21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 327/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/2053
tal-21 ta' Diċembru 2018
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4i tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-2 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 401/2013. |
(2) |
Fis-17 ta' Settembru 2018, il-Missjoni ta' Inkjesta indipendenti internazzjonali (FFM) tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti ppubblikat ir-rapport dettaljat tagħha dwar il-Myanmar li fih ġie konkluż li kienu twettqu ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Istati ta' Kachin, Rakhine u Shan, b'mod partikolari mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u l-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera u li ħafna minn dak il-ksur kien jammonta għall-aktar reati serji skont id-dritt internazzjonali, |
(3) |
Fid-dawl tas-sejbiet tal-FFM, jenħtieġ li jiddaħħlu seba' persuni fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013. |
(4) |
Jenħtieġ li l-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BOGNER-STRAUSS
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbilita fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013:
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“8. |
Ba Kyaw |
|
Ba Kyaw huwa Surġent tal-Persunal fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa wettaq atroċitajiet u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom qtil, deportazzjoni u tortura, fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017. B'mod partikolari, ġie identifikat bħala wieħed mill-awturi ewlenin tal-massakru ta' Maung Nu tas-27 ta' Awwissu 2017. |
21.12.2018 |
9. |
Tun Naing |
|
Tun Naing huwa l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF) f'Taung Bazar. F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine li twettqu mill-PGF F'Taung Bazar qabel, għall-ħabta ta' jew wara l-25 ta' Awwissu 2017, fosthom detenzjoni furzata, trattament ħażin u tortura. |
21.12.2018 |
10. |
Khin Hlaing |
Data tat-twelid: 2 ta' Mejju 1968 |
Il-Brigadier Ġeneral Khin Hlaing huwa l-eks-Kmandant tad-99 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa (DIĦ) u l-Kmandant attwali tal-Kmand tal-Grigal tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tad-99 DIĦ huwa ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Shan fl-2016 u l-bidu tal-2017. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fuq minoranza etnika ta' raħħala fl-Istat ta' Shan fit-tieni nofs tal-2016 mid-99 DIĦ. Dawn jinkludu l-qtil illegali, id-detenzjoni furzata u l-qerda tal-villaġġi. |
21.12.2018 |
11. |
Aung Myo Thu |
|
Il-Maġġur Aung Myo Thu huwa l-Kmandant tal-Unità Operazzjonali tat-33 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa (DIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tal-Unità fuq il-Post tal-LID 33 huwa ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine fl-2017. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-33 DIĦ. Dawn jinkludu l-qtil illegali, il-vjolenza sesswali u d-detenzjoni furzata. |
21.12.2018 |
12. |
Thant Zaw Win |
|
Thant Zaw Win huwa Maġġur fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine u huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-564 BIĦ, b'mod partikolari fil-villaġġ ta' Maung Nu u madwaru fis-27 ta' Awwissu 2017. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
21.12.2018 |
13. |
Kyaw Chay |
|
Kyaw Chay huwa Kapural fil-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF). Qabel kien ibbażat f'Zay Di Pyin u kien l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-PGF f'Zay Di Pyin għall-perijodu għall-ħabta tal-25 ta' Awwissu 2017 meta twettqet sensiela ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF taħt il-kmand tiegħu. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine f'dak il-perijodu. Huwa ħa sehem ukoll fil-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Dan il-ksur jinkludi t-trattament ħażin tad-detenuti u t-tortura. |
21.12.2018 |
14. |
Nyi Nyi Swe |
|
Il-Ġeneral Maġġur Nyi Nyi Swe huwa l-eks-Kmandant tal-Kmand tat-Tramuntana tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fl-Istat ta' Kachin minn Mejju 2016 sa April 2018 (sal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lbiċ) mill-Kmand tat-Tramuntana, fosthom it-trattament ħażin tal-persuni ċivili. Huwa responsabbli wkoll mit-tfixkil tal-għoti ta' assistenza umanitarja lill-persuni ċivili fil-bżonn fl-Istat ta' Kachin f'dak il-perijodu, b'mod partikolari l-imblokkar tat-trasporti tal-ikel. |
21.12.2018”. |