|
14.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/53
tal-20 ta' Diċembru 2018
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Rotterdam rigward il-proċeduri ta' konformità
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 192(1) u 207(3), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża f'isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE (1) u daħlet fis-seħħ fl-24 ta' Frar 2004. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni, il-Konferenza tal-Partijiet tista' tadotta annessi addizzjonali għall-Konvenzjoni relatati ma' kwistjonijiet proċedurali, xjentifiċi, tekniċi jew amministrattivi. |
|
(3) |
Fid-9 laqgħa ordinarja tal-Konferenza tal-Partijiet, li għandha sseħħ bejn id-29 ta' April u l-10 ta' Mejju 2019, il-Partijiet ser iqisu l-adozzjoni ta' anness proċedurali addizzjonali sabiex jintroduċu mekkaniżmu ta' non-konformità kif meħtieġ mill-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni. |
|
(4) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Konferenza tal-Partijiet, billi l-anness proċedurali addizzjonali ser ikun vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(5) |
L-Unjoni tafferma mill-ġdid li huwa kruċjali li tiġi promossa u li jkun hemm impenn globali fir-rigward ta' implimentazzjoni aħjar tal-ftehimiet u l-istandards ambjentali multilaterali. |
|
(6) |
Minħabba li l-Konvenzjoni taqa' kemm fil-kompetenza tal-Unjoni kif ukoll fil-kompetenza tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib għall-adozzjoni ta' mekkaniżmu ta' konformità, bil-għan li jkun hemm unità fir-rappreżentanza internazzjonali tal-Unjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Konferenza tal-Partijiet li ġejja għall-Konvenzjoni ta' Rotterdam għandha tkun li jiġi appoġġat l-abbozz tal-att dwar il-konformità mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Jista' jintlaħaq qbil dwar bidliet żgħar għall-abbozz tal-att dwar il-konformità mehmuż ma' din id-Deċiżjoni, fid-dawl ta' żviluppi fil-Konferenza tal-Partijiet li ġejja, mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri waqt il-laqgħat ta' koordinazzjoni fuq il-post, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KÖSTINGER
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE tal-25 ta' Settembru 2006 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 299, 28.10.2006, p. 23).
ANNESS
Abbozz ta' deċiżjoni RC-9/[]: Proċeduri u mekkaniżmi dwar il-konformità mal-Konvenzjoni ta' Rotterdam
Sottomissjoni minn …
Jiddeċiedi li jadotta l-Anness VII tal-Konvenzjoni, li jistipula proċeduri u mekkaniżmi rigward il-konformità mal-Konvenzjoni ta' Rotterdam, kif inhu inkluż fl-anness għad-deċiżjoni preżenti.
Appendiċi
Anness VII: Proċeduri u mekkaniżmi dwar il-konformità mal-Konvenzjoni ta' Rotterdam
|
(1) |
B'dan huwa stabbilit kumitat ta' konformità (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”). |
Membri
|
(2) |
Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn 15-il membru. Il-membri għandhom jiġu nnominati mill-partijiet u jiġu eletti mill-Konferenza tal-Partijiet abbażi ta' rappreżentanza ġeografika ekwa tal-ħames gruppi reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(3) |
Il-Membri għandu jkollhom l-għarfien espert u l-kwalifiki speċifiċi fis-suġġett kopert mill-Konvenzjoni. Huma għandhom jaqdu dmirijiethom b'mod oġġettiv u fl-aħjar interessi tal-Konvenzjoni. |
Elezzjoni tal-membri
|
(4) |
Fl-ewwel laqgħa tagħha wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-anness, il-Konferenza tal-Partijiet għandha teleġġi tmiem membri tal-Kumitat għal terminu wieħed, kif ukoll seba' membri għal żewġ termini. F'kull laqgħa ordinarja sussegwenti, il-Konferenza tal-Partijiet għandha teleġġi, għal żewġ termini, membri ġodda biex jissostitwixxu lil dawk il-membri li l-perjodu tagħhom fil-kariga jkun skada jew ikun se jiskadi. Il-Membri ma għandhomx iżommu l-kariga għal aktar minn żewġ termini konsekuttivi. Għall-finijiet ta' dan l-anness, “terminu” għandu jfisser il-perjodu li jibda fi tmiem laqgħa ordinarja waħda tal-Konferenza tal-Partijiet u li jintemm fi tmiem il-laqgħa ordinarja sussegwenti tal-Konferenza tal-Partijiet. |
|
(5) |
Jekk membru tal-Kumitat jirreżenja jew inkella ma jkunx jista' jwettaq it-terminu jew il-funzjonijiet tiegħu b'xi mod ieħor, il-parti li tkun innominat dak il-membru għandha tinnomina sostitut biex iservi għall-bqija tat-terminu. |
Uffiċjali
|
(6) |
Il-Kumitat għandu jeleġġi l-President tiegħu stess. Il-Kumitat għandu jeleġġi Viċi President u relatur, fuq bażi ta' rotazzjoni, b'konformità mar-regola 30 tar-regoli ta' proċedura tal-Konferenza tal-Partijiet. |
Laqgħat
|
(7) |
Il-Kumitat għandu jospita laqgħat kif meħtieġ u kull meta jkun possibbli flimkien ma' laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet jew korpi oħra tal-Konvenzjoni. |
|
(8) |
Suġġett għall-paragrafu 9 hawn taħt, il-laqgħat tal-Kumitat għandhom ikunu miftuħa għall-partijiet u għall-pubbliku, dment li l-Kumitat ma jiddeċidix mod ieħor.
Meta l-Kumitat ikun qed jittratta xi sottomissjonijiet skont il-paragrafu 12 jew 13, il-laqgħat tal-Kumitat għandhom ikunu miftuħa għall-partijiet u magħluqa għall-pubbliku, dment li l-parti li l-konformità tagħha tkun f'dubju ma taqbilx mod ieħor. Il-partijiet jew l-osservaturi li għalihom tkun miftuħa l-laqgħa ma għandux ikollhom id-dritt li jipparteċipaw fil-laqgħa, dment li l-Kumitat u l-parti li l-konformità tagħha tkun f'dubju ma jaqblux mod ieħor. |
|
(9) |
Fejn issir sottomissjoni fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità possibbli ta' xi parti, din għandha tiġi mistiedna tipparteċipa fil-kunsiderazzjoni tas-sottomissjoni mill-Kumitat. Madankollu, din il-parti ma tistax tipparteċipa fl-elaborazzjoni u fl-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni, jew fil-konklużjoni tal-Kumitat. |
|
(10) |
Il-Kumitat għandu jagħmel kull sforz biex jilħaq ftehim b'kunsens dwar kwalunkwe kwistjoni ta' sustanza. Fejn dan ma jkunx possibbli, ir-rapport għandu jirrifletti l-fehmiet tal-membri tal-Kumitat kollha. Jekk ikunu ġew eżawriti l-isforzi kollha biex jinstab kunsens u jibqa' ma jintlaħaqx ftehim, bħala l-aħħar rimedju, kull deċiżjoni għandha tittieħed b'maġġoranza ta' 80 % tal-membri preżenti li jivvutaw, jew inkella bi tmien membri, skont liema waħda tkun l-ogħla. Il-kworum jintlaħaq b'għaxar membri tal-Kumitat. |
|
(11) |
Fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni li tittieħed inkunsiderazzjoni mill-Kumitat, kull membru tal-Kumitat għandu jevita kull kunflitt ta' interessi dirett jew indirett. Meta membru jsib ruħu ffaċċjat minn kunflitt ta' interessi dirett jew indirett, jew ikun ċittadin ta' parti li l-konformità tagħha tkun f'dubju, dak il-membru għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat għall-kwistjoni qabel din tiġi kkunsidrata. Il-membru kkonċernat ma għandux jipparteċipa fl-elaborazzjoni u fl-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni tal-Kumitat relatata ma' dik il-kwistjoni. |
|
(12) |
Jistgħu jsiru sottomissjonijiet bil-miktub, permezz tas-Segretarjat fejn japplikaw is-subparagrafi (a) u (b), minn:
|
|
(13) |
Sabiex il-Kumitat jivvaluta xi diffikultajiet possibbli ffaċċjati mill-partijiet fl-issodisfar tal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 4(1), 5(1) u (2) u 10 tal-Konvenzjoni, malli jirċievi l-informazzjoni mis-Segretarjat ipprovduta minn dawn il-Partijiet skont dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jinnotifika lill-parti bil-miktub rigward il-kwistjoni kkonċernata. Jekk il-kwistjoni ma tkunx ġiet riżolta fi żmien 90 jum permezz ta' konsultazzjoni mal-parti kkonċernata mwettqa permezz tas-Segretarjat, u l-Kumitat ikompli jqis il-kwistjoni, huwa se jagħmel dan b'konformità mal-paragrafi 16 sa 24. |
|
(14) |
Fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievi dawn is-sottomissjonijiet, is-Segretarjat għandu jibgħat is-sottomissjonijiet li jkunu saru skont is-subparagrafu 12(a) hawn fuq lill-membri tal-Kumitat, biex jiġu kkunsidrati fil-laqgħa sussegwenti tal-Kumitat. |
|
(15) |
Fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievi xi sottomissjoni li tkun saret skont is-subparagrafu 12(b) jew skont il-paragrafu 13, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja lill-parti li l-konformità tagħha mal-Konvenzjoni tkun f'dubju kif ukoll lill-membri tal-Kumitat, biex din tiġi kkunsidrata fil-laqgħa sussegwenti tal-Kumitat. |
|
(16) |
Partijiet li l-konformità tagħhom tkun f'dubju jistgħu jippreżentaw tweġibiet jew kummenti fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti deskritti fid-deċiżjoni preżenti. |
|
(17) |
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 16 hawn fuq, informazzjoni addizzjonali pprovduta minn parti li l-konformità tagħha tkun f'dubju b'reazzjoni għal sottomissjoni, għandha tintbagħat lis-Segretarjat fi żmien tliet xhur mid-data li fiha tkun ġiet riċevuta s-sottomissjoni ta' dik il-parti, dment li ċ-ċirkustanzi ta' każ partikolari ma jkunux jeħtieġu perjodu ta' żmien estiż. Din l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa immedjatament lill-membri tal-Kumitat biex tiġi kkunsidrata fil-laqgħa sussegwenti tal-Kumitat. Fejn tkun saret sottomissjoni skont is-subparagrafu 12(b) hawn fuq, is-Segretarjat għandu jibgħat l-informazzjoni wkoll lill-parti li tkun għamlet is-sottomissjoni. |
|
(18) |
Il-Kumitat jista' jiddeċiedi li ma jipproċedix b'sottomissjonijiet li huwa jqis bħala:
|
Faċilitazzjoni
|
(19) |
Il-Kumitat għandu jqis kull sottomissjoni li titressaq quddiemu b'konformità mal-paragrafu 12 jew b'sostenn għall-paragrafu 13 hawn fuq, bil-ħsieb li jistabbilixxi l-fatti u l-għeruq ta' dak li jkun ikkawża t-tħassib, kif ukoll biex jgħin fir-riżoluzzjoni tagħha, filwaqt li jqis l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni. Għal dak il-għan, il-Kumitat jista' jipprovdi lil parti b':
|
Miżuri possibbli biex jiġu indirizzati problemi ta' konformità
|
(20) |
Jekk, wara li jwettaq il-proċedura ta' faċilitazzjoni stipulata fil-paragrafu 19 hawn fuq u jieħu inkunsiderazzjoni l-kawża, it-tip, il-grad u l-frekwenza tad-diffikultajiet fil-konformità, inklużi l-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi tal-partijiet li l-konformità tagħhom tkun f'dubju, il-Kumitat iqis bħala meħtieġ li jipproponi miżuri ulterjuri biex jindirizza l-problemi bil-konformità ta' parti partikolari, huwa jista' jirrakkomanda lill-Konferenza tal-Partijiet, filwaqt li jżomm f'moħħu l-kapaċità tagħha skont l-Artikolu 18, il-paragrafu 5(c), tal-Konvenzjoni, biex hija tqis il-miżuri li ġejjin, li għandhom jittieħdu b'konformità mad-dritt internazzjonali biex tinkiseb il-konformità:
|
Trattament tal-informazzjoni
|
(21) |
|
|
(22) |
Għall-finijiet tal-eżaminar ta' problemi sistemiċi ta' konformità ġenerali skont il-paragrafu 25, il-Kumitat jista':
|
|
(23) |
Suġġett għall-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni, il-Kumitat, kwalunkwe parti u kwalunkwe persuna involuta fid-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għandhom jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni riċevuta b'mod kunfidenzjali. |
Monitoraġġ
|
(24) |
Il-Kumitat ta' Konformità jenħtieġ li jimmonitorja l-konsegwenzi tal-azzjonijiet meħuda b'konformità mal-paragrafi 19 jew 20 hawn fuq. |
Problemi ġenerali ta' konformità
|
(25) |
Il-Kumitat ta' Konformità jista' jeżamina problemi sistemiċi ta' konformità ġenerali li jinteressaw lill-partijiet kollha, fejn:
|
Rapporti lill-Konferenza tal-Partijiet
|
(26) |
Il-Kumitat għandu jippreżenta rapport għal kull laqgħa ordinarja tal-Konferenza tal-Partijiet, li jirrifletti:
|
Korpi sussidjarji oħra
|
(27) |
Fejn l-attivitajiet tal-Kumitat fir-rigward ta' kwistjonijiet partikolari jirkbu fuq ir-responsabbiltajiet ta' korp ieħor tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam, il-Konferenza tal-Partijiet tista' tidderieġi lill-Kumitat biex jikkonsulta ma' dak il-korp. |
Kondiviżjoni ta' informazzjoni ma' ftehimiet ambjentali multilaterali oħra
|
(28) |
Fejn rilevanti, il-Kumitat jista' jitlob informazzjoni speċifika, fuq talba tal-Konferenza tal-Partijiet jew direttament, mill-kumitati ta' konformità li jittrattaw sustanzi u skart perikolużi taħt l-awspiċji ta' ftehimiet ambjentali multilaterali rilevanti oħra, u jirrapporta dwar dawn l-attivitajiet lill-Konferenza tal-Partijiet. |
Rieżami tal-mekkaniżmu ta' konformità
|
(29) |
Il-Konferenza tal-Partijiet għandha tirrieżamina regolarment l-implimentazzjoni tal-proċeduri u l-mekkaniżmi stipulati f'dan l-Anness. |
Relazzjoni mas-soluzzjoni ta' tilwim
|
(30) |
Dawn il-proċeduri u l-mekkaniżmi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni. |