14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1977

tal-11 ta' Diċembru 2018

li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2019 – 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bħalissa, il-provvisti tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd jiddependu fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar 21 sena, l-Unjoni saret tiddependi aktar fuq l-importazzjoni biex tissodisfa l-konsum tagħha tal-prodotti tas-sajd. Sabiex il-produzzjoni tal-prodotti tas-sajd fl-Unjoni ma titqegħidx f'periklu u sabiex tiġi żgurata provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, jenħtieġ li d-dazji tal-importazzjoni jiġu sospiżi jew jitnaqqsu għal għadd ta' prodotti tas-sajd fil-kuntest ta' kwoti tariffarji ta' volum xieraq. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-produtturi tal-Unjoni, jenħtieġ li titqies is-sensittività tal-prodotti tas-sajd individwali fis-suq tal-UE..

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 (1), li ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1184 (2), fetaħ u ppreveda l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016 – 2018. Minħabba li l-perijodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/2265 jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018, jenħtieġ li jiġi adottat Regolament ġdid li jipprevedi l-kwoti tariffarji għall-perijodu 2019 – 2020.

(3)

Aċċess ugwali u mingħajr interruzzjoni għall-kwoti tariffarji previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi żgurat għall-importaturi kollha tal-Unjoni, u jenħtieġ li r-rati stabbiliti għall-kwoti tariffarji jiġu applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti tas-sajd ikkonċernati fl-Istati Membri kollha sakemm ikunu ntużaw il-kwoti tariffarji kollha.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3) jipprevedi sistema ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġiku tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jamministraw il-kwoti tariffarji miftuħin permezz ta' dan ir-Regolament skont dik is-sistema.

(5)

Huwa importanti li jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati kollha. Minħabba li l-kwoti tariffarji huma maħsubin biex jiżguraw provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm rekwiżit ta' trattament minimu jew operazzjoni minima biex wieħed ikollu dritt għall-kwota.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-ġestjoni komuni tal-kwoti tariffarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu l-kwantitajiet neċessarji mill-ammont tal-kwota tariffarja li jkunu jikkorrispondu mal-importazzjonijiet reali tagħhom. Minħabba li dan il-metodu ta' ġestjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tagħmel monitoraġġ tar-rata li biha jkunu qed jintużaw il-kwoti tariffarji u li hija tgħarraf lill-Istati Membri b'dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jitnaqqsu jew jiġu sospiżi fil-kuntest tal-kwoti tariffarji bir-rati, għall-perijodi u sal-ammonti indikati fih.

Artikolu 2

Il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji msemmijin fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandha ssir skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament (UE) 2015/2447.

Artikolu 3

Il-kwoti tariffarji għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni doganali tal-użu aħħari skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Artikolu 4

1.   It-tnaqqis jew is-sospensjoni tad-dazji tal-importazzjoni għandhom japplikaw biss għall-prodotti maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

2.   Il-kwoti tariffarji ma għandhomx ikunu disponibbli għal dawk il-prodotti li jiġu pproċessati fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew tal-catering.

3.   Il-kwoti tariffarji ma għandhomx ikunu disponibbli għall-prodotti maħsubin biss għal waħda jew iktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:

it-tindif, it-tiswija u l-qtugħ tad-denb u tar-ras;

il-qtugħ;

l-ippakkjar mill-ġdid ta' fletti ffriżati malajr individwalment;

it-teħid ta' kampjuni u l-għażla;

it-tikkettar;

l-ippakkjar;

it-tkessiħ;

l-iffriżar;

l-iffriżar qawwi;

l-igglejżjar;

it-taħlil;

is-separazzjoni.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, il-kwoti tariffarji għandhom ikunu disponibbli għall-prodotti maħsubin għal waħda jew iktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:

it-tqattigħ f'kubi;

it-tqattigħ fi ċrieki u fi strixxi tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0307 43 91, 0307 43 92, 0307 43 99;

l-iffilettjar;

il-produzzjoni tal-qatgħat;

il-qtugħ ta' blokok iffriżati;

is-separazzjoni ta' blokok iffriżati ta' fletti b'folja bejniethom biex jinkisbu fletti individwali;

it-tqattigħ f'fetet tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM ex 0303 66 11, 0303 66 12, 0303 66 13, 0303 66 19, 0303 89 70, 0303 89 90;

l-ipproċessar tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0306 16 99 (fis-sottodiviżjonijiet 20 u 30 tat-TARIC), 0306 17 92 (fis-sottodiviżjoni 20 tat-TARIC), 0306 17 99 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC), 0306 35 90 (fis-sottodiviżjonijiet 12, 14, 92 u 93 tat-TARIC), 0306 36 90 (fis-sottodiviżjonijiet 20 u 30 tat-TARIC), 1605 21 90 (fis-sottodiviżjonijiet 45, 55 u 62 tat-TARIC) u 1605 29 00 (fis-sottodiviżjonijiet 50, 55 u 60 tat-TARIC) bil-gassijiet tal-ippakkjar kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

id-diviżjoni tal-prodott iffriżat jew trattament bis-sħana tal-prodott iffriżat biex jippermetti t-tneħħija ta' skart intern għal prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0306 11 10 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC), 0306 11 90 (fis-sottodiviżjoni 20 tat-TARIC) u 0306 31 00 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC).

Artikolu 5

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw il-ġestjoni u l-kontroll tajbin tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016-2018 (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 4).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1184 tat-18 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2265 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018 (ĠU L 196, 21.7.2016, p. 1).

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(4)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(5)  Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tat-TARIC

Deskrizzjoni

Ammont annwali tal-kwota (f'tunnellati) (1)

Dazju fuq il-kwota

Perijodu tal-kwota

09.2746

ex 0302 89 90

30

Red snapper tan-Nofsinhar (Lutjanus purpureus), frisk, imkessaħ, għall-ipproċessar

1 500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

09.2748

ex 0302 91 00

95

Bajd tal-ħut kontenut fil-membrana tal-ovarju, frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ jew fis-salmura, għall-ipproċessar

5 700

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0303 91 90

91

ex 0305 20 00

30

09.2750

ex 0305 20 00

35

Bajd tal-ħut, maħsul, imnaddaf mill-organi aderenti u sempliċiment immellaħ jew fis-salmura, għall-manifattura ta' sostituti tal-kavjar

1 500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

09.2754

ex 0303 59 10

10

Inċova (Engraulis anchoita u Engraulis capensis), iffriżata, għall-ipproċessar

500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

09.2759

ex 0302 51 10

20

Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, minbarra l-fwied u l-bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar

95 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0302 51 90

10

ex 0302 59 10

10

ex 0303 63 10

10

ex 0303 63 30

10

ex 0303 63 90

10

ex 0303 69 10

10

09.2760

ex 0303 66 11

10

Merluzz (Merluccius spp., minbarra Merluccius merluccius, Urophycis spp.), u pink cusk-eel (Genypterus blacodes u Genypterus capensis), iffriżati, għall-ipproċessar

12 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0303 66 12

10

ex 0303 66 13

10

ex 0303 66 19

11

 

91

ex 0303 89 70

10

ex 0303 89 90

30

09.2761

ex 0304 79 50

10

Grenadier ikħal (Macruronus spp.), fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar

17 500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 79 90

11

 

17

ex 0304 95 90

11

 

17

09.2765

ex 0305 62 00

20

Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux imnixxef jew affumikat, għall-ipproċessar

3 500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

 

25

 

29

ex 0305 69 10

10

09.2770

ex 0305 63 00

10

Inċova (Engraulis anchoita), immellħa jew fis-salmura, iżda mhux imnixxfa jew iffumikata, għall-ipproċessar

2 500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

09.2772

ex 0304 93 10

10

Surimi, iffriżat, għall-ipproċessar

60 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 94 10

10

ex 0304 95 10

10

ex 0304 99 10

10

09.2774

ex 0304 74 15

10

Merluzz tal-Paċifiku tat-Tramuntana (Merluccius productus) u merluzz Arġentin (merluzz tal-Atlantiku tal-Lbiċ) (Merluccius hubbsi), fletti ffriżati u laħam ieħor, għall-ipproċessar

25 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 74 19

10

ex 0304 95 50

10

 

20

09.2776

ex 0304 71 10

10

Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus macrocephalus), fletti ffriżati u laħam iffriżat, għall-ipproċessar

50 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 71 90

10

ex 0304 95 21

10

ex 0304 95 25

10

09.2777

ex 0303 67 00

10

Merluzz tal-Alaska (Theragra chalcogramma), iffriżat, fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar

320 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 75 00

10

ex 0304 94 90

10

09.2778

ex 0304 83 90

21

Pixxiċatt, fletti ffriżati u laħam ieħor tal-ħut (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxystra), għall-ipproċessar

10 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 99 99

65

09.2785

ex 0307 43 91

10

Tubi (2) tal-klamar (Ommastrephes spp., minbarra Todarodes sagittatus (sinonimu Ommastrephes sagittatus), Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati, bil-ġilda u bil-pinen, għall-ipproċessar

28 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0307 43 92

10

ex 0307 43 99

21

09.2786

ex 0307 43 91

20

Klamar (Ommastrephes spp., minbarra Todarodes sagittatus (sinonimu Ommastrephes sagittatus), Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżat, sħiħ jew it-tentakli u l-pinen, għall-ipproċessar

5 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0307 43 92

20

ex 0307 43 99

29

09.2788

ex 0302 41 00

10

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), b'piż ta' iktar minn 100 g kull biċċa jew qatgħat b'piż ta' iktar minn 80 g kull biċċa, minbarra l-fwied u l-bajd, għall-ipproċessar

8 000

0 %

1.10.2019-31.12.2019

1.10.2020-31.12.2020

ex 0303 51 00

10

ex 0304 59 50

10

ex 0304 99 23

10

09.2790

ex 1604 14 26

10

Fletti magħrufin bħala “lojns” tat-tonn u tal-palamit, għall-ipproċessar

30 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 1604 14 36

10

ex 1604 14 46

11

 

21

 

92

 

94

09.2794

ex 1605 21 90

45

Gambli tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar

7 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

 

62

 

50

ex 1605 29 00

55

09.2798

ex 0306 16 99

20

Gambli tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, bil-qoxra, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar

4 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

 

30

ex 0306 35 90

12

 

14

 

92

 

93

09.2800

ex 1605 21 90

55

Gambli tal-ispeċi Pandalus jordani, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar

3 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 1605 29 00

60

09.2802

ex 0306 17 92

20

Gambli tal-ispeċi Penaeus vannamei u Penaeus monodon, kemm bil-qoxra u kemm mingħajrha, friski, imkessħin jew iffriżati, mhux imsajrin, għall-ipproċessar

40 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0306 36 90

30

09.2824

ex 0302 52 00

10

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), frisk, imkessaħ jew iffriżat, bir-ras maqtugħa, bil-garġi mneħħija u msewwi, għall-ipproċessar

3 500

2,6 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0303 64 00

10

09.2826

ex 0306 17 99

10

Gambli tal-ispeċi Pleoticus muelleri, kemm bil-qoxra u kemm mingħajrha, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar

4 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0306 36 90

20

09.2804

ex 1605 40 00

40

Dnub taċ-ċkal tal-ispeċi Procambarus clarkii, imsajrin, għall-ipproċessar

4 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

09.2762

ex 0306 11 10

10

Rock lobster u awwist imxewwek ieħor (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ħaj, imkessaħ, iffriżat, għall-ipproċessar

200

6 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0306 11 90

20

ex 0306 31 00

10

09.2784 (3)

ex 1605 10 00

21

Granċijiet tal-ispeċi “King” (Paralithodes camchaticus), “Hanasaki” (Paralithodes brevipes), “Kegani” (Erimacrus isenbecki), “Queen” u “Snow” (Chionoecetes spp.), “Red” (Geryon quinquedens), “Rough stone” (Neolithodes asperrimus), Lithodes santolla, “Mud” (Scylla serrata), “Blue” (Portunus spp.), sempliċiment mgħollijin fl-ilma u mqaxxrin, kemm jekk iffriżati kif ukoll jekk le, f'ippakkjar immedjat b'kontenut nett ta' 2 kg jew aktar, għall-ipproċessar

500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

 

95

09.2822

ex 0303 11 00

20

Salamun tal-Paċifiku, bir-ras maqtugħa u mnaddaf, iffriżat, tal-ispeċi Oncorhynchus nerka (salamun aħmar) u Oncorhynchus kisutch, għall-ipproċessar

10 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0303 12 00

20


(1)  Mogħti f'piż nett, sakemm ma jingħadx mod ieħor.

(2)  Ġisem iċ-ċefalopod jew il-klamar mingħajr ras u mingħajr tentakli, bil-ġilda u bil-pinen.

(3)  Din il-kwota tariffarja (09.2784) titħassar awtomatikament mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara li jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat b'mod proviżorju, skont liema jiġi l-ewwel, il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam.