9.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/15

tal-14 ta’ Diċembru 2018

li tadotta t-tielet aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku

(notifikata bid-dokument C(2018) 8522)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-reġjun bijoġeografiku Steppiku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul minn partijiet tat-territorju tal-Unjoni tar-Rumanija, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta’ April 2005 mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva (“il-Kumitat dwar il-Ħabitats”).

(2)

Il-lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, skont it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġiet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/966/KE (2). Din il-lista ġiet aġġornata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/736/UE (3).

(3)

Is-siti inklużi fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku jiffurmaw parti min-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali għall-ħarsien tal-bijodiversità fl-Unjoni. Sabiex in-netwerk Natura 2000 ikompli jiġi stabbilit dejjem iktar u fil-kuntest tal-adattament dinamiku ta’ dan in-netwerk, il-listi tas-siti ta’ importanza Komunitarja huma rieżaminati regolarment.

(4)

Bejn id-19 ta’ Ġunju 2017 u t-2 ta’ Marzu 2018, ir-Rumanija pproponiet siti addizzjonali ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. Ir-Rumanija ppreżentat ukoll tibdil fit-tagħrif dwar is-sit, li jinsab fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku.

(5)

Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassla mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta’ ħabitats naturali ta’ prijorità jew speċijiet ta’ prijorità, jenħtieġ li tiġi adottata lista aġġornata ta’ siti magħżulin bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku. L-Artikoli 4(4) u 6 tad-Direttiva 92/43/KEE japplikaw għas-siti inklużi reċentement.

(6)

L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitats naturali u tal-ispeċijiet qiegħed jevolvi kontinwament minħabba s-sorveljanza mwettqa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell tal-Unjoni saru bl-użu tal-aqwa informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien.

(7)

Fir-rigward tar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, ir-Rumanija ma pproponietx biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta’ ħabitats u speċijiet. Barra minn hekk, l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ xi wħud mit-tipi ta’ ħabitats naturali fl-Anness I u ta’ xi wħud mill-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE, baqa’ mhux komplut. Għaldaqstant, għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċijiet, ma jistax jiġi konkluż li n-netwerk Natura 2000 huwa komplut.

(8)

Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/736/UE jenħtieġ li titħassar.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ġie adottat it-tielet aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/736/UE titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/966/KE tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 117).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/736/UE tas-7 ta’ Novembru 2013 li tadotta l-ewwel lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku (ĠU L 350, 21.12.2013, p. 36).


ANNESS

It-tielet aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku

Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SIK) huwa identifikat bit-tagħrif mogħti fil-format tan-Natura 2000, inkluża l-mappa korrispondenti. Dan it-tagħrif intbagħat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:

A

:

il-kodiċi SIK li fih disa’ karattri, li minnhom l-ewwel tnejn huma l-kodiċi ISO tal-Istat Membru;

B

:

isem is-SIK;

C

:

* = il-preżenza tas-SIK f’mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali u/jew speċi ta’ prijorità wieħed/waħda skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

D

:

l-erja tas-SIK f’ettari jew it-tul tas-SIK f’km;

E

:

il-koordinati ġeografiċi tas-SIK (il-latitudni u l-lonġitudni) fi gradi deċimali.

It-tagħrif kollu mogħti fil-lista tal-Unjoni ta’ hawn taħt huwa bbażat fuq id-data proposta, mibgħuta u vvalidata mir-Rumanija.

A

B

C

D

E

Kodiċi tas-SIK

Isem is-SIK

*

Erja tas-SIK (ha)

Tul tas-SIK (km)

Koordinati ġeografiċi tas-SIK

 

 

 

 

 

Lonġitudni

Latitudni

ROSCI0005

Balta Albă — Amara — Jirlău — Lacul Sărat Câineni

*

6 397,6

 

27,316536

45,289225

ROSCI0006

Balta Mică a Brăilei

 

20 665,5

 

27,906128

44,943669

ROSCI0012

Brațul Măcin

*

10 433,2

 

28,118842

44,867642

ROSCI0022

Canaralele Dunării

*

26 109,9

 

27,899211

44,246708

ROSCI0053

Dealul Alah Bair

*

193,5

 

28,218786

44,501053

ROSCI0060

Dealurile Agighiolului

*

1 514,1

 

28,83043

45,041464

ROSCI0065

Delta Dunării

*

453 645,5

 

29,198361

45,052417

ROSCI0067

Deniz Tepe

*

414,4

 

28,688092

45,003028

ROSCI0071

Dumbrăveni — Valea Urluia — Lacul Vederoasa

*

18 024,4

 

27,879294

44,147972

ROSCI0072

Dunele de nisip de la Hanul Conachi

*

249,2

 

27,578975

45,571839

ROSCI0083

Fântânița Murfatlar

*

577,5

 

28,386333

44,154403

ROSCI0103

Lunca Buzăului

*

9 575,4

 

27,001089

45,075905

ROSCI0105

Lunca Joasă a Prutului

*

5 753,4

 

28,179103

45,418505

ROSCI0114

Mlaștina Hergheliei — Obanul Mare și Peștera Movilei

*

231,7

 

28,583339

43,83785

ROSCI0123

Munții Măcinului

*

16 926,6

 

28,303483

45,155361

ROSCI0131

Oltenița — Mostiștea — Chiciu

 

11 521,2

 

26,813089

44,101503

ROSCI0133

Pădurea Bădeana

*

62,3

 

27,571833

46,156728

ROSCI0134

Pădurea Balta — Munteni

 

85,8

 

27,464731

45,948678

ROSCI0139

Pădurea Breana — Roșcani

*

155

 

27,994822

45,926528

ROSCI0149

Pădurea Eseschioi — Lacul Bugeac

*

2 942,8

 

27,437842

44,081742

ROSCI0151

Pădurea Gârboavele

*

219,8

 

27,997914

45,576669

ROSCI0157

Pădurea Hagieni — Cotul Văii

*

3 680,1

 

28,427772

43,742622

ROSCI0162

Lunca Siretului Inferior

*

24 980,6

 

27,270253

45,878

ROSCI0163

Pădurea Mogoș — Mâțele

*

65,5

 

27,948678

45,721917

ROSCI0165

Pădurea Pogănești

*

173,5

 

28,0255

45,976192

ROSCI0169

Pădurea Seaca — Movileni

*

50,7

 

27,533314

46,288261

ROSCI0172

Pădurea și Valea Canaraua Fetii — Iortmac

*

13 636,7

 

27,611631

44,027705

ROSCI0175

Pădurea Tălășmani

 

54,3

 

27,840661

46,122075

ROSCI0178

Pădurea Torcești

 

132,1

 

27,490425

45,680747

ROSCI0191

Peștera Limanu

 

21,4

 

28,522075

43,807069

ROSCI0201

Podișul Nord Dobrogean

*

84875

 

28,48925

44,766353

ROSCI0213

Râul Prut

 

10 583,4

 

28,127055

46,129622

ROSCI0215

Recifii Jurasici Cheia

*

5 654,5

 

28,453094

44,483892

ROSCI0259

Valea Călmățuiului

*

18 125,7

 

27,416908

44,953353

ROSCI0278

Bordușani — Borcea

*

5 847,5

 

27,913892

44,520333

ROSCI0286

Colinele Elanului

*

741,4

 

28,12623

46,400597

ROSCI0290

Coridorul Ialomiței

*

27 109,2

 

26,883194

44,602303

ROSCI0305

Ianca — Plopu — Sărat — Comăneasca

*

3 234,5

 

27,717489

45,227367

ROSCI0307

Lacul Sărat — Brăila

*

329,4

 

27,895547

45,207547

ROSCI0309

Lacurile din jurul Măscurei

 

1139

 

27,539814

46,388753

ROSCI0315

Lunca Chineja

 

923,9

 

28,037417

45,761705

ROSCI0319

Mlaștina de la Fetești

 

2 110,9

 

27,802817

44,340708

ROSCI0340

Cuiugiuc

*

139

 

27,51245

44,034981

ROSCI0343

Pădurile din Silvostepa Mostiștei

*

2 115,3

 

26,725792

44,242261

ROSCI0353

Peștera — Deleni

 

2 549,3

 

28,083069

44,115219

ROSCI0360

Râul Bârlad între Zorleni și Gura Gârbăvoțului

 

2 478,8

 

27,66963

46,20675

ROSCI0389

Sărăturile de la Gura Ialomiței — Mihai Bravu

*

3 488,6

 

27,75385

44,755803

ROSCI0398

Straja — Cumpăna

 

1 099,8

 

28,504836

44,091892

ROSCI0412

Ivrinezu

 

411,1

 

28,003356

44,249917