27.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/137


DEĊIŻJONI(UE) 2019/2226 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ Ottubru 2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 — C8-0098/2019),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019 (3) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2017, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil,

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0011/2019),

1.

Jiċħad il-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2017;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

David Maria SASSOLI

Il-President

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.

(2)  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.

(3)  ĠU L 249, 27.9.2019, p. 182.

(4)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(6)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(7)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)  ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.