|
14.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/74 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/55
tal-10 ta' Jannar 2019
li tikkoreġi l-verżjonijiet bil-Bulgaru u bil-Franċiż tad-Deċiżjoni 2004/558/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2019) 8)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) bil-Bulgaru u bil-Franċiż fihom żball fl-Artikolu 3(1)(b). Il-verżjonijiet bil-Bulgaru u bil-Franċiż jirreferu għal kampjuni tad-demm li jridu jittieħdu mill-annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni inqas minn 21 jum wara l-wasla tagħhom fil-faċilità ta' iżolament, filwaqt li l-garanzija korretta għall-kampjuni tad-demm li jridu jittieħdu hija mhux qabel 21 jum wara l-wasla tagħhom fil-faċilità ta' iżolament. |
|
(2) |
Għalhekk jenħtieġ li l-verżjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE bil-Bulgaru u bil-Franċiż jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).