ ta’ kuljum ta’ BOD5 ta’ iktar minn 6 000 kg.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i108)

Il-persentaġġ ta’ ħtiġijiet ta’ elettriku u ta’ sħana tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi ssodisfati b’elettriku u bi sħana ġġenerati mill-impjant stess permezz tal-bijogass fuq bażi annwali (%)

(i109)

L-effiċjenza elettrika tal-ġeneratur alimentat bil-bijogass (%)

(i110)

Il-produzzjoni speċifika tal-bijogass (Nℓ (26)/kg ta’ input ta’ materja niexfa organika)

(b39)

L-elettriku u s-sħana ġġenerati mill-impjant stess permezz tal-bijogass ikopru 100 % tal-użu tal-enerġija għall-impjanti tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi b’ammont ta’ iktar minn 100 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni mingħajr it-tnixxif termali tal-ħama fil-post, u 50 % fil-każ ta’ impjanti bit-tnixxif termali tal-ħama fil-post

3.10.4.   It-tnixxif u l-inċinerazzjoni tal-ħama

Il-BEMP tkun li jitneħħa l-ilma b’mod mekkaniku u effiċjenti mill-ħama stabbilizzat b’mod anaerobiku, eż. permezz ta’ preses bil-kompartimenti tal-filtraġġ, u mbagħad jiġi ossidizzat għalkollox f’impjant tal-monoinċinerazzjoni (kif deskritt fid-dokumenti ta’ referenza dwar l-aqwa tekniki disponibbli (27) skont id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (28)). Il-fosforu li jinsab fl-irmied tar-residwu tal-inċinerazzjoni jista’ jiġi rkuprat.

L-applikabbiltà

Din it-teknika hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi, kemm fl-impjanti l-ġodda tat-trattament tal-ilma mormi u kemm f’dawk eżistenti. Fil-każ ta’ impjanti żgħar, il-ħama li jitneħħilu l-ilma b’mod mekkaniku jista’ jintbagħat għand impjant ċentrali separat tal-monoinċinerazzjoni tal-ħama minflok ma jiġi inċinerat fil-post.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i111)

Il-persentaġġ ta’ ħama tad-dranaġġ prodott fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi li jiġi monoinċinerat (%)

(i112)

Il-persentaġġ ta’ fosforu preżenti fl-irmied tal-inċinerazzjoni li jiġi rkuprat mill-impjant tat-trattament tal-ilma mormi (%)

3.10.5.   Il-promozzjoni tal-użu tal-ilma rriċiklat mill-effluwenti tat-trattament tal-ilma mormi

Il-BEMP tkun li jiġi promoss l-użu tal-ilma rriċiklat mill-effluwenti tat-trattament tal-ilma mormi. Dan jista’ jintuża, eż.:

għat-tisqija, inkluż it-tisqija mhux agrikola, eż. il-parks;

għall-użu urban tal-ilma mhux tajjeb għax-xorb, bħat-tindif tat-toroq, il-produzzjoni tal-borra għal stabbilimenti tal-iskijjar, il-flaxing tat-tojlits fil-binjiet pubbliċi, il-funtani pubbliċi;

għal użu industrijali, eż. it-tkessiħ;

għall-mili mill-ġdid tal-ilma ta’ taħt l-art.

L-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali jistgħu jiżguraw il-possibbiltà li jintuża l-ilma rriċiklat f’xi applikazzjonijiet speċifiċi bit-tqegħid ta’ sistemi xierqa ta’ trattament terzjarju u ta’ diżinfezzjoni fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi kif meħtieġ. F’dan il-proċess, jeħtieġ li l-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali jinvolvu l-partijiet ikkonċernati rilevanti (eż. il-bdiewa lokali, il-kooperattivi agrikoli) li jaf ikunu interessati li jużaw l-ilma rriċiklat.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għat-trattament tal-ilma mormi. Madankollu, l-użu mill-ġdid tal-ilma huwa rilevanti b’mod partikolari fiż-żoni li fihom l-ilma huwa skars, fejn jista’ jnaqqas l-impatt fuq ir-riżorsi tal-ilma u fejn l-investimenti u l-kostijiet operattivi addizzjonali huma vijabbli ekonomikament.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i113)

L-ammont ta’ ilma rriċiklat prodott mit-trattament tal-ilma mormi f’perjodu ta’ żmien partikolari (m3/sena, m3/siegħa)

(i114)

Il-persentaġġ ta’ ilma rriċiklat mill-ilma mormi totali li jiġi ttrattat (%)

3.10.6.   Iż-żamma u t-trattament tat-tifwir mis-sistemi kkombinati tad-dranaġġ u tal-ilma tal-maltemp minn sistemi separati tad-dranaġġ

Fil-każ ta’ sistemi kkombinati tad-dranaġġ (29), il-BEMP tkun li jiġi ttrattat it-tifwir tat-tankijiet taż-żamma, permezz ta’ lqugħ fin (4-6 mm) u ta’ tankijiet tas-sedimenti, u skont il-kwalità tal-ilma li jirċievu, permezz ta’ filtri taż-żamma tal-ħamrija jew ta’ tekniki oħra b’effiċjenza simili tat-tneħħija ta’ solidi sospiżi, ta’ COD, ta’ metalli tqal u ta’ sustanzi organiċi niġġiesa.

Fil-każ ta’ sistemi separati tad-dranaġġ, il-BEMP tkun li jiġi ttrattat l-ilma tal-maltemp skont il-livell ta’ tniġġis tiegħu, u li jiġi rrilaxxat direttament biss l-ilma tal-maltemp mingħajr tniġġis jew b’livell baxx ta’ tniġġis.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi u għas-sistemi urbani tal-iskular tal-ilma.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i115)

Għas-sistemi kkombinati tad-dranaġġ, il-proporzjon ta’ sustanzi niġġiesa (is-solidi sospiżi, is-COD u l-metalli tqal totali) li jiġu rrilaxxati f’korpi tal-ilma mit-trattament tal-ilma mormi mill-emissjonijiet totali (mill-ilma mormi ttrattat flimkien mat-tifwir tal-ilma tal-maltemp) (%)

(i116)

Għas-sistemi separati tad-dranaġġ, il-persentaġġ ta’ żoni kkontaminati li minnhom ma jgħaddix l-ilma li fihom l-ilma tal-maltemp jiġi ttrattat b’mod adegwat (%)

3.10.7.   Is-sistema urbana sostenibbli tal-iskular tal-ilma

Il-BEMP tkun li jitnaqqas il-fluss tal-ilma tal-maltemp li jilħaq is-sistemi kkombinati u separati billi titjieb l-infiltrazzjoni tal-ilma fil-ħamrija (eż. jitnaqqas l-issiġillar tal-ħamrija). Dan jippermetti li jiġi limitat it-tifwir f’sitwazzjonijiet ta’ xita qliel u li jiġi żgurat li r-rilaxxi kollha tal-iskol urban jiġu ġestiti sew sabiex jiġu evitati emissjonijiet rilevanti ta’ sustanzi niġġiesa fil-korp tal-ilma riċeventi. L-awtoritajiet lokali jistgħu jippromovu s-sistemi urbani sostenibbli tal-iskular tal-ilma billi jinkludu dispożizzjonijiet xierqa, ibbażati fuq approċċ olistiku fil-livell tal-baċiri tax-xmajjar, fil-politiki lokali għall-użu tal-art (ara wkoll it-Taqsima 3.4.3).

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għas-sistemi urbani tal-iskular tal-ilma u għall-ippjanar tal-użu tal-art. Il-miżuri għal sistemi urbani sostenibbli tal-iskular tal-ilma jistgħu jiġu implimentati fl-iżviluppi l-ġodda u f’dawk eżistenti. Madankollu, f’żoni mibnija eżistenti jaf ikun hemm xi restrizzjonijiet (eż. in-nuqqas ta’ spazju disponibbli għall-infiltrazzjoni lokali).

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i76)

Il-persentaġġ ta’ superfiċi artifiċjali (jiġifieri kull xorta ta’ żona mibnija impermeabbli: il-binjiet, it-toroq, kwalunkwe parti mingħajr veġetazzjoni jew ilma) fit-territorju tal-muniċipalità (km2 ta’ superfiċi artifiċjali/km2 tas-superfiċi totali)

(i117)

Il-persentaġġ annwali tal-ilma tax-xita li huwa stmat li jinżamm u li jiġi infiltrat fl-art lokalment mill-istima totali tal-ilma tax-xita li tinżel fiż-żona urbana tal-muniċipalità (%)

3.11.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-akkwist pubbliku ekoloġiku

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha.

3.11.1.   L-inklużjoni sistematika ta’ kriterji ambjentali fl-akkwist pubbliku kollu

Il-BEMP tkun li jiġu introdotti kriterji ambjentali għall-akkwist tal-prodotti (oġġetti, servizzi u xogħlijiet) u li fil-kriterji tas-sejħa għall-offerti, il-kost taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew ta’ servizz jiġi kkunsidrat bħala l-iktar ekonomiku, u mhux biss l-investiment inizjali għax-xiri tagħhom.

Il-kriterji ambjentali jistgħu jiġu introdotti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għażla, fil-kriterji tal-għoti u fil-klawżoli tar-rendiment fil-kuntratti ta’ kwalunkwe sejħa għall-offerti li fiha jkun mistenni xi impatt ambjentali potenzjali rilevanti.

L-amministrazzjonijiet pubbliċi li jeħtieġu gwida għall-formulazzjoni tal-kriterji ambjentali jistgħu:

jintroduċu l-kriterji komprensivi tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE (30) (l-APE tal-UE), meta jkunu disponibbli għall-prodott speċifiku, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għażla, fil-kriterji tal-għoti u fil-klawżoli tar-rendiment fil-kuntratti;

meta ma jkunx hemm rakkomandazzjonijiet eżistenti dwar l-APE tal-UE, irreferi għall-Ekotikketta tal-UE, meta tkun disponibbli għall-prodott speċifiku billi tuża l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE fl-akkwist pubbliku (31);

jintroduċu bħala kriterju tal-għoti fis-sejħiet pubbliċi għall-offerti għall-akkwist ta’ oġġetti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet, ir-reġistrazzjoni EMAS tal-fornituri, li tipprovdi punti addizzjonali fil-proċess ta’ evalwazzjoni tal-offerti diment li l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali tkun rilevanti fir-rigward tas-suġġett tal-kuntratt. F’setturi jew f’oqsma li fihom ikun hemm għadd żgħir ta’ organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS fost l-atturi tas-suq u dan jista’ jirrestrinġi l-għadd ta’ offerti, ir-referenza tista’ tiġi estiża għas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali abbażi ta’ standard internazzjonali (jiġifieri l-ISO 14001). Madankollu, l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jippremjaw il-kredibbiltà u l-affidabbiltà ogħla tal-EMAS billi jagħtu iktar punti lill-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS milli lill-organizzazzjonijiet b’sistemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali li ma joffrux l-istess garanziji.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i118)

Il-persentaġġ ta’ sejħiet għall-offerti li jinkludu kriterji ambjentali min-numru totali ta’ sejħiet għall-offerti, diżaggregati skont il-kategorija tal-prodotti (%)

(b40)

100 % tas-sejħiet għall-offerti jinkludu kriterji ambjentali li jirrikjedu minn tal-inqas il-livell ta’ prestazzjoni stabbilit fil-kriterji tal-APE tal-UE, għal prodotti li għalihom huma disponibbli kriterji tal-APE tal-UE (eż. il-karti tal-uffiċċji, l-aġenti tat-tindif, l-għamara)

3.12.   L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-edukazzjoni ambjentali u għat-tixrid tat-tagħrif

Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-edukazzjoni ambjentali taċ-ċittadini u għall-provvista tat-tagħrif ambjentali lin-negozji.

3.12.1.   L-edukazzjoni u t-tagħrif ambjentali għaċ-ċittadini u għan-negozji

Il-BEMP tkun li jiġu pprovduti l-edukazzjoni u t-tagħrif ambjentali liċ-ċittadini u lin-negozji bl-objettiv li:

titrawwem sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-problemi ambjentali;

jiġi pprovdut tagħrif prattiku dwar il-kontribut li ta’ kuljum iċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jagħtu għall-protezzjoni ambjentali u għall-użu effiċjenti tar-riżorsi;

jinħolqu mudelli ġodda ta’ mġiba fost il-gruppi differenti fis-soċjetà;

iċ-ċittadini jitnebbħu biex isiru midħla tal-ambjent lokali, japprezzawh u jistabbilixxu rabta mill-ġdid man-natura;

jitqanqal fehim tal-interdipendenza ambjentali bejn iż-żoni urbani u ż-żoni rurali u naturali tal-madwar.

Dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu permezz billi jiġu organizzati seminars, konferenzi, sessjonijiet ta’ ħidma edukattivi għall-pubbliku ġenerali jew għal gruppi speċifiċi ta’ ċittadini, ta’ negozji jew ta’ professjonisti dwar suġġetti speċifiċi (eż. il-binjiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija). Barra minn hekk, l-amministrazzjoni pubblika lokali tista’ tipprovdi tagħrif speċifiku dwar l-aspetti legali (u aspetti oħra) relatati mal-ambjent u dwar l-inċentivi disponibbli (eż. l-inċentivi għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija). L-attivitajiet kollha jistgħu jiġu organizzati bl-involviment u bil-kooperazzjoni tar-residenti, tal-organizzazzjonijiet lokali u tan-negozji li jappoġġaw l-edukazzjoni u t-tagħrif ambjentali taċ-ċittadini.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha bi rwol li jgħarrfu lill-pubbliku bi kwistjonijiet ambjentali.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

(i119)

Il-persentaġġ ta’ ċittadini li jintlaħqu b’mod dirett u indirett permezz ta’ azzjonijiet ta’ edukazzjoni ambjentali

(i120)

Il-preżenza ta’ servizz jew ta’ aġenzija muniċipali għall-provvista ta’ tagħrif relatat mal-ambjent lin-negozji (iva/le)

4.   INDIKATURI EWLENIN IRRAKKOMANDATI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI GĦAS-SETTURI SPEĊIFIĊI

It-tabella li ġejja telenka għażla ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika. Dawn huma sottosett tal-indikaturi kollha msemmija fil-Kapitolu 3. It-tabella hija maqsuma skont l-istruttura ta’ dan id-dokument:

L-indikatur

L-unità komuni

Il-grupp prinċipali fil-mira

Deskrizzjoni qasira

Il-livell minimu rrakkomandat ta’ monitoraġġ

L-indikatur ċentrali relatat

skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (it-Taqsima C.2)

Il-parametru referenzjarju ta’ eċċellenza

L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali relatati

IL-BEMPs GĦAL UFFIĊĊJI SOSTENIBBLI

1.

L-użu annwali totali tal-enerġija

kWh/m2/sena

kWh/FTE/sena

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji

L-użu annwali totali tal-enerġija diviż bl-erja interna totali tal-art jew bin-numru ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE). L-indikatur jista’ jinqasam f’dawn il-kategoriji:

it-tisħin tal-post;

it-tkessiħ tal-post;

it-tidwil;

użu ieħor tal-elettriku.

Il-livell tal-bini

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Il-BEMP 3.1.1

2.

L-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet b’effett ta’ serra

kg ta’ CO2e/m2/sena

kg ta’ CO2e/FTE/sena

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji

L-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet b’effett ta’ serra ġġenerati mill-użu tal-binjiet tal-uffiċċji diviżi bl-erja interna totali tal-art jew bin-numru ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE)

Il-livell tal-bini

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Il-BEMP 3.1.1

3.

L-użu annwali totali tal-ilma

m3/FTE/sena

m3/m2/sena

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji

Il-konsum annwali totali tal-ilma fil-binjiet tal-uffiċċji diviż bl-erja interna totali tal-art jew bin-numru ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE), maqsum fi (jekk rilevanti):

l-użu tal-ilma tal-vit;

l-użu tal-ilma tax-xita maħżun;

l-użu tal-ilma rriċiklat tal-latrini.

Il-livell tal-bini

L-ilma

(b1) L-użu tal-ilma fil-binjiet tal-uffiċċji huwa inqas minn 6,4  m3/impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time/sena

Il-BEMP 3.1.2

4.

Il-ġenerazzjoni annwali totali tal-iskart tal-uffiċċji

kg/FTE/sena

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji

Il-ġenerazzjoni annwali totali tal-iskart tal-uffiċċji fil-binjiet tal-uffiċċji diviża bin-numru ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE)

Il-livell tal-bini

L-iskart

Il-ġenerazzjoni tal-iskart totali fil-binjiet tal-uffiċċji hija inqas minn 200 kg/impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time/sena

Il-BEMP 3.1.3

5.

Ir-riċiklaġġ annwali totali tal-iskart tal-uffiċċji

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji

Il-persentaġġ skont il-piż tal-iskart totali ġġenerat fl-uffiċċji li jinġabar b’mod separat għar-riċiklaġġ

Il-livell tal-bini

L-iskart

L-iskart żero ġġenerat fil-binjiet tal-uffiċċji jintbagħat fil-miżbliet

Il-BEMP 3.1.3

6.

Il-kwantità li tintuża ta’ kuljum ta’ karti tal-uffiċċju għal kull impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time

folji tal-karti/FTE/jum tax-xogħol

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji

In-numru totali ta’ folji ta’ karti tal-uffiċċju li jintużaw kull sena diviż bin-numru ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) u n-numru ta’ jiem tax-xogħol

Il-livell ta’ organizzazzjoni

L-effiċjenza fl-użu tal-materjal

Il-konsum tal-karti tal-uffiċċji huwa inqas minn 15-il folja A4/impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time/jum tax-xogħol

Il-BEMP 3.1.4

7.

Il-persentaġġ ta’ karti ċċertifikati favur l-ambjent li jinxtraw għall-uffiċċji

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji

Il-persentaġġ ta’ karti ċċertifikati favur l-ambjent li jinxtraw għall-uffiċċji (in-numru ta’ riżmi) mill-karti totali li jinxtraw għall-uffiċċji (in-numru ta’ riżmi)

Il-livell ta’ organizzazzjoni

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-effiċjenza fl-użu tal-materjal

L-ilma

L-iskart

Il-bijodiversità

L-emissjonijiet

Il-karti tal-uffiċċji li jintużaw huma 100 % minn materjal irriċiklat jew ċertifikati b’ekotikketta ta’ ISO tat-Tip I (eż. l-Ekotikketta tal-UE).

Il-BEMP 3.1.4

8.

L-adozzjoni ta’ għodod għall-promozzjoni tal-ivvjaġġar sostenibbli minn post għall-ieħor għall-impjegati

iva/le

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji

Il-persunal jiġi involut biex isir jaf dwar l-ivvjaġġar sostenibbli minn post għall-ieħor bis-saħħa tal-implimentazzjoni u tal-promozzjoni ta’ għodod li jixprunaw il-bidla fl-imġiba

Il-livell ta’ organizzazzjoni

L-emissjonijiet

L-għodod għall-promozzjoni tal-ivvjaġġar sostenibbli minn post għall-ieħor għall-impjegati huma implimentati u promossi

Il-BEMP 3.1.5

9.

L-implimentazzjoni ta’ bbaġitjar tal-karbonju għall-ivvjaġġar fuq xogħol

iva/le

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji

Baġit totali tal-karbonju għall-vjaġġi fuq xogħol jiġi allokat għal perjodu definit. Għal kull traġitt li jsir, l-ekwivalenti korrispondenti tal-emissjonijiet tal-karbonju jitnaqqas mill-baġit tal-karbonju li jifdal.

Il-livell ta’ organizzazzjoni

L-emissjonijiet

L-ibbaġitjar tal-karbonju huwa implimentat għall-ivvjaġġar kollu fuq xogħol

Il-BEMP 3.1.5

10.

Id-disponibbiltà u l-monitoraġġ tal-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi

iva/le

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji

Il-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi jiġu promossi fl-organizzazzjoni u jsir monitoraġġ tan-numru ta’ sigħat ta’ użu. Il-persunal kollu jista’ juża l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi.

Il-livell ta’ organizzazzjoni

L-emissjonijiet

Il-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi huma disponibbli għall-persunal kollu u l-użu tagħhom qed jiġi mmonitorjat u promoss

Il-BEMP 3.1.5

11.

L-iskart tal-ikel iġġenerat

g/ikla

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ kantins u ta’ kafetteriji jew li jiġġestixxu l-kantins u l-kafetteriji

L-ammont ta’ skart tal-ikel iġġenerat għal kull ikla servuta fil-kantins u fil-kafetteriji

Il-livell ta’ organizzazzjoni

L-iskart

Il-BEMP 3.1.6

IL-BEMPs GĦALL-ENERĠIJA SOSTENIBBLI U GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA

12.

L-emissjonijiet tal-karbonju fit-territorju tal-muniċipalità

kg ta’ CO2e/abitant

L-awtoritajiet lokali kollha

L-emissjonijiet totali annwali tal-karbonju (bħala tunnellati ta’ CO2e) tal-muniċipalità (inkluż tal-abitazzjonijiet, tal-industriji, tal-agrikoltura, tal-kummerċ/tas-servizzi bħall-kostruzzjoni) diviżi bin-numru ta’ abitanti tat-territorju

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Il-BEMPs 3.2.1, 3.2.2

13.

L-eżistenza ta’ pjan ta’ azzjoni muniċipali dwar l-enerġija u l-klima

iva/le

L-awtoritajiet lokali kollha

Il-pjan ta’ azzjoni muniċipali dwar l-enerġija u l-klima, b’miri u b’azzjonijiet f’terminu qasir u twil, huwa bbażat fuq l-inventarju dwar l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet tat-territorju

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Hemm pjan ta’ azzjoni muniċipali dwar l-enerġija u l-klima fis-seħħ, li jinkludi miri u azzjonijiet u huwa bbażat fuq l-inventarju dwar l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet

Il-BEMP 3.2.2

14.

L-adozzjoni ta’ strateġija għall-adattament għat-tibdil fil-klima

iva/le

L-awtoritajiet lokali kollha

Strateġija olistika ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fit-territorju tal-muniċipalità tista’ tibni fuq strateġiji lokali u reġjonali oħra ta’ adattament

It-territorju amministrat

Hemm strateġija olistika ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fis-seħħ għat-territorju tal-muniċipalità

Il-BEMP 3.2.3

15.

L-użu tal-enerġija għat-tidwil tat-toroq

kWh/abitant/sena

MWh/km/sena

L-amministrazzjonijiet pubbliċi li jiġġestixxu b’mod dirett jew indirett it-tidwil tat-toroq

L-użu annwali tal-enerġija għat-tidwil tat-toroq ikkalkolat għal kull abitant jew għal kull km ta’ toroq imdawla

It-territorju amministrat

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-użu tal-enerġija għat-tidwil tat-toroq għal kull kilometru huwa inqas minn 6 MWh/km/sena

Il-BEMP 3.2.4

16.

L-użu annwali totali tal-enerġija fil-binjiet pubbliċi

kWh/m2/sena

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ binjiet jew li jiġġestixxu l-binjiet

L-użu annwali totali tal-enerġija fil-bini pubbliku kkunsidrat (filwaqt li jitqies it-tisħin tal-post, it-tkessiħ tal-post u l-elettriku), espress bħala użu tal-enerġija finali, diviż bl-erja tal-art tal-bini

Il-livell tal-bini

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Għall-binjiet ġodda, il-bini jiġi ddisinjat b’użu totali tal-enerġija primarja (jiġi inkluż kull użu) li jkun inqas minn 60 kWh/m2/sena

Għall-binjiet eżistenti li jkunu qed jiġu rrinnovati, il-bini jiġi ddisinjat b’użu totali tal-enerġija primarja (jiġi inkluż kull użu) li jkun inqas minn 100 kWh/m2/sena

Il-BEMPs 3.2.5, 3.2.6, 3.2.7 u 3.2.8

17.

It-taħriġ dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija pprovdut lill-persunal

sigħat/FTE/sena

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ binjiet jew li jiġġestixxu l-binjiet

In-numru annwali ta’ sigħat ta’ taħriġ speċifiku dwar l-ambjent għall-persunal sabiex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet. In-numru annwali ta’ sigħat ta’ taħriġ jiġi diviż bin-numru totali ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE)

Il-livell tal-bini

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Il-BEMP 3.2.8

18.

L-emissjonijiet ta’ CO2 mit-tisħin/mit-tkessiħ distrettwali

t ta’ CO2e

kg ta’ CO2e/m2

L-awtoritajiet lokali kollha

L-ammont ta’ emissjonijiet ta’ CO2e tas-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ qabel u wara l-installazzjoni ta’ netwerk tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali, bħala total jew għal kull unità tal-erja tal-art tal-binjiet imsaħħna jew imkessħa

In-netwerk tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali

L-emissjonijiet

Il-BEMP 3.2.9

19.

Il-persentaġġ ta’ użu tal-enerġija ssodisfat b’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ binjiet jew li jiġġestixxu l-binjiet

L-enerġija rinnovabbli (l-elettriku u s-sħana separatament) prodotta fil-post/fil-qrib, diviża bl-użu tal-enerġija (l-elettriku u s-sħana separatament) tal-binjiet pubbliċi jew tal-abitazzjonijiet soċjali

Il-livell tal-bini

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-emissjonijiet

100 % tal-elettriku li jintuża f’bini pubbliku jiġi ssodisfat bil-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli fil-post

100 % tad-domanda għall-misħun f’bini pubbliku/f’bini ta’ abitazzjoni soċjali tiġi ssodisfata bil-ġenerazzjoni tas-sħana rinnovabbli fil-post

Il-BEMP 3.2.10

20.

Hemm sistema lokali tal-ippjanar fis-seħħ, li timponi standards ogħla għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u rekwiżiti ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli

iva/le

L-awtoritajiet lokali li jistabbilixxu l-kodiċi lokali tal-bini u/jew li jipprovdu l-permessi għall-bini

Is-sistema lokali tal-ippjanar tinkludi d-dispożizzjoni li l-binjiet li jkunu għadhom kemm inbnew u r-rinnovazzjonijiet fit-territorju jkollhom standards eżemplari għall-użu tal-enerġija u jkollhom rekwiżit minimu ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli

It-territorju amministrat

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-emissjonijiet

Il-BEMP 3.2.11

21.

It-twassil ta’ servizzi ta’ tagħrif u ta’ konsulenza

iva/le

L-amministrazzjonijiet pubbliċi li jippromwovu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli għar-residenti u għan-negozji

L-amministrazzjoni pubblika twassal servizzi ta’ tagħrif u ta’ konsulenza dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar l-enerġija rinnovabbli għar-residenti u għan-negozji biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tagħhom

It-territorju amministrat

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-emissjonijiet

Il-BEMP 3.2.13

22.

Il-persentaġġ tat-territorju kopert bit-termografija

%

L-awtoritajiet lokali kollha

Iż-żona tat-territorju urban tal-muniċipalità li ġiet koperta bl-istħarriġ termografiku diviża biż-żona urbana totali tal-muniċipalità

It-territorju amministrat

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-emissjonijiet

Id-dejta termografika reċenti (< ħames (5) snin) b’riżoluzzjoni għolja (< 50 cm) hija disponibbli għal 100 % taż-żona mibnija fit-territorju tal-muniċipalità

Il-BEMP 3.2.14

IL-BEMPs GĦALL-MOBBILTÀ

23.

Is-sehem modali tal-vjaġġi

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà

In-numru ta’ vjaġġi, fit-territorju kkunsidrat, imwettqa b’mezzi differenti tat-trasport (eż. bil-karozza, bil-karozza tal-linja, bir-rota), diviż bin-numru totali ta’ vjaġġi

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Il-belt għandha diviżjoni modali għaċ-ċikliżmu ta’ 20 % jew ogħla JEW il-belt żiedet id-diviżjoni modali għaċ-ċikliżmu b’minn tal-inqas 50 % matul l-aħħar ħames snin.

Il-persentaġġ ta’ modalitajiet sostenibbli tat-trasport li jintużaw fil-belt (eż. il-mixi, iċ-ċikliżmu, il-karozza tal-linja, it-tramm, il-ferrovija) huwa ta’ 60 % jew ogħla

Il-BEMPs 3.3.1, 3.3.2, 3.3.6, 3.3.7 u 3.3.8

24.

Hemm politika apposta fis-seħħ għall-mixi/għaċ-ċikliżmu

iva/le

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà

Il-belt għandha politika apposta adottata b’mod politiku u tqanqal il-mixi/iċ-ċikliżmu; barra minn hekk, l-għanijiet għal titjib u għal investimenti fl-infrastruttura għall-mixi/għaċ-ċikliżmu huma ddefiniti

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Minn tal-inqas 10 % tal-investiment tal-belt fl-infrastruttura tat-trasport u fil-manutenzjoni huwa ddedikat għall-infrastruttura taċ-ċikliżmu

Il-BEMP 3.3.2

25.

It-tul totali tal-infrastruttura għaċ-ċikliżmu

km

km ta’ korsiji tar-roti/km ta’ toroq

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà

It-tul tal-infrastruttura għaċ-ċikliżmu (il-korsiji tar-roti) jista’ jitkejjel f’termini assoluti (km) jew jiġi diviż bit-tul tan-netwerks tat-toroq għall-vetturi

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Il-BEMP 3.3.2

26.

In-numru ta’ utenti tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi

In-numru ta’ utenti/10 000 abitant

In-numru ta’ utenti/in-numru ta’ vetturi tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà

In-numru ta’ utenti tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi jista’ jiġi kkalkolat kif ġej:

in-numru totali ta’ utenti tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi diviż bin-numru ta’ abitanti, u mmoltiplikat b’10 000

in-numru totali ta’ utenti tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi diviż bin-numru ta’ vetturi tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Il-BEMP 3.3.3

27.

Il-karozzi disponibbli tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi

In-numru ta’ abitanti/in-numru ta’ karozzi tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà

In-numru ta’ abitanti fit-territorju tal-muniċipalità huwa diviż bin-numru ta’ karozzi disponibbli fil-flotta tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Minn tal-inqas karozza waħda disponibbli (1) tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi għal kull 2 500 abitant

Il-BEMP 3.3.3

28.

Il-karozzi b’sjieda privata ssostitwiti

In-numru ta’ karozzi b’sjieda privata ssostitwiti/in-numru ta’ vetturi tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà

In-numru ta’ karozzi b’sjieda privata li ġew issostitwiti bl-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi (is-sidien ma jkollhomx bżonnhom iktar) diviż bin-numru totali ta’ karozzi disponibbli fil-flotta tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Minn tal-inqas tmien (8) karozzi b’sjieda privata ġew issostitwiti b’kull vettura fil-flotta tal-operatur tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi

Il-BEMP 3.3.3

29.

Il-persentaġġ ta’ traġitti mħallsa bil-biljett integrat

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għat-trasport pubbliku

In-numru ta’ traġitti mwettqa bit-trasport pubbliku permezz ta’ diversi modalitajiet ta’ trasport u li jitħallsu bil-biljett integrat diviż bin-numru totali ta’ traġitti mwettqa bit-trasport pubbliku permezz ta’ diversi modalitajiet ta’ trasport

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Minn tal-inqas 75 % tat-traġitti mħallsa bil-biljett integrat

Il-BEMP 3.3.4

30.

Il-persentaġġ ta’ vetturi elettriċi

%

L-awtoritajiet lokali kollha

In-numru totali ta’ vetturi elettriċi (għal kull tip, eż. il-karozzi elettriċi, il-muturi elettriċi) fit-triq diviż bin-numru totali ta’ vetturi ta’ dak it-tip

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Il-BEMP 3.3.5

31.

In-numru ta’ punti tal-iċċarġjar

In-numru ta’ punti tal-iċċarġjar/abitant

L-awtoritajiet lokali kollha

In-numru totali ta’ punti pubbliċi tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi diviż bin-numru ta’ abitanti tat-territorju kkunsidrat

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Il-BEMP 3.3.5

32.

It-tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja

%

L-awtoritajiet lokali kollha

Il-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (il-PM10, l-ammonijaka u l-ossidu tan-nitroġenu) titkejjel b’mod regolari f’ċerti żoni tal-belt (eż. qrib l-iskejjel, il-parks, iż-żoni residenzjali).

It-tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja huwa kkalkolat billi l-konċentrazzjoni finali (wara l-introduzzjoni ta’ ħlas għall-konġestjoni) tas-sustanza li tniġġes l-arja titnaqqas mill-konċentrazzjoni inizjali (qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni) ta’ kull sustanza li tniġġes l-arja diviż bil-konċentrazzjoni inizjali tas-sustanza li tniġġes l-arja

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Il-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (il-PM10, l-ammonijaka u l-ossidu tan-nitroġenu) fiż-żona li fiha tiġi imposta t-tariffa tal-konġestjoni titnaqqas b’10 % (bħala medja), meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni

Il-BEMP 3.3.7

33.

It-tnaqqis fl-aċċess tal-vetturi fiż-żona li fiha tiġi imposta t-tariffa tal-konġestjoni

%

L-awtoritajiet lokali kollha

In-numru ta’ vetturi privati li jkollhom aċċess għaż-żona tat-tariffa tal-konġestjoni diviż bin-numru ta’ vetturi privati li jkollhom aċċess għall-istess żona qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni

Iż-żona tat-tariffa tal-konġestjoni

L-emissjonijiet

L-aċċess ta’ vetturi mhux eżentati fiż-żona li fiha tiġi imposta t-tariffa tal-konġestjoni jitnaqqas b’20 %, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni

Il-BEMP 3.3.7

34.

Iż-żieda fil-veloċità u fil-puntwalità tat-trasport pubbliku

%

L-awtoritajiet lokali kollha

Il-veloċità medja tat-trasport pubbliku wara l-implimentazzjoni ta’ tariffa tal-konġestjoni diviża bil-veloċità medja tat-trasport pubbliku qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni.

L-istess jista’ jiġi applikat għall-puntwalità tat-trasport pubbliku qabel u wara l-introduzzjoni ta’ tariffa tal-konġestjoni

Iż-żona tat-tariffa tal-konġestjoni

L-emissjonijiet

Il-veloċità u l-puntwalità tas-servizzi tat-trasport pubbliku tjiebu b’5 %, meta mqabbla mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni

Il-BEMP 3.3.7

35.

Il-persentaġġ ta’ spazji għall-parkeġġ li jkunu disponibbli matul il-ħinijiet tax-xogħol

%

L-awtoritajiet lokali kollha

In-numru medju ta’ spazji għall-parkeġġ disponibbli matul il-ħinijiet tax-xogħol diviż bin-numru totali ta’ spazji għall-parkeġġ

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Bejn 80 % u 90 % tal-ispazji għall-parkeġġ fit-toroq ikunu okkupati matul 90 % tas-sigħat tax-xogħol

Il-BEMP 3.3.8

36.

Ir-rekwiżiti ta’ parkeġġ minimu

iva/le

L-awtoritajiet lokali kollha

L-amministrazzjoni pubblika tista’ tillimita l-ispazji għall-parkeġġ mingħajr ħlas (għall-parkeġġ fit-toroq u għall-garaxxijiet taħt l-art) għall-iżviluppi l-ġodda u jista’ jkollha politika formali biex kulma jmur jitneħħa kull rekwiżit preċedenti ta’ parkeġġ mill-iżviluppi eżistenti

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Il-bijodiversità

Il-belt ma għandha l-ebda rekwiżit ta’ parkeġġ minimu (għall-parkeġġ fit-toroq u għall-garaxxijiet taħt l-art) għall-iżviluppi l-ġodda u għandha politika formali biex kulma jmur jitneħħa kull rekwiżit preċedenti ta’ parkeġġ mill-iżviluppi eżistenti

Il-BEMP 3.3.8

37.

L-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vetturi tal-konsenji

kg ta’ CO2e/sena

kg ta’ CO2e/xahar

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà

L-emissjonijiet totali ta’ CO2 mill-vetturi tal-konsenji tul perjodu speċifiku ta’ żmien (eż. kull sena, kull xahar) fiż-żona moqdija miċ-ċentru tas-servizz loġistiku

Iż-żona moqdija miċ-ċentru tas-servizz loġistiku

L-emissjonijiet

It-tnaqqis ta’ 40 % tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vetturi tal-konsenji fiż-żona tas-servizz, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni taċ-ċentru tas-servizz loġistiku

Il-BEMP 3.3.9

38.

In-numru ta’ traġitti tal-konsenji li jsiru kuljum fiż-żona tas-servizz

Numru ta’ konsenji/jum

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà

In-numru ta’ traġitti tal-konsenji li jsiru kuljum bil-vetturi tal-konsenji fiż-żona moqdija miċ-ċentru tas-servizz loġistiku

Iż-żona moqdija miċ-ċentru tas-servizz loġistiku

L-emissjonijiet

It-tnaqqis ta’ 75 % tan-numru ta’ traġitti tal-konsenji li jsiru kuljum lejn iż-żona tas-servizz, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni taċ-ċentru tas-servizz loġistiku

Il-BEMP 3.3.9

IL-BEMPs GĦALL-UŻU TAL-ART

39.

Il-persentaġġ ta’ żoni li għadhom kemm inbnew

%

L-awtoritajiet lokali kollha responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art

L-erja taż-żona li għadha kemm inbniet (m2), filwaqt li titqies kull tip ta’ żona mibnija impermeabbli (il-binjiet, it-toroq, kwalunkwe parti mingħajr veġetazzjoni jew mingħajr ilma), diviża biż-żona mibnija fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat (eż. sena (1), ħames (5) snin, 10 snin)

It-territorju amministrat

Il-bijodiversità

Il-BEMP 3.4.1

40.

Huma promossi miżuri biex jittaffa l-effett gżira ta’ sħana urbana

iva/le

L-awtoritajiet lokali kollha responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art

Il-miżuri biex jittaffa l-effett gżira ta’ sħana urbana (bħaż-żoni ekoloġiċi, is-soqfa ekoloġiċi jew l-użu ta’ materjali riflettivi) huma promossi fit-territorju amministrat kemm fil-binjiet u fiż-żoni privati kif ukoll f’dawk pubbliċi

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Il-bijodiversità

Il-BEMP 3.4.2

41.

Huma meħtieġa miżuri għall-iskular tal-ilma b’impatt baxx

iva/le

L-awtoritajiet lokali kollha responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art

Hemm ħtieġa għal miżuri tal-iskular tal-ilma b’impatt baxx għall-kostruzzjoni ta’ żviluppi ġodda, inklużi l-iżviluppi mill-ġdid maġġuri ta’ żoni mibnija eżistenti

It-territorju amministrat

Il-bijodiversità

Il-BEMP 3.4.3

IL-BEMPs GĦAL ŻONI URBANI EKOLOĠIĊI

42.

Il-persentaġġ ta’ żoni naturali u seminaturali

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni ta’ żoni urbani ekoloġiċi

L-erja (km2) ta’ ambjenti naturali u seminaturali fiż-żona urbana diviża biż-żona urbana totali

It-territorju amministrat

Il-bijodiversità

Il-BEMP 3.5.1

43.

Il-persentaġġ ta’ żoni urbani ekoloġiċi u tal-ilma

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni ta’ żoni urbani ekoloġiċi

L-erja (km2) ta’ żoni urbani ekoloġiċi u tal-ilma (fiż-żona urbana) diviża biż-żona urbana totali

It-territorju amministrat

Il-bijodiversità

Il-BEMP 3.5.2

44.

Il-persentaġġ ta’ soqfa ekoloġiċi

%

L-awtoritajiet lokali kollha responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art

In-numru ta’ binjiet b’soqfa ekoloġiċi diviż bin-numru totali ta’ binjiet fit-territorju tal-muniċipalità

It-territorju amministrat

Il-bijodiversità

Il-BEMP 3.5.3

45.

Il-pjan fir-rigward taż-żoni ekoloġiċi mitluqa u taż-żoni periferiċi

iva/le

L-awtoritajiet lokali kollha responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art

L-amministrazzjoni pubblika għandha pjan fir-rigward tal-ġestjoni ambjentali taż-żoni ekoloġiċi mitluqa u taż-żoni periferiċi biex jingħataw il-ħajja fiż-żona urbana

It-territorju amministrat

Il-bijodiversità

Il-BEMP 3.5.4

IL-BEMP GĦALL-KWALITÀ TAL-ARJA AMBJENTALI LOKALI

46.

Il-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja

μg/m3

L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha responsabbli għall-ġestjoni tal-kwalità tal-arja

Il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (il-PM10, il-PM2.5, l-NO2) preżenti (il-medja annwali) fil-kampjunar taż-żona urbana f’ċerti postijiet (eż. l-iskola, il-parks, iż-żoni residenzjali)

It-territorju amministrat

L-emissjonijiet

Għall-indikaturi kollha ddefiniti f’din il-BEMP, ir-riżultati jiksbu l-livelli stabbiliti fil-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja li ġew prodotti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa

3.6.1

IL-BEMP GĦAT-TNIĠĠIS AKUSTIKU

47.

Il-persentaġġ ta’ livelli ta’ kejl tal-istorbju li jaqbżu l-valuri limitu lokali

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-indirizzar tat-tniġġis akustiku

In-numru ta’ kejliet tal-livelli ta’ storbju li jaqbżu l-valuri limitu lokali, diviż bin-numru totali ta’ kejliet tal-livell ta’ storbju

It-territorju amministrat

Il-BEMP 3.7.1

IL-BEMPs GĦALL-PROVVISTA TAL-ILMA

48.

Ir-rata ta’ penetrazzjoni tal-miters tal-ilma

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb

In-numru ta’ konsumaturi b’miters individwali (fil-livell ta’ utenti individwali) diviż bin-numru totali ta’ konsumaturi

It-territorju amministrat

L-ilma

Ir-rata ta’ penetrazzjoni tal-miters tal-ilma fil-livell tal-unitajiet domestiċi jew tal-utenti finali hija ta’ 99 % jew ogħla

Il-BEMP 3.9.1

49.

Il-persentaġġ ta’ miters intelliġenti tal-ilma

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb

In-numru ta’ konsumaturi bil-miters intelliġenti tal-ilma diviż bin-numru totali ta’ konsumaturi bil-miters tal-ilma

It-territorju amministrat

L-ilma

Fiż-żoni li fihom l-ilma huwa skars (minn tal-inqas għal parti mis-sena), il-miters tal-ilma fil-livell tal-unitajiet domestiċi/tal-utent finali huma miters intelliġenti

Il-binjiet il-ġodda kollha huma mgħammra b’miters tal-ilma (b’miters intelliġenti fiż-żoni li fihom l-ilma huwa skars)

Il-BEMP 3.9.1

50.

L-Indiċi tan-Nixxijat tal-Infrastruttura (ILI) tal-ilma:

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb

L-ILI jiġi kkalkolat bħala telf reali annwali attwali (CARL)/telf reali annwali inevitabbli (UARL)

It-territorju amministrat

L-ilma

L-Indiċi tan-Nixxijat tal-Infrastruttura huwa inqas minn 1,5

Il-BEMP 3.9.2

IL-BEMPs GĦALL-ĠESTJONI TAL-ILMA MORMI

51.

L-effiċjenza tat-tneħħija għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi

L-effiċjenza tat-tneħħija għal kull sustanza li tniġġes l-ilma (is-COD, il-BOD5, l-ammonijaka, in-nitroġenu totali u l-fosforu totali) tiġi kkalkolata billi l-konċentrazzjoni finali tas-sustanza li tniġġes l-ilma titnaqqas mill-konċentrazzjoni inizjali għal kull sustanza li tniġġes l-ilma, diviża bil-konċentrazzjoni inizjali tas-sustanza li tniġġes l-ilma

L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi

L-ilma

L-effiċjenzi tat-tneħħija li ntlaħqu huma: minn tal-inqas 98 % għall-BOD5, minn tal-inqas 90 % għas-COD, minn tal-inqas 90 % għall-ammonijaka, minn tal-inqas 80 % għall-komposti tan-nitroġenu organiku totali, u minn tal-inqas 90 % għall-fosforu totali

Il-BEMP 3.10.1

52.

L-użu tal-elettriku tat-trattament tal-ilma mormi

kWh/ekwivalent ta’ popolazzjoni/sena

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi

L-użu annwali totali tal-elettriku tat-trattament tal-ilma mormi diviż bin-numru ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni li l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi huwa ddisinjat/jitħaddem għalihom

L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi

L-ilma

L-użu tal-elettriku tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi huwa:

inqas minn 18-il kWh/ekwivalent ta’ popolazzjoni/sena għall-impjanti l-kbar tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi (b’daqs ta’ iżjed minn 10 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni)

inqas minn 25 kWh/ekwivalent ta’ popolazzjoni/sena għall-impjanti ż-żgħar tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi (b’daqs ta’ inqas minn 10 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni)

Il-BEMP 3.10.1

53.

L-effiċjenza tat-tneħħija għall-mikrosustanzi niġġiesa

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi

L-effiċjenza tat-tneħħija tiġi kkalkolata billi l-konċentrazzjoni finali tal-mikrosustanzi niġġiesa titnaqqas mill-konċentrazzjoni inizjali tal-mikrosustanzi niġġiesa, diviża bil-konċentrazzjoni inizjali tal-mikrosustanza niġġiesa

L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi

L-ilma

L-effiċjenza medja tat-tneħħija għall-mikrosustanzi niġġiesa hija ogħla minn 80 %

Il-BEMP 3.10.2

54.

Il-persentaġġ tal-fluss tal-ilma mormi li jkun qed isirlu trattament terzjarju għat-tneħħija tal-mikrosustanzi niġġiesa

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi

Il-fluss annwali tal-ilma mormi li jsirlu trattament terzjarju għat-tneħħija tal-mikrosustanzi, diviż bil-fluss annwali totali tal-ilma mormi

L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi

L-ilma

Il-mikrosustanzi niġġiesa jitneħħew f’minn tal-inqas 90 % tal-fluss annwali tal-ilma mormi

Il-BEMP 3.10.2

55.

Il-persentaġġ ta’ elettriku u ta’ sħana ġġenerati mill-impjant tat-trattament tal-ilma mormi stess

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi

L-enerġija ġġenerata (l-elettriku u s-sħana mill-bijogass) fil-post mid-diġestjoni anaerobika tal-ħama u li tintuża fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi, diviża bl-ammont totali ta’ enerġija li tintuża fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi

L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi

L-ilma

L-elettriku u s-sħana ġġenerati mill-impjant stess permezz tal-bijogass ikopru 100 % tal-użu tal-enerġija għall-impjanti tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi b’ammont ta’ iktar minn 10 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni mingħajr it-tnixxif termali tal-ħama fil-post, u 50 % fil-każ ta’ impjanti bit-tnixxif termali tal-ħama fil-post

Il-BEMP 3.10.3

56.

Il-persentaġġ ta’ ħama tad-dranaġġ li jiġi monoinċinerat

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi

Il-ħama tad-dranaġġ prodott fit-trattament tal-ilma mormi li jiġi monoinċinerat, diviż bl-ammont totali ta’ ħama tad-dranaġġ iġġenerat mit-trattament tal-ilma mormi

L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi

L-ilma

Il-BEMP 3.10.4

57.

Il-persentaġġ ta’ ilma rriċiklat

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi

L-ammont ta’ ilma rriċiklat prodott mit-trattament tal-ilma mormi diviż bl-ammont totali ta’ ilma mormi ttrattat

It-territorju amministrat

L-ilma

Il-BEMP 3.10.5

58.

Il-persentaġġ ta’ ilma tax-xita li jinżamm u li jiġi infiltrat fiż-żoni urbani

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għas-sistemi urbani tal-iskular tal-ilma u għall-ippjanar tal-użu tal-art

Il-persentaġġ annwali tal-ilma tax-xita li huwa stmat li jinżamm u li jiġi infiltrat fl-art lokalment mill-istima totali tal-ilma tax-xita li tinżel fiż-żona urbana tal-muniċipalità

It-territorju amministrat

L-ilma

Il-BEMP 3.10.7

IL-BEMP GĦALL-AKKWIST PUBBLIKU EKOLOĠIKU

59.

Il-persentaġġ ta’ sejħiet għall-offerti bi kriterji ambjentali

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha

In-numru ta’ sejħiet għall-offerti li jinkludu kriterji ambjentali diviż bin-numru totali ta’ sejħiet għall-offerti (diżaggregati skont il-kategorija tal-prodotti)

Il-livell ta’ organizzazzjoni

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-effiċjenza fl-użu tal-materjal

L-ilma

L-iskart

Il-bijodiversità

L-emissjonijiet

100 % tas-sejħiet għall-offerti jinkludu kriterji ambjentali li jirrikjedu minn tal-inqas il-livell ta’ prestazzjoni stabbilit fil-kriterji tal-APE tal-UE, għal prodotti li għalihom huma disponibbli kriterji tal-APE tal-UE (eż. il-karti tal-uffiċċji, l-aġenti tat-tindif, l-għamara)

Il-BEMP 3.11.1

IL-BEMP GĦALL-EDUKAZZJONI AMBJENTALI U GĦAT-TIXRID TAT-TAGĦRIF

60.

Il-persentaġġ ta’ ċittadini li jintlaħqu b’mod dirett u indirett permezz ta’ azzjonijiet ta’ edukazzjoni ambjentali

%

L-amministrazzjonijiet pubbliċi

Il-persentaġġ ta’ ċittadini li jintlaħqu b’mod dirett u indirett permezz ta’ azzjonijiet ta’ edukazzjoni ambjentali

It-territorju amministrat

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-effiċjenza fl-użu tal-materjal

L-ilma

L-iskart

Il-bijodiversità

L-emissjonijiet

——

Il-BEMP 3.12.1


(1)  Ir-rapport xjentifiku u ta’ politika huwa disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-JRC fl-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/PublicAdminBEMP.pdf. Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali u l-applikabbiltà tagħhom kif ukoll dwar l-indikaturi speċifiċi identifikati tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza li jinsabu f’dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali huma bbażati fuq is-sejbiet dokumentati fir-rapport xjentifiku u ta’ politika. It-tagħrif ta’ sfond u d-dettalji tekniċi kollha jistgħu jinstabu hemmhekk.

(2)  Council Regulation (KEE) Nru 1836/93 of 29 June 1993 allowing voluntary participation by companies in the industrial sector in a Community eco-management and audit scheme (OJ L 168, 10.7.1993, p. 1 ). (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta’ Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ kumpaniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).

(4)  Skont l-Anness IV(B.e.) tar-Regolament dwar l-EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “ sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f’taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C” . It-Taqsima C tal-Anness IV tiddikjara li “ kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.

(5)  Deskrizzjoni dettaljata ta’ kull waħda mill-aqwa prattiki, bi gwida prattika dwar kif jiġu implimentati, hija disponibbli fir-“Rapport dwar l-Aqwa Prattika” li ġie ppubblikat mill-JRC u huwa disponibbli onlajn fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/PublicAdminBEMP.pdf. L-organizzazzjonijiet mistiedna jikkonsultawh jekk ikunu interessati li jitgħallmu iktar dwar uħud mill-aqwa prattiki deskritti f’dan l-SRD.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(7)  F’dan l-SRD dwar l-EMAS, it-termini “awtoritajiet lokali” u “muniċipalitajiet” jitqiesu bħala sinonimi u jirreferu għall-korpi pubbliċi ta’ governanza u li jipprovdu s-servizzi liċ-ċittadini fil-livell lokali.

(8)  L-isfidi u l-opportunitajiet speċifiċi relatati mal-BEMPs differenti huma indirizzati jew direttament f’dan id-dokument jew inkella fil-gwida prattika dwar kif jiġu implimentati l-BEMPs li hija disponibbli fir-“Rapport dwar l-Aqwa Prattika” li ġie ppubblikat mill-JRC u li huwa disponibbli onlajn fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/PublicAdminBEMP.pdf. L-organizzazzjonijiet mistiedna jikkonsultawh biex jifhmu aħjar l-aqwa prattiki deskritti f’dan l-SRD.

(9)  L-erja tal-art tista’ tiġi kkalkolata billi titqies l-erja tas-superfiċe utli tal-bini, pereżempju, is-superfiċe li tintuża fiċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

(10)  L-iskart residwu huwa l-frazzjoni tal-iskart li ma tintbagħatx għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ, għall-ikkompostjar jew għad-diġestjoni anaerobika.

(11)  In-numru ta’ daqsijiet differenti (eż. A4, A3) tal-folji tal-karti jista’ jiġi kkonvertit għal numru ekwivalenti ta’ folji A4 (eż. folja A3 waħda hija ekwivalenti għal żewġ folji A4).

(12)  Bħala parti mis-serje ta’ standards ambjentali tal-ISO 14000, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (l-ISO) fasslet sottoserje (l-ISO 14020) speċifika għat-tikkettar ambjentali, li tkopri tliet tipi ta’ skemi ta’ tikkettar. F’dan il-kuntest, ekotikketta tat-“Tip I” hija tikketta b’diversi kriterji li ġiet żviluppata minn parti terza. Fil-livell tal-UE, xi eżempji huma l-“Ekotikketta tal-UE”, u fil-livell nazzjonali jew multilaterali, il-“Blaue Engel”, l-“Austrian Ecolabel” u n-“Nordic Swan”.

(13)  L-indiċi tal-apparenza tal-kulur ta’ bozza jispeċifika l-kapaċità li l-għajn tal-bniedem tiddistingwi l-kuluri taħt tip ta’ dawl bħal dak. Indiċi għoli tal-apparenza tal-kulur huwa meħtieġ f’postijiet li fihom huwa importanti li wieħed jagħraf il-kuluri.

(14)  Il-bozoz b’komponent abjad qawwi/kiesaħ jistgħu jkollhom impatti negattivi rilevanti fuq il-fawna lokali.

(15)  Id-Direttiva 2010/31/UE (id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, l-EPBD) tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu standards minimi għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, li jeħtieġ li jkunu riflessi fil-kodiċijiet nazzjonali tal-bini. Id-Direttiva introduċiet sistema ta’ parametraġġ referenzjarju biex gradwalment jiżdied il-livell ta’ ambizzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jinżammu taħt rieżami regolari.

(16)  L-EPBD tirrikjedi li l-binjiet il-ġodda kollha jikkonsmaw livell baxx ħafna ta’ enerġija jew livell ta’ enerġija qrib iż-żero (“bini b’użu tal-enerġija qrib iż-żero”) sal-2020, jew sal-2018 jekk dawn ikunu okkupati mill-awtoritajiet pubbliċi u ta’ sjieda tagħhom.

(17)  Attwalment il-Kummissjoni Ewropea qed tippilota livell(i) ta’ qafas ta’ rapportar volontarju, biex titkejjel is-sostenibbiltà ġenerali tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Iktar tagħrif disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/environment/eussd/buildings.htm

(18)  In-netwerks ekoloġiċi u tal-ilma huma żoni naturali u seminaturali li jinkorporaw l-ispazji ekoloġiċi (u/jew tal-ilma jekk u meta jkunu kkonċernati l-ekosistemi akkwatiċi) u karatteristiki fiżiċi oħra f’żoni terrestri (inklużi ż-żoni kostali) u f’żoni tal-baħar.

(19)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2018 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).).

(20)  Attwalment id-Dokument ta’ Referenza Settorjali tal-EMAS għas-settur tal-ġestjoni tal-iskart qed jiġi żviluppat. Ir-riżultati intermedji kif ukoll id-dokument finali, ladarba jiġu adottati, huma disponibbli fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/waste_mgmt.html.

(21)  Iż-żoni li fihom l-ilma huwa skars huma dawk fejn ma hemmx biżżejjed riżorsi tal-ilma biex jissodisfaw ir-rekwiżiti medji fit-tul. Iktar tagħrif disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/environment/water/quantity/about.htm

(22)  It-telf reali annwali attwali (CARL) jirrappreżenta l-ammont ta’ ilma li effettivament jintilef min-netwerk tad-distribuzzjoni (jiġifieri li ma jasalx għand l-utenti finali). It-telf annwali reali inevitabbli (UARL) iqis li dejjem se jkun hemm xi nixxija f’netwerk tad-distribuzzjoni tal-ilma. Il-UARL jiġi kkalkolat abbażi ta’ fatturi bħat-tul tan-netwerk, in-numru ta’ konnessjonijiet tas-servizz u l-pressa li biha jkun qed jaħdem in-netwerk.

(23)  L-akronimi li ġejjin jintużaw fit-test tal-BEMP: BOD5: domanda bijoloġika ta’ ossiġenu fuq ħamest (5) ijiem; MLSS: solidi sospiżi ta’ likwidi mħallta (bijomassa fis-sistema tal-ħama attivat); COD: domanda kimika ta’ ossiġenu.

(24)   “Ekwivalenti ta’ popolazzjoni”, jew e.p., li huwa terminu li ntuża fid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), ikopri t-tniġġis organiku ġġenerat mir-residenti ta’ belt, ta’ raħal jew ta’ villaġġ, u sorsi oħra bħall-popolazzjoni mhux residenti u l-industriji agroalimentari.

(25)  DOC: karbonju organiku dissolt.

(26)  Nℓ: litru normali, jiġifieri l-volum ta’ gass imkejjel f’kundizzjonijiet standard (il-pressa: 1,01325 bar; it-temperatura: 0 oC)

(27)  Id-dokumenti ta’ referenza dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BREFs) skont id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali huma disponibbli fuq: http://eippcb.jrc.ec.europa.eu/reference/.

(28)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(29)  Fis-sistemi kkombinati tad-dranaġġ, l-ilma mormi u l-ilma tal-maltemp (mill-maltempati jew mix-xita) jinġabru fl-istess netwerk tad-dranaġġ. Fis-sistemi separati tad-dranaġġ, l-ilma mormi u l-ilma tal-maltemp jinġabru u jintbagħtu għal trattament jew għal rilaxx permezz ta’ netwerks separati tad-dranaġġ.

(30)  Għal tagħrif dwar il-kriterji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE u għal-lista kompluta tal-prodotti koperti, jekk jogħġbok ara: http://ec.europa.eu/environment/gpp/index_en.htm.

(31)  Sabiex jiġi ristrett in-numru ta’ sejħiet għall-offerti, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tista’ ssir referenza għall-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għal dak il-grupp speċifiku ta’ prodotti jew ta’ servizzi; għall-verifika, tista’ tkun meħtieġa liċenzja valida tal-Ekotikketta tal-UE. Skont l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65), l-awtoritajiet kontraenti jridu jaċċettaw ukoll mezzi xierqa oħra ta’ prova.